Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
13 Intervista Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum Jiġifieri l-kowċ Ray Farrugia li jien għandi l-fiduċja fih, iktar milli qed jagħmel ma naħsibx li jista' għaliex il-plejers li għandu u l-prodott li qed nagħtuh huwa dak li hu," sostna l-avukat. Huwa kompla jgħid kif lanqas huwa tort tal-plejers għaliex dawn kienu prodott tas-sistema li ħolqithom. Għalhekk huwa qiegħed jgħid li jrid jiġi mwaqqaf pjan serju bbażat fuq medda ta' snin li jindirizza din il- problema. "Irridu nibdew bi skoss mill-qiegħ u għalhekk ipproponejt li bi pjan tekniku ta' 10 snin, li sar bl-għajnuna ta' diversi nies b'mod partikolari Carmel Busuttil, li kien kruċjali. Aħna qegħdin naraw li fi żmien disa' snin ikollna 10 plejers Maltin jilagħbu barra. Hemmhekk ikollna tim nazzjonali kompetittiv. Jekk tħares madwarna, pajjiżi żgħar bħalna li għamlu suċċess, għamlu suċċess mhux għaliex il-kampjonati lokali tagħhom tjiebu iżda għax il- plejers tagħhom marru jilagħbu barra mill-pajjiż," qal Bonett. Mal-ILLUM huwa jgħid ukoll illi dan il-pjan tekniku se jkun qed jinkludi fih sillabu nazzjonali tal- futbol illi joħloq l-Akkademja l-ġdida tal-MFA u ċ-ċentri tal-MFA bl-għan li jimmarka u jħarreġ l-aktar tfal promettenti. 'L-MFA timxi fuq sistema kważi komunista' Naqilbu ftit id-diskors u nistaqsih dwar liema parti mill-manifest tiegħu se jkun qiegħed iħares biex jattwa minnufih ġaladarba jkun elett. Bonett jgħid li,"il-Governanza tal-MFA hija antikwata u bbażata fuq sistema li kważi nsejħilha komunista fejn inti għadd għandek struttura li tiddependi mill-President, Viċi President, Segretarju, Kunsill eżekuttiv. Din trid tinbidel." Żied jgħid li din trid issir aktar trasparenti. "M'iniex qed nallega li hemm xi forma ta' prattiċi illeċiti iżda s-sistemi li huma użati fl-MFA bħas-segretezza fil-kotba, fil-mod ta' kif jingħataw il-kuntratti, in-nuqqas ta' proċeduri tal-akkwisti, li ħadd ma jaf kemm għandu paga l-president jew id-diretturi, li ħafna xogħol jingħata permezz ta' telefonata. Dawn kollha jqajmu kultura ta' suspett li jiena nemmen li tista' tiġi evitata," saħaq l-avukat. Fl-istess waqt huwa fakkar f 'waħda mill-wegħdiet tiegħu li l-paga tiegħu tkun pubblika. "Intom kollha se tkunu tafu kemm naqla' paga. M'hemmx dubju l-President għandu bżonn ikun mħallas tajjeb għax ir- responsabbiltà kbira però l-figura għandha tkun pubblika." Fuq l-istess nota Bonett spjega li parti importanti fir-riforma interna ddur madwar l-irwol tas-Segretarju Ġenerali li skontu għandu wisq affarijiet fuq il-mejda tiegħu. "Is-Segretarju Ġenerali attwali huwa wieħed validissimu u ħabib tiegħi, iżda naħseb għandu wisq affarijiet fuqu. L-MFA trid tibda tiddelega x-xogħol. Il-parti kummerċjali tal- MFA ma jistax jibqa' jieħu ħsiebha s-Segretarju Ġenerali, l-istess għall- kampjonati. Is-segretarju ġenerali jrid jiffoka fuq l-iktar ittra importanti fl-MFA, l-'F' li tirreferi għall-futbol," qal Bonett. L-avukat kompla jżid jgħid li rridu nibdew nikkonċentraw fuq il-logħba tal-futbol għaliex skontu "tlifna ħafna żmien. Jiena wkoll inġorr parti minn dan it-tort. Ma niddejjaqx ngħid wkoll għaliex is-sabiħ huwa li titgħallem mill-żbalji tiegħek. Tlifna ħafna żmien nitkellmu fuq: grawnds, ħwienet, format tal- kampjonat, f 'regolamenti però fuq il-logħba tal-futbol ilna ma nitkellmu żmien." Fl-aħħar nett staqsejt lil Bonett biex jirrispondi għax-xettiċiżmu ta' ħafna Maltin li wara żmien twil qed iħossuhom mhux konvinti mill-bidliet li ż-żewġ kandidati qegħdin iwiegħdu. Hu jirrispondi u jgħid, "dik hi l-isbaħ sfida, jiena rasi iebsa bniedem determinat jekk ngħid ħa ngħaddi minn dak il-bieb minn dak se ngħaddi." Żied jgħid li, għandhom raġun ikunu xettiċi u jgħidu: 'int mhux diġà kont fl-MFA?' "Ma kontx dak li qed insuq il-futbol Malti. Jafu min kien qiegħed isuq l-futbol Malti." Minkejja dan huwa jisħaq li bi pjan serju l-pubbliku ma jdumx ma jiġi jagħti l-appoġġ lill-klabbs bl- entużjażmu li jwaqqa' kull ostaklu quddiem il-logħba tal-futbol lokali. "Jekk iġġib il-konsensus ta' kulħadd u twettaq dak li wegħedt mhux talli jiġu n-nies lura l-grawnd, iżda talli logħba tal-futbol lokali terġa' ssir brillanti," temm jgħid il-kandidat għall-President tal-MFA. Il-ġimgħa d-dieħla, din il-gazzetta se tintervista lil Bjorn Vassallo nirreżenja' - Chris Bonett Il-Governanza tal-MFA hija antikwata, ibbażżata fuq sistema li kważi nsejħilha komunista " Chris Bonett