Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter DIN il-ġimgħa ż-żewġ kandidati għall-kariga ta' President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ippreżentaw b'mod pubbliku l-manifest elettorali tagħhom. L-ILLUM tat ħarsa lejn iż-żewġ manifesti u fil-qosor elenkat punti ewlenin taż-żewġ viżjonijiet. L-għajta tal-kandidati Iż-żewġ kandidati qegħdin jużaw tema differenti għall-kampanja tagħhom. Bonett għażel li jikkontesta bl-għajta ta' 'Il-Klabbs fuq Quddiem' filwaqt li min-naħa l-oħra Vassallo adotta l-għajta ta' 'Forward Together'. Il-viżjoni ta' Bonett iddur madwar ħames prinċipji:poter lill-klabbs, kummerċjalizzazzjoni, il-logħba fiċ- ċentru ta' ħidma tal-MFA, żvilupp tal-klabbs u tal-plejers sabiex isiru professjonali, u komunikazzjoni kostanti bejn it-tmexxija tal-MFA u l-klabbs. Min-naħa l-oħra, il-viżjoni ta' Vassallo tistrieħ fuq ħames pilastri li huma: kompetizzjonijiet sodisfaċenti, fair play u sostenibbilità finanzjarja, solidarity funds distribution, appoġġ għall-iżvilupp u edukazzjoni, għarfien professjonali u l-aħjar prattiċi. Fl-istess waqt iż-żewġ kandidati qegħdin jorbtu l-viżjoni tagħhom ma' medda ta' żmien. Apparti minn dan, Vassallo, kien ċar bil-proposti tiegħu jkunu bbażati fuq medda ta' tmien snin. Il-proposti tal- avversarju tiegħu, qed ikunu mqassmin fuq numru ta' snin differenti. Xi wħud mill-proposti se jiġu attwati fi tliet snin, oħrajn f 'sitt snin u oħrajn fi żmien disa' snin. Iż-żewġ kandidati bi pjanijiet kbar għall- infrastruttura X'qiegħed iwiegħed Bonett? • Uċuħ ġodda għall-grawnds kollha li jitlestew f 'sitt snin • Stadium ġdid għan-Nofsinhar ta' Malta • Żviluppi ġodda ġol-istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali. In-'North' u s-'South Stand' jitressqu fil-viċin. Il- West stand issir il-kwartieri l-ġodda tal-MFA. Dan kollu qed jiġi stmat li se jiswa €30,000,000 X'qiegħed iwiegħed Vassallo? • L-istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali jiġi żviluppat mill-ġdid fuq stil Ingliż bl-introduzzjoni ta' safe standing seats. Il-pjanijiet jinkludu wkoll, Futsal arena, Ċentru għan-negozju, stabbilimenti tad-divertiment u ċentru tekniku ġdid • Sas-sena 2025 għandhom jiġu żviluppati żewġ ċentri reġjonali • Vassallo qiegħed iwiegħed li jiġi żviluppat Stadium ġdid fin- Nofsinhar ta' Malta • Jiġi żviluppat l-istadium f 'Ta' Sannat Għawdex Il-proposti għall-klabbs lokali X'qiegħed iwiegħed Bonett? • Direttur għall-klabbs bl-MFA tħallas is-salarju ta' €15,000 lil kull klabb. • Jinħoloq dipartiment għas- servizz tal-membri • Jinħolqu l-iskemi kollha proposti • F'temp ta' sitt snin il-klabbs kollha tal-Premier ikunu qed joperaw fuq bażi professjonali • Fuq medda ta' disa' snin numru sostanzjali ta' klabbs tal-ewwel diviżjoni jkunu qed joperaw fuq bażi professjonali • Il-klabbs kollha jkunu ċċertifikati bħala finanzjarjament awto suffiċjenti • Il-klabbs tat-Tieni u tat-Tielet Diviżjoni jkunu qed joperaw fuq bażi semiprofessjonali X'qiegħed iwiegħed Vassallo? • Appoġġ għall-pjan ta' negozju lill-klabbs • Taħriġ ta' edukazzjoni għall- kumitati u l-istaff tal-klabbs Iridu l-Presidenza iżda x'qed jipproponu? L-ILLUM tanalizza Chris Bonett u Bjorn Vassallo jridu l-iktar kariga prestiġjuża x-xena tal-futbol lokali. Imma xi jridu jwettqu? Xi pjanijiet għandhom? X'qed jipproponu? L-ILLUM tanalizza ż-żewġ manifesti Aħbarijiet Bjorn Vassallo

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019