Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
anniversarju Ma' Neil Zammit tkellimna wkoll dwar dak li ppreparat is- Soċjetà Filarmonika 'L-Unjoni.' Wara li fl-aħħar snin, din is- Soċjetà ħadmet fuq armar ġdid, fosthom statwa tal-martirju ta' Sant'Andrija, kopja tal-kwadru titulari li jinsab fil-knisja, din is-sena ħadet ħsieb tagħmel xi xogħlijiet ta' restawr fuq il- planċier tal-banda. Dan ix-xogħol ta' restawr, kompla jispjegalna Zammit, sar hekk kif din is-sena, is- Soċjetà Filarmonika qed tiċċelebra l-50 anniversarju minn meta kien sar xogħol ta' rinovazzjoni fuq l-istess planċier. Iżda l-armar ġdid mhux se jonqos. Fil-fatt, din is-Soċjetà Filarmonika, matul is-sena d-dieħla se tkun qed tiċċelebra l-140 anniversarju mit-twaqqif tagħha u biex tiċċelebra dan l-anniversarju se tkun qed tniedi proġett ta' armar ġdid. Mistoqsi dwar dan il-proġett, Zammit ma tantx żvela dettalji, iżda qal biss li se jkun jinkludi armar ġdid li jkomplu jżejjen il-pjazza sabiħa ta' Ħal Luqa. Il-Banda Sant'Andrija tiffoka fuq l-estensjoni tal-każin L-ILLUM tkellmet ukoll mal-President tal-Għaqda Mużikali Sant'Andrija Charles Attard li spjega kif aktar milli fuq l-armar, din is-sena ffukaw aktar fuq l-estensjoni tal-każin tal-banda. Fil-fatt, spjegalna kif it-tir tal-Għaqda Mużikali huwa li jitlesta minn kollox is-sular ta' isfel bl-għan li jkun jista' jitgawda mill-partitarji. Jekk armar ġdid ma sarx, ma jfissirx li l-voluntiera baqgħu b'idejhom fuq żaqqhom. Attard spjegalna kif sar xogħol ta' restawr fuq armar antik. "Għandna l-fortuna li dan ix-xogħol isir kollu min-nies tagħna, kemm l-irħamar u anke l-induratura," spjegalna l-President. Fakkar ukoll kif l-Għaqda Mużikali għandha diversi proġetti ppjanati għall-futur anke bis-saħħa ta' fondi tal- Gvern li bbenefikat minnhom. Fi kliem Attard, dan kollu bl-għan li jgawdu s-sezzjonijiet kollha tal-każin, kemm iż- żgħażagħ, tan-nar, tal-armar u fuq kollox l-istudenti li jitgħallmu jdoqqu l-istrumenti f 'dan il-każin. 15 Festi Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum Sant'Andrija; X'se jsir illum f 'Ħal Luqa? Dan huwa l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet li se jsiru llum f 'Ħal Luqa: • 9:00am: Quddiesa solenni tal-festa bil- paniġierku • 7:15pm: Purċissjoni solenni bil-vara ta' Sant Andrija • 11:00am: Marċ tradizzjonali ta' filgħodu mill-Banda Sant'Andrija • 10:30pm: Dħul tal- vara lura fil-Knisja • 11:15pm: Il-Banda L-Unjoni tagħlaq il-festa bil-Marċ tan-Nar Min hu Sant'Andrija? Sant'Andrija kien sajjied u skont l-Iskrittura huwa ħu San Pietru. Indrì kien dixxiplu ta' San Ġwann Battista tant li kien l-istess Battista li meta kien qed jgħammed u ra lil Ġesù dahar fuq Indrì u sħabu u qalilhom: 'Hekk hu l-Ħaruf t'Alla.' Indrì mar fuq Ġesù u meta staqsieh fejn kien joqgħod, dan wieġbu: 'Ejja, u ara.' Minn dakinhar, Indrì sar dixxiplu ta' Ġesù. Kien l-istess Indrì, li skont l-iskrittura laqqa' lil ħuh Xmun ma' Ġesù. L-iskrittura tkompli tgħidilna kif darba Ġesù ltaqa' magħhom it-tnejn waqt li kienu qed jistadu u qalilhom: "Ejjew, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. Marru, u minn dakinhar baqgħu dejjem ma' Ġesù. Wieħed mill-aktar mirakli magħrufa ta' Ġesù kien meta kattar il-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet biex jitma lid-dixxipli. Kien Indrì, li skont l-Iskrittura qal lil Ġesù li kien hemm tifel li kellu l-ħobż u l-ħut. Skont it-tradizzjoni, wara li l-Appostli rċevew l-Ispirtu s-Santu, Indrì mar jipprietka l-Vanġelu fil-Ġreċja, fit-Turkija u x'aktarx anke fil-Polonja u r-Russja. Huwa sofra l-martirju fil-Belt ta' Patras fl-Achaia fil-Greċja. Huwa ġie marbut ma' salib forma ta' X, bl-għan li jdum aktar biex imut. Skont it-tradizzjoni, Indrì dam tlett ijiem imsallab u jipprietka qabel ma' miet. Il-Kumitat tal-Festi Esterni 15 Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum L-istatwa tal-Għaqda Mużikali Sant'Andrija Il-Knisja armata fil-ġranet tal-festa L-istatwa tal-Banda L-Unjoni Il-marċ famuż tal-anġlu