Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
IDENTITY MALTA AGENCY CHANGE IN OFFICE OPENING HOURS CENTRAL VISA UNIT AS FROM 1 st JULY 2019 THE CENTRAL VISA UNIT WILL BE OPENING FROM: MONDAY TO FRIDAY 08:00AM - 02:00PM (Excluding Public Holidays) The Central Visa Unit will be accepting general queries, the submission of applications, including student visas, and passport collections on a daily basis t +356 2590 4550 e visa.ima@gov.mt w www.identitymalta.com 10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 Joseph Muscat Minn Albert Gauci Cunningham ILMINISTRI serrħu rashom din il-ġimgħa għax apparti li huwa ċar li għaż-żmien li ġej, probabbilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, Joseph Muscat se jibqa' Prim Ministru, f 'laqgħa tal-Kabinett li saret nhar il-Ġimgħa ngħatat l-impressjoni li għaż- żmien li ġej xejn mhu se jinbidel wisq mill- kompożizzjoni tal-Kabinett. Dan ħlief għal xi bidliet żgħar fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, hekk kif kollox qed jidher illi l-għażla ta' Muscat għal Kummissarju Ewropew se tkun Helena Dalli. Il-gazzetta tkellmet ma' ħames sorsi, tlieta minnhom fil-Kabinett. Is-sorsi kollha, għajr wieħed, qalu illi l-Prim Ministru mhux mistenni jagħmel bidliet radikali ħlief dawk relatati ma' Dalli, fejn jekk titlaq waħda, jidħol ieħor jew oħra. Kienet din il-gazzetta l-ewwel li żvelat illi l-Ministru Helena Dalli hija l-favorita biex issir Kummissarju Ewropew nhar is-16 ta' Diċembru 2018, b'din il-gazzetta terġa' tikkonferma li Dalli hija waħda mit-tliet għażliet nhar it-23 ta' Ġunju u li fil-fatt hija stess qed timbutta biex tieħu din il-kariga. Din il-gazzetta kienet żvelat ukoll u tinsab infurmata mill-ġdid li l-favorit biex jieħu post Dalli jew inkella jidħol fil-kabinett malli titlaq hi, huwa Edward Zammit Lewis, eks Ministru u ħabib tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Jista' jkun li apparti dan ikun xi promozzjoni jew bidla għal xi Segretarju Parlamentari, imma kollox ma' kollox il-kabinett se jibqa' l-istess. Dan ifisser illi l-Gvern jibqa' b'bejn wieħed u ieħor l-istess ministri illi kienu maħtura wara l-elezzjoni tal-2017. Il-Kabinett iltaqa' nhar il-Ġimgħa hekk kif il-Prim Ministru kien Brussell, fejn kienu għaddejjin negozjati għall-ogħla karigi tal- Unjoni Ewropea. Minkejja negozjar, Muscat ma ngħata ebda kariga bl-illum.com.mt tirrapporta sorsi f 'Kastilja, ftit wara biss, illi Muscat se jibqa' Prim Ministru, probabbilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Għalissa kollox l-istess... imma jaf jidħol Zammit Lewis flok Dalli