Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 minn Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa Adrian Delia ħabbar illi l-eks Ministru fi Gvernijiet immexxijin minn Eddie Fenech Adami, Louis Galea se jkun qed imexxi r-riforma fil-Partit Nazzjonalista. Din ir-riforma tiġi fi żmien meta l-qasma fil-PN qatt ma kienet daqshekk fid-deher. L-ILLUM tħares lejn dawk il-fatturi li Galea bilfors se jkollu jikkunsidra biex il-PN verament jirriforma ruħu Il-PN jeħtieġ viżjoni li tgħaqqad lil hinn mit-tneħħija ta' Muscat Louis Galea se jkollu b'paċenzja u bil- mod il-mod, ifassal pjan strutturat biex jara verament xi jridu n-nies u fejn iridu jaslu. L-istudenti xi jridu? X'jixtiequ jaraw jinbidel? X'pożizzjoni ċara se jieħu l-PN dwar il-barranin? Se jkun partit li jħaddan il-multikulturaliżmu jew inkella li jipproponi restrizzjonijiet realistiċi ta' kemm u min jista' jidħol f 'pajjiżna? Huwa favur jew kontra programmi ta' integrazzjoni? Lest jakkomoda l-bżonnijiet ta' minoritajiet f 'pajjiżna? Kif? Hemm nies minn dawn il-minoritajiet fil-partit? Kif qed ikunu rrappreżentati? Fil-verità, minkejja li kien il-Partit Laburista li għamel ħafna storbju dwar persuni ta' razez, kulur u kulturi differenti, kien il-PN l-ewwel li ħareġ persuna barranija (minn pajjiż barra l-UE) fuq il-lista tiegħu, Dounia Borg minn San Pawl il-Baħar li fil-fatt hija Marokkina. Lil hinn mill-barranin. Xi jrid jagħmel differenti dwar l-ekonomija? Xi proġetti qed jaħseb dwarhom? Min huma l-esperti li qed jaħdmu fuq dawn il- proġetti? F'liema setturi hemm bżonn ta' proġetti? Il-PN jista' juża l-għajnuna tal- pubbliku u tal-esperti f 'dak li jirrigwarda modi ġodda tat-trasportazzjoni, infrastruttura f 'żoni turistiċi u lil hinn, trasport pubbliku, karozzi elettriċi, divertiment, faqar, kirjiet u oħrajn. Galea jrid iħares lejn il-pożizzjoni tal-partit dwar kwistjonijiet bħal kaċċa għall-gamiem, dwar drittijiet ċivili u l-promozzjoni ta' għarfien dwar persuni transesswali, dwar ir-relazzjoni bejn il- PN u kuntratturi u ħafna iktar. Il-lista hija twila u jinħtieġ jibda programm sħiħ ta' dikussjoni interna u pubblika biex ikun imfassal rapport inovattiv, b'punti u proposti ċari li jiġu diskussi f 'kampanja ta' programmi u diskussjonijiet ma jaqtgħu xejn fuq il- midja tal-PN u midja oħra. Jeħtieġ jibni pontijiet mal-midja tradizzjonalment qrib tal-PN Delia u t-tmexxija tal-PN weriet ċerta predispożizzjoni biex titkellem u tikkomunika mal-midja, fil-bidu. Illum iżda r-relazzjoni tal-PN mal-midja u speċjalment mal-midja li dejjem appoġġjatu hija waħda ħażina ħafna. It-Times/Sunday Times of Malta fl- aħħar elezzjoni kienet saħansitra ħeġġet lill-qarrejja tagħha biex jivvutaw lill-PN. Illum ir-relazzjoni bejn il-PN u ħafna mill-ġurnalisti tal-istess gazzetta hija fl- agħar stat li qatt kienet. Galea se jkollu jbiddel dan u jerġa' jibni pontijiet b'saħħithom ma' entità li għandha r-riżorsi u li tinqara, kważi reliġjożament, minn ħafna Nazzjonalisti. Wara li jagħmel dan Galea jrid jara li jistabbilixxi relazzjonijiet pożittivi ma' kull gazzetta/portal u mezz ta' aħbarijiet. Jeħtieġ ikun hemm komunikazzjoni franka u ċara bejn il-midja u l-PN. Jeħtieġ li tal-aħħar kontinwament iżomm lill-midja infurmata dwar proposti u bidliet u jagħmel lilu nnifsu aċċessibbli l-ħin kollu. Joħloq tim ta' strateġisti Louis Galea jeħtieġ illi malajr kemm jista' jkun ilaqqa' grupp ta' persuni li huma strateġisti u mħuħ politiċi. Persuni li se jibdew minn din is-sena jwettqu strateġija ta' fejn għandu jmur il-Kap tal-PN, x'għandu jgħid, kif għandu jippromovi l-proposti, f 'liema djar għandu jħabbat u li jkunu responsabbli għat-tfassil ta' riforma sħiħa fil-midja tal-PN li tiffoka fuq il-materjal politiku u l-messaġġ li qed jintbagħat. Dawn għandhom jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa biex jiddiskutu xi strateġija u pożizzjoni se jieħu l-partit fuq kwistjonijiet li jqumu l-ħin kollu. Jekk seħħet traġedja, dawn jiltaqgħu, jiddiskutu u jiddeċiedu x'pożizzjoni għandu jieħu l-partit, x'se jkun hemm fl-istqarrijiet u x'se jgħid il-Kap. Għandu jkun il-post fejn jitħejjew id-diskorsi ta' Delia fil-Parlament u lil hinn minnu u huwa fejn jitfassal pjan għall-immaġini tal-partit. Dan il-grupp jaf ikun l-aktar pedina importanti ta' Galea biex il-partit jibda jfieq. Irid jara kif se jġib lin-nies lura Louis Galea jrid jara kif se jġib saffi sħaħ ta' attivisti lura. L-ewwel nett irid jibda billi jġib lura lil dawk li telqu lill- PN fl-aħħar sentejn. Ħafna minn dawn huma persuni minn żoni iktar affluwenti u iktar lejn is-Swieqi, Tas-Sliema, San Ġiljan u aktar. Hawnhekk il-PN, kontinwament qed jesperjenza rati baxxi ta' nies li jivvutaw. Il-PN jeħtieġ iġib lura nies li fl-aħħar żmien kienu kruċjali fil-partit, fosthom fil-midja. Imbagħad Galea għandu sfida ikbar. Dik li jrid jressaq lejn il-partit dawk l-eluf kbar ta' votanti li abbandunaw lill- PN għall-PL qabel l-2013. Din hija forsi l-aktar sfida b'saħħitha għaliex il-maġġoranza ta' dawn għadhom qed jivvutaw jew jippreferu lill-PL fil-Gvern. Dawn ilhom b'din l-affinità politika ikbar lejn il-PL, 10 snin, mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009 meta Muscat rebaħ l-ewwel elezzjoni b'distakk ikbar minn 30,000 vot. Irid jara xi rwol se jilgħab Delia U finalment irid jara x'se tkun id- deċiżjoni dwar Adrian Delia. Anke jekk ikun hemm dan kollu ta' hawn fuq kollox jibqa' jorbot mal-personaġġ tal-Kap. Minkejja li huwa persuna li ħafna jirrelataw miegħu, illum Delia sar personaġġ politiku diviżiv, fis-sens li joħloq reazzjoni kompletament opposta u li qed tifred. Min jaħseb li huwa l-Kap ideali u min iridu jitlaq akkost ta' kollox. Louis Galea se jkollu jevalwa fejn hu post Delia f 'dan ix-xenarju kollu u jrid jasal għar-risposta kruċjali għall- mistoqsija kardinali: Il-preżenza ta' Delia, f 'partit li issa se jkun qiegħed jeżawrixxi l-possibilitajiet ta' progress, se tgħin jew se tfixkel lill- PN? X'se jagħmel Louis Galea biex ifejjaq lill-PN? Din il-ġimgħa Louis Galea kien magħżul bħala l-persuna li se tmexxi riforma tant bżonjuża fil-PN. Imma x'inhuma l-aktar passi importanti li jrid jieħu Galea? X'inhuma l-aktar punti li jrid jikkunsidra? Louis Galea flimkien ma' martu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019