Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum t-tbaħrid beda. Imma attenti... U fake tans? Jagħmlu ħsara? "Tmorrux għar-raġġi. Imma kollox ma' kollox aħjar fake tan milli toqgħod ġox-xemx." Ħażin li toqgħod taħt l-AC għal ħafna ħin? "Le mhux ħażin. Importanti li tnaddaf il-filters tal-aircondition kull ġimagħtejn. Anzi aħna nħeġġu lin-nies biex joqogħdu taħt l-arja kkundizzjonata biex iżommu 'l bogħod sħanat jew għejja kkważata minn ħafna ħin fix-xemx." Jiżdiedu l-parties... jiżdied il- konsum tad-drogi "Il-messaġġ tagħna huwa li dejjem tevita. Tevita postijiet fejn taf li se tiltaqa' mad-drogi. Tista' tieħu gost mingħajr ma tikkonsma d-droga speċjalment f 'dan iż-żmien ikun hawn ħafna attivitajiet, bħal kunċerti pereżempju." Iktar attività sesswali. X'għandi nagħmel? Is-sajf iġib miegħu żieda fil-ħruġ u fl-attivitajiet soċjali kif ukoll fil- barranin. Dan kollu jwassal għal aktar attività sesswali speċjalment fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa. X'għandha tagħmel persuna biex tieħu ħsieb saħħitha? "Dejjem importanti li jekk persuna se jkollha attività sesswali tilbes il- protezzjoni, tuża l-condom." "Importanti li l-condoms ma tħallihomx fix-xemx għax inkella l-effett ma jibqax. U jekk tixtieq tistaqsi xi mistoqsijiet jew għandek xi dubji idħol fis-sit sexualhealth@gov. mt jew inkella tista' ċċempel ukoll lid- direttorat. Inkella tista' tkellem lil GU Clinic li jinsab f 'Mater Dei. Kif għandek tagħtas jew tisgħol f 'post pubbliku biex ma żżidx il-mikrobi? Fis-sajf jiżdiedu n-nies f 'postijiet pubbliċi, bħat-trasport pubbliku per eżempju. X'tista' tagħmel persuna biex tillimita t-tixrid tal-mikrobi? "Jekk se tagħtas, għamel dan fil- minkeb jew inkella f 'tissue. Importanti li wieħed joqgħod attent għaliex jekk se jagħtas f 'idejh u se jmiss affarijiet oħrajn, se jkompli jxerred il-mard. "Ġorr pakkett tissues u armieh jew inkella żomm pakkett bil-wipes biex timsah idejk sew wara." Hawnhekk tfakkar fl-importanza tal- ħasil tal-idejn kemm jista' jkun drabi, imma speċjalment wara li tuża t-toilet. Se nsiefer f 'pajjiż li għadu qed jiżviluppa. X'għandi nagħmel? U finalment, fis-sajf ħafna Maltin isiefru u ħafna bdew jagħżlu pajjiżi li huma 'l bogħod, fejn forsi il-livelli ta' sanità huma baxxi. X'għandha tagħmel persuna qabel tmur dawn it-tip ta' pajjiżi? "Importanti li l-ewwel u qabel kollox tara x'vaċċin għandek bżonn u importanti li tieħdu minn ftit qabel għax ċerti vaċċini jdumu aktar ma jaħdmu minn oħrajn." Tkompli tinsisti u twissi: "f 'ċerti pajjiżi tiekolx ikel nej u tixrobx ilma mill-vit. Ixrob biss ilma mill-flixkun u ara li dak il-flixkun ikun issiġġillat sew. Jekk tħoss sintomi mhux normali ċempel lit-tabib. Anke jekk tħoss sintomi meta tiġi lura, ċemplilna u nagħtuk parir." "U tinsiex ħu l-mediċini miegħek, għal li jista' jinqala'." Kull sena jkun hemm bejn 80 u 85 każ ta' melanoma. Madwar każ minn kull tmienja jwassal għall- mewt. Jekk tara bħal tebgħa li qed tikber u tinbidel fid-daqs u fil-kulur għamel kuntatt mad-direttorat. Tibżax tfittex l-għajnuna. 80-85 każ kull sena... tibżax tfittex l-għajnuna