Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futsal? L-istorja tiegħi fil-Futsal bdiet fl- 2011 ma' Todos; bħalma jiġri f 'ħafna każijiet kont ġej mil-logħba tal-futbol fejn kont għadni kif temmejt staġun fit-tieni diviżjoni ma' San Ġwann. Inkun onest u ngħid li fuq il-futsal kont naf ftit jew kważi xejn; anzi kelli perċezzjoni żbaljata fuq il-logħba. Kien Leandros Calleja li kellimni u ħajjarni ninżel għal sessjoni ta' taħriġ biex nipprova u għalkemm fil-bidu kont ftit xettiku, malajr bdejt nidra l-logħba u nħossni kunfidenti. Kien staġun memorabbli għax konna grupp tajjeb ħafna u akkwistajna l-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni mingħajr telfa. Minn hemm 'il quddiem kelli l-opportunità naħdem ma' diversi kowċis bravi u anke plejers li lagħbu f 'uħud mill- ikbar kompetizzjonijiet tal-futsal internazzjonali li kollha għallmuni u għenuni dejjem intejjeb l-għarfien tiegħi tal-logħba. X'tikkummenta fuq ir-rebħ tal- Kampjonat u tan-Knoċk-Out minn Luxol Futsal ftit tal-ġimgħat ilu? Kienu mumenti sbieħ ħafna u riżultat ta' ħafna sigħat ta' xogħol u dedikazzjoni minn grupp ta' plejers, kowċis u kumitat li jiffurmaw il- familja tal-Luxol. Nemmen illi kien riżultat assolutament meritat għaliex matul dawn il-finali nħoss li dejjem kellna il-kontroll assolut tas-sitwazzjoni u kull logħba ntrebħet b'marġni ta' skor komdu. Il-fatt li fil-ħames logħbiet li lgħabna kontra Valletta fl-aħħar tal-istaġun irnexxielna niskurjaw 32 gowl kontra l-11 li qlajna huwa xhieda ta' dan. Madanakollu nemmen illi bejn iż- żewġ timijiet kienu logħbiet li taw ħafna spettaklu u li ntlagħbu fi spirtu sportiv u dan kien riklam sabiħ għall- futsal lokali. Ma kienx staġun faċli għalina għaliex wara d-diżappunt tas-sena l-oħra kellna nxammru l-kmiem u naraw x'nistgħu nirranġaw, apparti minn hekk inbidel il-kowċ u wieħed ikun irid jaddatta għas-sistemi ġodda. Għaldaqstant ir-rebħ tad-double ta' ftit ġimgħat ilu kien ta' sodisfazzjon kbir. Kemm tħoss illi l-MFA qed tagħmel biżżejjed sabiex il-futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Il-kelma 'biżżejjed' hija waħda diffiċli, għaliex wieħed dejjem jista' jagħmel iktar u aħjar. Jiddependi ħafna wkoll fejn wieħed jaspira li jasal; u naħseb illi kull min hu involut fix-xena tal-futsal lokali jaqbel li għad hemm lok għal iktar avvanz. Però riċentement l-MFA ħadet l-amministrazzjoni tal- kompetizzjonijiet fi ħdanha u dan kien sinjal li riedet tinvesti iktar fl-isport għall-fatt li setgħet tiddedika iktar riżorsi li għandha fid-dispożizzjoni tagħha. Fost l-oħrajn naf li kien hemm inizjattivi sabiex jitressqu iktar tfal lejn il-logħba tal-futsal u jiffamiljarizzaw ruħhom magħha; kif ukoll tħejja pjan daqsxejn iktar strutturat dwar kif kellu jevolvi l-kampjonat prinċipali. L-opinjoni personali tiegħi hi li għad irid ikun hemm bidla fil-kultura ta' ħafna nies involuti fil-futbol sabiex jifhmu li l-futsal huwa komplimentari għal-logħba tal-futbol u li għandu jkun imdaħħal bħala parti integrali fl- iżvilupp tal-plejers meta jkunu żgħar. Naħseb ukoll li l-klabbs tal-futbol jistgħu jkunu inċentivati iktar biex ikollhom it-tim tal-futsal tagħhom għaliex bħalissa għal raġuni jew oħra, huma ftit il-klabbs li jagħmlu dan. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri l-Padiljun Sportiv ta' Kordin u anki fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Fuq dan l-aspett nista' nikkummenta mill-punt di vista ta' plejer u bħala plejers l-iktar affarijiet li jaffettwawna huma: il-kwalità tal-art li nilagħbu fuqha u l-faċilitajiet bħad-dressing rooms. Minn dawn l-aspetti fl-Iskola Nazzjonali hemm vantaġġ kbir għaliex il-binja u l-faċilitajiet huma prattikament ġodda. Rigward l-art wieħed irid jikkunsidra żewġ affarijiet; l-ewwel nett l-impatt li din tħalli fuq il-livell ta' logħob li l-plejers jistgħu jesprimu. Il-futsal hija logħba ferm veloċi li tirrikjedi bdil ta' direzzjoni fi spazju żgħir il-ħin kollu, kontroll tal-ballun preċiż u veloċità fil-moviment tal-ballun; jekk l-art ma ttikx ċertu garanziji bħala plejer, it-temp tal-logħba se jonqos u magħha tonqos l-ispettakolarità. Din is-sena kellna ċ-ċans li nilagħbu ftit logħbiet tal-kampjonat kif ukoll xi friendlies internazzjonali fl-iskola Nazzjonli minflok f 'Kordin u f 'dawn l-okkażjonijiet wieħed jinnota din id- differenza b'mod ċar. It-tieni konsiderazzjoni li trid issir hija kif din taffettwa s-saħħa tal- plejers; l-injuries huma parti mill- isport però jekk il-kundizzjoni tal- pitch ma tkunx tajba, ir-riskji jiżdiedu ħafna. Fil-passat riċenti kien hemm diversi episodji fejn plejers sofrew injuries serji u fit-tul u wieħed mill- fatturi kienet art li tkun tweħħel. Apparti minn hekk, it-tipi ta' wċuħ li nilagħbu fuqhom għandhom limitu ta' kemm jistgħu jospitaw logħob qabel ma jkollhom jinbidlu anke għaliex il-cushioning tagħhom jispiċċa maż-żmien u anke dan huwa sors ta' injuries. L-opinjoni personali tiegħi hi li fil-każ ta' Kordin kemm l-art kif ukoll id-dressing rooms m'humiex tal- livell mixtieq. Xi tgħidli dwar is-sigurtà li teżisti bħalissa fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin? Bil-mod kif inhu; huwa faċli biex il-partitarji jinżlu fil-pitch ħdejn il-plejers kif fil-fatt ġara waqt waħda mill-finali ta' din is-sena fejn saħansitra plejer intlaqat minn xutt f 'wiċċu. Ir-realtà hi li maż-żmien żdiedet l-organizzazzjoi anke ta' kif il- partitarji ikunu mqassmin u sar ikun henn iktar pulizija, madanakollu l-mument li jkun hemm logħba taħraq u attendenza numeruża tkun biċċa xogħol pjuttost ikkumplikata għall-pulizija u għall-membri tas- sigurtà biex iżommu l-ordni jekk jinqala' xi inkwiet. Partikolarment ta' min jinnota li wieħed mill-bankijiet tas-sostituti dejjem ikollu l-partitarji tat-tim oppost eżatt warajh. 'Kienu mumenti sbieħ ħafna u riżultat mill-familja tal-Luxol' Cristian Antony Muscat Andy Mangion - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futsal lokali f'dawn l-aħħar snin u li kien xprun ewlieni biex Luxol Futsal matul l-aħħar staġun kisbu d-Double permezz tar-rebħ tal-Kampjonat u tan-Knock-Out Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futsal lokali f 'dawn l-aħħar snin. Kien xprun ewlieni biex Luxol Futsal matul l-aħħar staġun kisbu d-Double permezz tar-rebħ tal-Kampjonat u tan- Knock-Out. Beda jilgħab il-futsal ma' Todos lura fl- 2011. ANDY MANGION Ma kienx staġun faċli għalina għaliex wara d-diżappunt tas-sena l-oħra kellna nxammru l-kmiem u naraw x'nistgħu nirranġaw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019