Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Minn Liam Carter ILKUMMISSARJU għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez qiegħed jipproponi li titwaqqaf skola ċentrali internazzjonali li tiġbor fiha l-istudenti barranin kollha f 'Malta. Hu għamel din ir-rakkomandazzjoni minħabba problema li tul is-sena li għaddiet jidher li kienet evidenti f 'ċerti skejjel madwar Malta, dik ta' bullying minn gangs ta' studenti ta' nazzjonalità jew etniċità partikolari. Minkejja dan, meta mistoqsi minn din il-gazzetta fuq il-proposta ta' Caruana Carabez, il-Ministru tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo insista li l-għan tal-Gvern hu li jkompli jattwa miżuri riformisti li jagħtu aktar importanza lit-tagħlim kulturali tal-istudenti differenti. "F'ħafna mill-iskejjel għandna tfal li twieldu hawn Malta u oħrajn le, li jmorru tajjeb ħafna flimkien, jgħinu lil xulxin u jaħdmu għall-ġid ta' xulxin," beda biex jgħid il-Ministru. Hu kompla jispjega li, "sfidi hemm u m'għandniex inċekknuhom però l-Ministeru jemmen li b'rieda tajba u tkomplija ta' policies riformisti bħal tagħlim tal-lingwa Maltija, enfasi fuq tagħlim kulturali ta' xulxin, edukazzjoni u tkabbir tal-karattru ċċentrati madwar l-istudent jistgħu jkomplu jħallu l-frott," sostna Bartolo. F'kitba fir-rapport annwali tal-Ombudsman, Caruana Carabez tkellem fid-dettall fuq din il-problema u spjega li waħda mir-raġunijiet li qed twassal għall-formazzjoni ta' dawn il-gangs li jitterrorizzaw l-istudenti hi minħabba ċertu irrilevanza tal-kurrikulu edukattiv Malti għal dawn l-istudenti barranin. "Il-popolazzjoni għaddiet minn bidliet kbar f 'dawn l-aħħar snin. In-numru ta' barranin f 'Malta żdiedu b'mod drammatiku, f 'qasir żmien. Dan l-influss tefa' piż kbir fus is-sistema edukattiva," kiteb Caruana Carabez. Huwa żied jgħid li, "filwaqt li l-unika soluzzjoni imminenti hi dik li l-istudenti barranin jiġu inklużi fl- iskejjel lokali, fil-verità din qed toħloq problema u jeħtieġ li tinstab soluzzjoni fit-tul." Fid-dawl t'hekk il- Kummissarju qal li jemmen li jekk tinħoloq skola internazzjonali ċentrali li fiha studenti barranin jirċievu taħriġ li jkun ibbażat fuq il-kultura u lingwi tagħhom dan jelimina l-imġiba ħażina tagħhom li skontu qed tkun kaġun tal-apatija u l-irrilevanza tas-suġġetti. Minkejja dan, il-Kummissarju ammetta li din il-proposta taf tipprovdi diversi sfidi lill-Gvern. 'Il fuq minn 100 każ ta' bullying investigati mill-Edukazzjoni Fl-istess rapport il- Kummissarju żvela li tul is-sena li għaddiet it-taqsima speċjalizzata fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Psych-Social Service Unit investigat 'il fuq minn 100 każ ta' bullying fl-iskejjel. Waqt din l-investigazzjoni, il-Kummissarju tal- Edukazzjoni sar jaf ukoll bi skola partikolari li rreġistrat aktar minn 20 każ ta' dan it- tip. Huwa nnota li din l-iskola kellha porzjon konsiderevoli ta' studenti li ġejjin minn sfond differenti. Filwaqt li insista li l-bullying mhuwiex fenomenu riċenti, Caruana Carabez irrefera għal data li nġabret u qal li hemm konnessjoni bejn numru kbir ta' każijiet ta' bullying irreġistrati fl-iskejjel u n-numru ta' studenti ta' nazzjonalità partikolari. Jirriżulta wkoll skont ir- rapport li l-istaff tal-iskola mhumiex imħarrġa biex ilaħħqu u jindirizzaw dawn il-każijiet minħabba l-fatt li ħadd ma kien bassar dawn l-aspetti ġodda u għalhekk l-għalliema ma rċevew l-ebda taħriġ fuq dan. Il-Kummissarju jinsab konvint li dawn il-gangs qed jinħolqu minħabba li xi studenti barranin qed isegwu kurrikulu li hu maħluq għall- istudenti Maltin. Fl-istess waqt minħabba li ħafna minn dawn l-istudenti mhumiex kapaċi jitkellmu bil-Malti saħansitra fuq livell bażiku huma qegħdin jinġabru f 'gruppi għalihom skont l-entniċità. Fl-istess waqt fatturi li qegħdin jaffetwaw huma l-isfond soċjali tal-istudenti. Ħafna mill-istudenti ġejjin minn pajjiżi li twieldu fil- gwerra u li ġew esposti għall- vjolenza minn ta' età żgħira. Oħrajn ġejjin minn pajjiżi li raw taqlib politiku kbir. 3 Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum Aħbarijiet Malta Hospice Movement St Michael's Hospice SEJĦA LILL-KUNTRATTURI TAL-KOSTRUZZJONI Avviż ta' ħruġ ta' Offerta HMP2019/2 għal xogħolijiet ta' kostruzzjoni fl-Istitut Adelaide Cini f'Santa Venera Il-kontributuri li huma interessati li jissottomettu offerta jistgħu jiġbru kopja tad-dokument ta' l-Offerta hawn fuq imsemmija mill-uffiċċju tal-Malta Hospice Movement li huwa bbażat f'39, Vjal il-Bon Pastur, Balzan. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet tat-Tender hija d- 9 t'Awwissu 2019 (9.30am). Il-ġbir ta' dan id-dokument huwa b'xejn. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-amministrazzjoni fuq Tel: (+356) 21440085 'It-tfal Maltin u barranin imorru tajjeb ħafna flimkien' Fir-rapport annwali tal-Ombusdman Charles Caruana Carabez jipproponi li titwaqqaf skola internazzjonali biex tieħu ħsieb iż-żieda ta' studenti barranin f'Malta iżda f'kummenti mal-ILLUM il- Ministru tal-Edukazzjoni jgħid illi l-istudenti Maltin u barranin imorru tajjeb imkien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019