Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Kif qed tħares lejn l-avventura Ewropea fil-UEFA Futsal champions League ftit tal-ġimgħat oħra? Il-UEFA Futsal champions League hija kompetizzjoni prestiġġjuża ħafna u li dan l-aħħar qed iġġib sodisfazzjon kbir lejn il-futsal lokali. Għal dawn l-aħħar sentejn it-timijiet Maltin irnexxielhom jikkwalifikaw mir-round preliminari biex għaddew għar-round prinċipali fejn jibqa' l-aħħar 32 tim u anke hawnhekk kien hemm prestazzjonijiet tajbin. Għaldaqstant għalkemm għad trid titla' l-polza naħseb illi t-tama ta' kulħadd hija li ntejbu fuq ir-riżultati li ksibna fil-passat riċenti. Fl-istess ħin hija esperjenza eċitanti ħafna għal kull min hu involut fil- klabb ta' Luxol għaliex wieħed jista' jikkompeti ma' timijiet ta' livell għoli. X'tikkummenta fuq il-kumitat ta' Luxol immexxi miċ-chairman Joseph Aquilina u mill-president Mario Vella? Nieħu l-opportunità biex nirringrazzjahom pubblikament ta' kulma jagħmlu magħna l-plejers u ta' kemm jaħdmu għall-ġid tal-klabb ta' Luxol u tal-Futsal lokali. Jekk wieħed iħares lejn l-istruttura tal-klabb u l-mod kif jitmexxa, wieħed jista' japprezza l-livell ta' professjonalità apparti d-dedikazzjoni ta' dawn in-nies. Mario u Joe jagħmlu sforzi kbar biex jaċċertaw li t-tim ikollu kulma għandu bżonn biex jiffunzjona bl-aħjar mod u warajhom hemm kumitat, staff tekniku u lista ta' nies twila mhux ħażin li kollha għandhom irwol speċifiku importanti biex it-tim jilħaq l-għanijiet tiegħu. U fuq il-kowċ Gabriel Dobre? Kliem ta' tifħir biss; kowċ bravu, iddedikat u b'mentalità tajba li nemmen kien strumentali għalina biex wasalna fejn wasalna f 'dan l-istaġun; flimkien mal-assistent Cope li ħadmu ħafna mill-ewwel sessjonijiet ta' taħriġ u ppreparajna fid-dettall għal kull sitwazzjoni li stajna nsibu ruħna fiha. Meta fil-bidu tal-istaġun sirt naf li Gabi kien ser ikun il-kowċ il-ġdid tagħna lqajt l-aħbar bi pjaċir għaliex kont naf l-esperjenza li kien se jġib miegħu apparti li sħabi li kienu ħadmu miegħu fil-passat kollha kellhom kummenti pożittivi. Waħda mill-affarijiet li laqtitni kienet il-mod kif ħadem fil-konfront tal- grupp tal-plejers Maltin fl-iskwadra għaliex għamilna ħafna xogħol biex nieħdu iktar inizjattiva fil-pitch u b'hekk innaqqsu d-dipendenza fuq il-plejers barranin li bl-esperjenza u bil-kwalità tagħhom dejjem jagħmlu d-differenza. Naħseb illi dan irrifletta wkoll b'mod pożittiv fil-prestazzjonijiet tagħna mat-tim nazzjonali. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-futsal? Bħal kull tifel li jħobb il-futbol, il- ħolma tiegħi meta kont żgħir kienet dejjem li xi darba nilbes il-flokk tat- tim nazzjonali u dan il-ħsieb jgħaddili minn moħħi kull darba li jkolli l-unur li nirrappreżenta lil pajjiżi. Naħseb li iktar ma qed jgħaddi ż-żmien il-livell tat-tim nazzjonali qiegħed dejjem jiżdied u prinċiparjament naħseb li dan huwa riżultat taż-żieda fil-livell ta' ċerti logħbiet lokali u għall-fatt li ħafna minnha għandna l-fortuna li nittrenjaw ma' plejers barranin ta' kwalità fil-klabbs tagħna. Fatt ieħor huwa li hemm grupp ta' plejers magħqud li issa bnejna ftit tal- esperjenza flimkien. Sfortunatament fl-aħħar logħbiet għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja l-polza ma daħkitilna xejn għaliex ġejna fi grupp ferm iebes mal-Iżvezja, il-Belġju u l-Armenja u għal darba oħra erġajna fallejna fit-tentattiv li niġbru xi punti f 'logħbiet kompetittivi. Madanakollu kellna prestazzjonijiet tajbin f 'dan l-istaġun u anke xi riżultati pożittivi f 'logħob ta' ħbiberija. U fuq il-kowċ Vic Hermans? Din is-sena kienet it-tieni darba li kelli l-opportunità naħdem mal-kowċ Vic wara li kien hu li tani d-debutt tiegħi mat-tim nazzjonali tmien snin ilu. Huwa kowċ li għandu esperjenza vasta ħafna fil-futsal u huwa isem rinomat fix-xena internazzjonali fejn saħansitra mexxa tim ft-Tazza tad- Dinja riċenti. Għalina dan l-istaġun kien importanti li jerġa' jkollna logħob ieħor internazzjonali wara li konna neqsin għal iktar minn sena u nofs u kienet nota pożittiva li l-kowċ Vic flimkien mal-MFA organizzaw ammont ta' friendlies mal-Olanda u l-Irlanda ta' Fuq bi preparazzjoni għal- logħob kompetittiv. Kif diġà spjegajt, it-tamiet tagħna fil-grupp mal-Iżvezja u l-Belġju kienu baxxi ħafna; però naħseb li wieħed mill-punti pożittivi li rnexxielu jikseb il-kowċ kienet li ġew introdotti wċuħ ġodda u plejers żgħażagħ li rrispondew b'mod pożittiv bil-prestazzjonijiet tagħhom. Dan kien importanti għaliex iktar ma jmur l-età medja tat-tim dejjem qiegħda dejjem togħla u fl-aħħar mill-aħħar l-ebda plejer mhu għal dejjem. Kemm tħoss li huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? Naħseb li huwa importanti immens għal diversi raġunijiet. Normalment l-ewwel ħaġa li wieħed tiġih f 'moħħu huwa l-aspett fiżiku għaliex permezz tal-isport wieħed kapaċi jżomm attiv u f 'saħħtu u dan huwa importanti ħafna; però mhux biss. L-isport huwa għodda utli ferm fil-formazzjoni tal-karattru u l-personalità ta' persuna minn età żgħira. Dan għaliex f 'ambjent ta' pjaċir wieħed jista' jittrażmetti u jwassal valuri importanti għall-ħajja bħal-lealtà, dixxiplina, ħbiberija, kompetittività u spirtu ta' sagrifiċju. Apparti minn hekk; anke meta wieħed jikber, l-isport jibqa' jkun żvog kemm enerġetiku u kif ukoll ta' kreattività li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum il-ġurnata huma importanti ħafna biex jgħinuna nsibu bilanċ. riżultat ta' ħafna sigħat ta' xogħol Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019