Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 7 ta' Lulju | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ir-rebbiegħa li saret xitwa, wara biebna l-Ewropej Ma kienx hawn xi fanfarra kbira dwar din it-traġedja f 'Malta fejn kulħadd, inkluż aħna fil-midja ħa nagħmluha ċara, moħħu f 'Delia u Muscat u l-affarijiet li jolqtu lilna direttament. U m'hemm xejn ħażin b'daqshekk. Imma tajjeb li waqt li nitkellmu u nillatikaw dwar affarijiet lokali, xi minn daqqiet patetiċi u provinċjali, inżommu perspettiva ta' x'inhu jiġri madwarna. Din il-ġimgħa stess xejn inqas minn 40 persuna sfaw maqtula minn bomba li waqgħet f 'ċentru ta' refuġjati fi Tripli, il-Libja. Dan filwaqt li 80 persuna oħra sfaw mweġġa' f 'dan l-attakk. Għal darb'oħra l-akkwati u l-pajjiżi tal-Mediterran qed isiru ċimiterju ta' eluf ta' immigranti li qed jinqatlu jew imutu f 'diżgrazzji fil-baħar madwarna. Qatt mhu biżżejjed biex nibqgħu nfakkru illi dawn il-ħajjiet kollha li qed jintilfu u d-demm kollu li qed jiċarċar ta' nies li qed imutu bħad-dubbien, hija responsabbilità tagħna l-Ewropej ukoll. Ladarba wkoll kienu l-Ewropej li mhux wisq żmien ilu ħadmu (u sewwa għamlu) biex il-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran ikollhom dik li sejjaħnilha 'r-rebbiegħa Għarbija." Imma llum fejn hija r-rebbiegħa allura? Fil-Libja? Pajjiż maqsum u mkisser, bla tmexxija u fi stat ta' anarkija. Pajjiż li tħalla għal riħu fi gwerer imdemmgħin, qtil u periklu, maqsum bejn żewġ gvernijiet li qed jiġġieldu għall- poter. Pajjiż li kien u għadu ekonomikament imfarrak b'poplu li qed ifittex l-aħjar triq 'il barra. Pajjiż fejn id-drittijiet tal-bniedem ma jeżistux u issa saħansitra jinqatlu b'impunità u mingħajr ħadd ma jġorr responsabbilità. L-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa, ħabbret li f 'dawn it-tliet xhur biss inqatlu 1,000 persuna. Jekk din hija r-rebbiegħa? Mela x-xitwa kif tkun? Matul dawn il-ġranet rajna wkoll żewġ attakki suwiċida fit-Tuneżija, fejn anke jekk hemm forma ta' ggvernar, xorta għadu pajjiż li tħalla għal rieħu b'influwenzi estremisti u fundamentalisti deħlin, b'ekonomija mkissra, b'żgħażagħ bla xogħol u bla skop f 'ħajjithom. Dan l-attakk isegwi attakki żgħar oħrajn u l-attakk terroristiku infami fuq il-bajja ta' Sousse meta kienu nqatlu madwar 30 turist. Din hija r-rebbiegħa l-ġdida? Għal dan iġġieldu u nkoraġġejna lill-ġirien tagħna biex jiġġieldu? Għalhekk tneħħew, u kien sew li sar hekk ħa niftehemu, id- dittaturi? Biex minflok hemm l-anarkija? M'aħniex qed nitkellmu fuq pajjiżi fuq in-naħa l-oħra tal- globu hawn. Qed nitkellmu fuq 40 minuta ajruplan. Titla' fuq l-ajruplan, tittewweb tnejn u tinżel. Huwa fl-interess tagħna li naraw illi dawn il-pajjiżi jkunu stabbli u siguri u li jingħalqu l-pori kollha minn fejn jidħlu t-terroristi, li mbagħad b'mod jew ieħor jaslu l-Ewropa. Fl-Eġittu, rapport tal-Bank Dinji din is-sena juri kif 60% tal- popolazzjoni hija fqira, minkejja tkabbir fl-ekonomija. Għal darb'oħra fl-2017 biss saru diversi attakki fit-Tramuntana ta' Sinai fejn f 'darba biss inqatlu 312-il persuna f 'Moskea Sufi. L-ISIS ħadet responsabbilità ta' dan l-attakk. Sax-xahar li għadda biss inqatlu seba' membri tal- Korp tal-Pulizija u dan biex ma nsemmux kemm inqatlu Kopti. F'attakk wieħed biss fl-2017 inqatlu 30 persuna u weġġgħu 70 oħrajn. U nistgħu nibqgħu sejrin u għaddejjin niddeskrivu s-sitwazzjoni ħażina ħafna li fiha jinsab l-Eġittu. U dan, naturlament, biex ma nsemmux il-persekuzzjoni b'mod ġenerali ta' kwalunkwe minoranza li mhijiex eterosesswali u Musulmana. Dan it-taħwid, din il-vjolenza, it-theddid terroristiku u impunità assoluta wara biebna, l-Unjoni Ewropea jeħtieġ tibda tieħdu bis- serjetà. Qed nitħabtu mar-riżultat ta' din il-problema (jiġifieri l-eluf ta' immigranti li qed jaqsmu l-ibħra kuljum) u m'aħniex qed nitrattaw il-problema mis-sors. Taf kemm ilhom isiru summits? Taf kemm ilhom iparlaw il- mexxejja Ewropej, uħud minnhom li kienu indirettament qed jgħinu f 'din ir-rebbiegħa Għarbija? Imma anarkija kien hemm u anarkija għad hemm. U waqt li kulħadd jeħodha bil-mod u qisu mhu jiġri xejn, l-għadu terrorista jkompli jitfa' ż-żerriegħa f 'art fertili, fost popli mifnijin bil-faqar, ir-rigress u mingħajr direzzjoni u skop. Kulħadd jaf x'jista' jkun ir- riżultat ta' dan kollu. Huwa fl-interess tagħna li r-rebbiegħa li saret xitwa, nerġgħu nagħmluha rebbiegħa mill-ġdid. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019