Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum • Ċentru ta' negozju għall-Klabbs Amateurs u Assoċjazzjonijiet Membri • Għajnuna lill-klabbs sabiex jakkwistaw fondi Ewropej • Jiġi ffirmat ftehim bejn l-Assoċjazzjonijiet Membri li jinkludi d-drittijiet u l-obbligi • Jiġi introdott programm ta' akkademja għall-iżvilupp tal-futbol Il-logħba tal-futbol lokali X'qiegħed iwiegħed Bonett? • Il-kampjonati lokali jsiru awtonomi mill-MFA • Jingħata l-Prize Monies kif proposti mill-istaġun 2019/2020. • Tibda kompetizzjoni ġdida għall- klabbs tat-tieni, tat-tielet diviżjoni u l-klabbs Għawdxin • Jitnieda s-Sillabu Nazzjonali tal- Futbol • Jinħoloq dipartiment tal- Iscouting • Tinħoloq skema ta' scholarships għal min jilgħab barra minn Malta. • 5 plejers ikunu jilagħbu barra fuq bażi professjonali sas-sena 2024. • Titlesta l-Akkademja tal-MFA • 10 plejers ikunu jilagħbu barra minn Malta fuq bażi professjonali sas-sena 2028 • Kwartieri ġodda għall-Youth F.A. X'qiegħed iwiegħed Vassallo? • Vassallo qiegħed jgħid li tim ta' esperti se jkun qiegħed janalizza din il-kwistjoni u jistudjaw il-kwoti fuq il-limiti tal-plejers barranin u kemm idum il-mid season break. Fl-istess waqt se jkun diskuss il-miżati ta' reġistrazzjoni ta' plejers barranin • Entità tal-league li tmexxi senior futbol • Appoġġ lill-klabbs sabiex iwaqqfu mudell kummerċjali sostenibbli • Diskussjoni fuq status ta' taxxa speċjali għall-klabbs • Tiġi mwaqqfa fondazzjoni 'Inħobb il-Futbol' sabiex timxi mal- istrateġija taż-żgħażagħ • Introduzzjoni ta' politika rigoruża dwar il-protezzjoni ta' minuri • Żieda fin-numru ta' nisa f 'karigi ta' tmexxija inkluż fi ħdan l-MFA • Pjan strateġiku għar-referis lokali Futbol Internazzjonali X'qiegħed iwiegħed Bonett? • Titnaqqas id-differenza fil-livell bejn Malta u pajjiżi oħrajn • F'temp ta' disa' snin Malta tirbaħ id-Diviżjoni D tal-UEFA Nations League X'qiegħed iwiegħed Vassallo? • Jitjiebu r-riżultati tat-Tim Nazzjonali Malti • Jiġi diskuss il-ħolqien ta' tim professjonali ta' plejers magħmul minn plejers Maltin li jipparteċipa f 'leagues barrani. • Jitjiebu r-rankings tat-timijiet nazzjonali f 'kull sezzjoni • Tiġi organizzata FIFA Youth World Cup u Youth European Cup f 'Malta Tibdiliet interni fl-MFA X'qiegħed iwiegħed Bonett? • Titwaqqaf kumpanija kummerċjali ġdida bl-ishma jkunu 45% tal-MFA u 55% tal-klabbs. L-impjegati ta' dawn id-diversi setturi se jkunu trasferiti f 'din il- kumpanija • Jinħoloq dipartiment għas- servizz tal-membri li jservi ta' one-stop-shop għall-esiġenzi kollha amministrattivi tal-klabbs • Emendi biex l-istatut jinbidel għaż-żminijiet tal-lum • Twaqqif ta' kumitati tal-finanzi, dinjità lill-uffiċjali tal-klabb • It-twaqqif ta' Dipartiment tar- Riżorsi Umani. • Dikjarazzjoni ta' pagi u onorarji • Aktar trasparenza fl-MFA X'qiegħed iwiegħed Vassallo? • Jinħoloq dipartiment ta' etika, integrità u konformità • Jinħoloq Anti-Match Fixing Unit • Immodernizzar fl-MFA • Limiti ta' terminu għall-President • Reviżjonijiet fl-istatut u fil- proċess ta' deċiżjoni fi ħdan l-MFA Chris Bonett