Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
12 Intervista illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 PROPJU ftit tal-ġimgħat oħra l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol se tkun qiegħda teleġġi kumitat ġdid. L-ogħla kariga, dik ta' President, qiegħda tiġi missielta minn żewġ persuni bi storja twila fil-futbol lokali, Bjorn Vassallo u Chris Bonett. Din il-ġimgħa l-ILLUM intervistat lil wieħed minn dawn il-kandidati Chris Bonett: avukat, eks Viċi President tal-MFA, eks uffiċjal tal- Integrità għall-UEFA u eks Aġent Kap ta' Sport Malta. Mal-ILLUM Bonett ikun skjett dwar x'għandu jsir sabiex il-futbol Malti jerġa' jgħolli rasu. Nibda din l-intervista billi nistaqsih biex jaqsam mal-qarrejja tal-ILLUM il- fatturi li mmotivawh biex jikkontesta l-elezzjoni tal-20 ta' Lulju. Huwa jirrispondi u jgħid li l-fattur kien wieħed, dak tal-klabbs. "Sentejn ilu wara li rritornajt Malta mill-karigi tiegħi mal-UEFA ma kellix ħsieb biex nerġa' ninvolvi ruħi fl-MFA. Xtaqt ninvolvi ruħi fil-futbol iżda mhux fl-MFA għaliex wara r-riżenja tiegħi, l-MFA kienet qabdet il-perkors tagħha b'eżekuttiv ġdid u allura kont naf li l-preżenza tiegħi se tkun daqsxejn ingombranti fuqhom," qal Bonett. Huwa jkompli jispjega kif, "wara ċertu żmien xi ħadd mill-MFA beda jxerridha li jaf nikkontesta għall- elezzjoni tal-President u għalhekk bdew iċempluli l-klabbs u jistaqsuni jekk iniex ħiereġ. Jiena bdejt ngħidilhom le iżda min-naħa tagħhom huma baqgħu jinkoraġġuni u llum qegħdin hawn. Kif jiena rajt li l-maġġoranza tal- klabbs jixtiequ illi nkun President tal-MFA jiena ddeċidejt li noħroġ," jgħid Bonett. "Jekk ma nilħaqx il-miri nwarrab. Mija fil-mija" Hekk kif hemm elenkat f 'paġni 8 u 9 ta' din il-gazzetta, il-programm ta' Bonett jinkludi diversi proposti, uħud li faċli jitwettqu oħrajn ambizzjużi. Fil-passat wegħdiet simili kienu saru però sfortunatament ftit minnhom immaterjalizzaw. Fid-dawl ta' dan, staqsjetu jekk jinsabx konvint li dawn il-wegħdiet kollha jistgħu jiġu attwati. Hu jkun pront sabiex jgħid li, "il-programm li ppubblikajt f 'dawn l-aħħar jiem, jirrispondi din il-mistoqsija. Naqbel miegħek, fil-passat saru ħafna wegħdiet u proklami u li baqgħu ma ġewx attwati. Il-manifest tiegħi ma ktibtux waħdi, huwa x-xogħol ta' grupp ta' nies li ġejjin minn oqsma differenti u li ddedikaw il-ħin tagħhom sabiex infasslu programm ċar," sostna l-avukat. Huwa jkompli jgħid li, "ta' min jinnota li kull proposta li hemm fil- programm tagħna għandna s-somma allaċċjata u mhumiex biss ibbażati fuq kunċetti u prinċipji. Jien ngħid kif se nagħmilhom l-affarijiet u għalhekk ridna nkunu ċerti li jkun programm b'miri differenti fosthom dawk ibbażati fuq tlieta u sitt snin. Dawn il-miri se jżommulna saqajna mal-art, dan għaliex il-partitarji, il-klabbs u l-midja jżommuni responsabbli għall- wegħdiet," saħaq Bonett. Dlonk nagħmillu mistoqsija supplementari fuq dan l-aħħar punt. X'tip ta' responsabbiltà se tkun qiegħed iġġorr jekk ma jilħaqx dawn il-miri? "Jekk ma nilħaqx il-miri nwarrab. Mija fil-mija, hemm il-miri prinċipali jekk ma nilħaqhomx jiena nitlaq," iddikjara Bonett. Huwa żied jgħid, "jiena avukat bil-professjoni u fl-aħħar mill-aħħar is-siġġu tal-MFA mhuwiex id- definizzjoni ta' ħajti. Jiena nixtieq li nsir President tal-MFA, għaliex flok ingorr fuq il-futbol Malti nixtieq li nkun hemm jiena u nbiddel l-affarijiet għaliex il-klabbs jemmnu fija," sostna l-kandidat għall-President tal-MFA. Il-grawnds tal-futbol vojta… kif se jbiddel din is-sitwazzjoni? Ovvjament ma stajniex nagħmlu din l-intervista mingħajr ma nistaqsih fuq il-pjanijiet tiegħu sabiex il-grawnds Maltin speċjalment dawk li jospitaw logħbiet tal-ogħla livell jerġgħu jibdew jaraw il-folol numerużi. Mistoqsi kif se jerġa' jimla l-grawnds bil-partitarji, Bonett qal li ma setax jirrispondi llum iżda spjega l-analiżi tiegħu fuq x'qed iwassal għall-grawnds vojta. "Sirna arroganti. Irridu nibdew u nammettu li aħna bħala moviment kalċisitku sirna arroganti. Tul is-snin aħna konna naħsbu li għax is-Sibt u l-Ħadd hemm il-logħob il-grawnd, in-nies se jiġu. Ma fhimniex forsi illi l-futbol illum il-ġurnata sar prodott bħal kull prodott ieħor u apparti minn dan qegħdin f 'suq kompetittiv ħafna," spjega l-avukat. Għalhekk jisħaq Bonett, "in-nies trid tmur għalihom. Ħafna jsemmu l-Empire Stadium, dak iż-żmien ma kienx hawn x'tagħmel f 'dan il-pajjiż. Is-Sibt u l-Ħadd kont tmur il-grawnd, illum qed tikkompeti ma' diversi forom ta' divertiment inkluż futbol barrani." Fuq l-istess nota huwa kompla jisħaq li rridu nkunu umli u nagħtu ħarsa lejn il-prodott tagħna u nistaqsu jekk huwiex wieħed attraenti. "Mhuwiex, grawnd antik u nies mhumiex ġejjin, din hi ħasra. Għaliex il-livell hu wieħed tajjeb, kellna kampjonat eċċezzjonali din is-sena, il-kampjonat ma ried jispiċċa qatt, kien wieħed drammatiku u kellna prodott sabiħ." Il-futbol internazzjonali… kif se niksbu riżultati tajbin? F'dawn l-aħħar snin, l-MFA kienet f 'ċentru ta' kritika għar-riżultati foqra li kiseb it-tim Nazzjonali Malti f 'logħbiet internazzjonali. Nistaqsi lil Bonett kif Malta tista' terġa' tibda tirbaħ. Huwa jirrispondi u jgħid, "jekk hawn xi ħadd li qed jaħseb li t-tim internazzjonali Malti se jibda jirbaħ mill-ewwel malli jinbidel il-President tal-MFA sejjer żbaljat. Il-problema mhix tat-tim nazzjonali preżenti. 'Jekk ma nilħaqx il-miri tiegħi nirreżenja' Jiena nixtieq li nsir President tal- MFA, għaliex flok ingorr fuq il-futbol Malti nixtieq li nkun hemm u nbiddel l-affarijiet għaliex il-klabbs jemmnu fija Jaf ikun il-President il-ġdid tal-MFA. Iżda xi jrid ibiddel? Kif se jerġa' jimla l-grawnd nazzjonali? U n-nies għalfejn għandhom jieqfu jkunu xettiċi u jemmnu dak li qiegħed iwiegħed hu? Il-kandidat għall-President tal-MFA, Chris Bonett jirrispondi għall-mistoqsijiet tal-ILLUM lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "