Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum 'Fit-table football jeħtieġ li jkollok preċiżjoni, polz u mira tajba' JASON Pisani - fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa t-table-football f 'pajjiżna waqt li wkoll jokkupa l-kariga ta' Segretarju tal-MTFSA. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it- table football? Kont bdejt nilgħab din il-logħba f 'nofs is-snin 80, erbat iħbieb tiegħi. Niftakar li kont rajt avviż fuq il- gazzetta li kienet se tiġi organizzata kompetizzjoni ġewwa l-Belt Valletta u kont ħadt sehem fiha. Wara din il-kompetizzjoni, kont bdejt nieħu sehem fil-kampjonat nazzjonali, li kien jiġi organizzat kull nhar ta' Ħadd filgħodu fil-Floriana. X'emozzjoni ħassejt meta għal numru ta' drabi ġejt inkurunat champion tat-table football f 'Malta fosthom ma' Valletta Subbuteo Club? Meta tkun fuq in-naħa rebbieħa, dejjem tkun emozzjoni sabiħa u meta tqis li ma' Valletta Subbuteo Club għamilt seba' snin nilgħab u rbaħt sitt kampjonati wara xulxin, tista' tgħid li l-emozzjonijiet ma naqsux. Ovvjament fil-bidu kont nilgħab ftit, iżda fl-aħħar tliet kampjonati kont plejer regolari u għalhekk aktar huma għal qalbi. Barra dawn l-esperjenzi, irrakkonta l-esperjenzi li kellek fit-table football barra minn Malta. Issa ili nilgħab f 'kompetizzjonijiet barra minn Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin u esperjenzi sbieħ hemm mhux ħażin. Għalija li tilgħab fit-Tazza tad-Dinja għal Malta, hija esperjenza sabiħa u nkun qed nistennieha ħafna. Ma' Valletta Subbuteo Club irbaħt darbtejn il-Grand Prix tal-Ingilterra u bħala Individwali, żgur li mhu se ninsa qatt l-unur li rbaħt fil-kategorija tal-Veterani fil-Major tal-Belgium ġewwa Frameries f 'Marzu tal-2018. Int tifforma parti importanti mit- tim ta' Master Sanremo fl-Italja. X'inhuma l-aspettattivi tagħkom għal dan l-istaġun? Fis-sajf tat-2017 kont iddeċidejt li nipprova esperjenza barra minn Malta u kont iddeċidejt li ningħaqad ma' Master Sanremo, wara li dawn kienu qed ifittxu plejer barrani biex jingħaqad magħhom. Li nilgħab fil-Kampjonat Taljan, dejjem hija esperjenza sabiħa u fl-ewwel staġun ilħaqna t-tragward tagħna li nibqgħu nilagħbu fl-ogħla diviżjoni Taljana. Mhux hekk biss, imma rnexxielna nikkwalifikaw biex nilagħbu fl- Europa League u fiha ġejna fit-tielet post. Fl-istaġun li għadda tlifna l-play-out u b'hekk staġun ieħor se jkollna nilagħbu fit-Tieni Diviżjoni (Serie B). Din is-sena t-tragward ser ikun li nerġgħu nitilgħu fl-ogħla diviżjoni (Serie A) u li nibqgħu nikkompetu regolarment fil- kompetizzjonijiet organizzati mill- FISTF madwar l-Ewropa. X'tikkummenta fuq l-operat tal- MTFSA? Bħal kull ħaġ'oħra, l-MTFSA tista' titjieb, kemm bħala membri u anke bħala organizzazzjoni. Bħala segretarju ta' din l-għaqda, naħseb li rridu nkunu aktar professjonali u nippruvaw kemm jista' jkun malajr, ikollna post fiss tagħna, ħalli fih kulħadd ikun jista' jitħarreġ u nkunu nistgħu norganizzaw fih, kemm il-kompetizzjonijiet lokali u anke kompetizzjonijiet internazzjonali, fejn inkunu nistgħu nospitaw plejers minn pajjiżi differenti, biex jilagħbu fil-kompetizzjonijiet tagħna. X'sagrifiċċji jinvolvi t-table-football? Bħal kull sport ieħor, trid tagħmel xi ftit sagrifiċċju u fit-table football hemm bżonn li titħarreġ sew u dan jieħu ħafna ħin ta' prattika u preparazzjoni. Fil-ġurnata tal-kompetizzjoni trid tkun ikkonċentrat matul il-ġurnata kollha, għax il-logħob jibda fid- disgħa ta' filgħodu u jibqa' sejjer anke sat-tmienja ta' filgħaxija. Għalhekk trid tkun b'saħħtek, kemm mentalment u anke fiżikament. X'tikkummenta fuq il-fatt li wħud ma jqisux it-table football bħala sport? Qabel konna niltaqgħu ħafna ma' din il-problema, iżda llum il-mentalità nbidlet ħafna. Bħala Assoċjazzjoni, aħna membri kemm tal-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll ta' SportMalta. Fil-logħba tagħna jrid ikollok preċiżjoni, polz u mira tajba u dawn issibhom ukoll fi sport ieħor. Kif tqis il-livell tat-table football f 'Malta meta kkumparat ma' dak li nsibu barra minn Malta fosthom fl-Italja? Il-livell tal-plejers Maltin huwa għoli ħafna. Hawn ħames plejers li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-Italja u hawn aktar li għamlu żmien jilagħbu ma' klabbs barranin u issa qegħdin ma' klabb Malti. Tista' tgħid li fil- kompetizzjonijiet internazzjonali, dejjem ikun hemm xi plejer jew klabb Malti li jkun ma' ta' quddiem. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-table football? Bħala plejer nixtieq li nibqa' ntejjeb il-livell tiegħi u ovvjament nagħti sehmi mal-klabb li nkun qed nilgħab miegħu. Bħala Segretarju tal-MTFSA, se nibqa' naħdem għall-ġid tal-plejers Maltin u nibqa' naħdem biex fil-futur qrib, ikollna post tagħna u nkunu stmati daqs sports oħrajn. Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019