Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
Minn Yendrick Cioffi BĦAL kull sena l-ewwel Ħadd ta' Lulju huwa ppakkjat bil-festi. B'kollox illum qed jiġu ċċelebrati seba' festi. Il- gazzetta ILLUM għażlet lil Ħal Luqa biex miegħu tiċċelebra l-festa ta' Sant'Andrija. Matul din il-ġimgħa, il- gazzetta ILLUM niżlet Ħal Luqa biex mal-Luqin tesplora l-karatteristiċi li jagħtu identità lil din il-festa, filwaqt li rat b'għajnejha l-armar rikk u sabiħ li jżejjen it-toroq prinċipali ta' dan ir-raħal. Mill-armar san-nar… f 'Ħal Luqa kollox doppju Normalment, kull festa, anke fejn hemm każin tal-banda, l-armar li jżejjen it-toroq matul il-ġranet tal-festa, ikun f 'idejn Kumitat jew għaqda li xogħolha jkun li torganizza l-festi esterni. Għall-kuntrarju, f 'Ħal Luqa, l-armar huwa f 'idejn iż-żewġ baned li bih huwa mżejjen dan ir-raħal sabiħ u antik, jiġifieri l-Għaqda Mużikali Sant'Andrija u s-Soċjetà Filarmonika 'l-Unjoni.' Fil-fatt, iż-żewġ baned għandhom it-toroq li jieħdu ħsieb li jarmaw huma. Apparti minn hekk, iż-żewġ baned għandhom ukoll il- kamra tan-nar tagħhom. Kif wieħed jistenna, ir-rivalità bejn il-partitarji taż-żewġ għaqdiet mużikali ma tonqosx, iżda bejn il-baned teżisti koperazzjoni, tant li fil-ġranet tal-festa jalternaw il-marċi bejniethom. Pereżempju din is-sena kien imiss lill-Banda Sant'Andrija biex tilqa' lill-vara ta' Sant'Andrija fil-ħruġ tagħha min-niċċa. Is-sena li ġejja, ikun imiss lill-Banda L-Unjoni biex tiftaħ il-festa esterna. L-istess jiġri fit-Tieni u fit- Tielet jum tat-Tridu, jiġifieri l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-festa. F'dawn il-jumejn, il-Banda Mużikali Sant'Andrija hija magħrufa għall-marċ li tagħmel bl-istatwa ta' Malta u s-Soċjetà Filarmonika 'L-Unjoni,' għall- marċ bl-istatwa ta' Sant'Andrija. Bejn iż-żewġ każini jeżisti ftehim biex jalternaw dawn il- jumejn bejniethom. Permezz ta' dawn l-arranġamenti, anke jekk maqsuma bejn żewġ baned, il- Luqin jiċċelebraw festa waħda u sabiħa lil Sant'Andrija Appostlu. Marċi brijużi lejlet il- festa… karatteristika tal-Luqin Karatteristika oħra tal-festa ta' Ħal Luqa hija dak li jiġri lejlet il-festa, jiġifieri s-Sibt. Normalment, f 'ħafna mill- festi, lejlet il-festa filgħaxija ma jsirx marċ brijuż, iżda jsir marċ qasir u programm mużikali fuq il-planċier. Iżda f 'Ħal Luqa, isir il- kuntrarju. Lejlet il-festa jieħdu sehem iż-żewġ baned tal-lokal u t-tnejn li huma jorganizzaw żewġ marċi brijużi. Fil-fatt, bħal-bieraħ, l-Għaqda Mużikali Sant'Andrija, tagħmel marċ bi statwa ta' Sant'Andrija, liema statwa din is-sena qed tagħlaq 40 sena minn meta saret. Fit-tmiem tal-marċ tradizzjonali, din l-istatwa tittella' fuq il-kolonna f 'Misraħ il-Knisja quddiem is-sede tal- Għaqda Mużikali. Mill-banda l-oħra, is-Soċjetà Filarmonika 'L-Unjoni,' torganizza marċ brijuż, magħruf mal-Luqin iżda anke mad-dilettanti tal-festa, bħala l-Marċ tal-Anġlu. Il-Marċ tal-Anġlu… il- Luqin imiddu jdejhom Dwar il-marċ tradizzjonali tal-anġlu, tkellimna ma' Neil Zammit, wieħed mill-voluntiera tas-Soċjetà Filarmonika 'L-Unjoni,' li jmidd idejh kull fejn ikun hemm bżonn għall- festa ta' Sant'Andrija. L-ewwel nett, Zammit spjegalna kif it-tradizzjoni li f 'Ħal Luqa, lejlet il-festa, isir marċ brijuż, tmur lura għaż- żmien meta l-festi kienu jiġu ċċelebrati fuq tlett ijiem, jiġifieri mill-Ġimgħa sal-Ħadd. Anke jekk illum, f 'ħafna lokalitajiet il-marċi brijużi mxew għall-ġranet l-oħra tal- ġimgħa, f 'Ħal Luqa nżammet it-tradizzjoni li jsir marċ brijuż lejlet il-festa ta' Sant' Andrija. Lura għall-famuż Marċ tal-Anġlu, ma stajniex ma nitkellmux ma' Zammit dwar l-aktar ħaġa li tagħmel dan il-marċ tant popolari u mfittex, jiġifieri l-mod kif din l-istatwa tittella' fuq il-kolonna. Jekk illum, il-maġġoranza tal-istatwi tal-marċi jittellgħu permezz ta' lift/winċ li jkun inħadem apposta, dan l-anġlu għadu jittella' l-antika, jiġifieri fuq l-idejn. Fil-fatt, quddiem din il- kolonna kbira mhux ħażin, jintrama taraġ mill-pjazza sal-quċċata tagħha. Dan it-taraġ jimtela bil-partitarji li jgħaddu din l-istatwa minn id għall-oħra sakemm mill-pjazza, l-anġlu jsib postu fuq nett tal-kolonna. Zammit spjegalna kif din hija tradizzjoni li tmur lura għall-1885, jiġifieri dik is-sena li fiha Karlu Darmanin ħadem dan l-anġlu. Mistoqsi jekk hux kulħadd jista' jaqbad u jitla' fuq dan it- taraġ, Zammit spjegalna kif il- partitarji, jekk jaħsbu kmieni, ikunu jistgħu jitilgħu fuq dan it-taraġ u jgħinu fit-tlugħ tal-anġlu, anke jekk dejjem ikun hemm dawk l-erbat irġiel li jkunu jafu eżatt kif għandu jittella' dan l-anġlu biex ma ssirx ħsara. Interessanti wkoll, kompla jispjegalna Zammit, kif f 'dan l-anġlu ġieli ntrama meta f 'Ħal Luqa kienet tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna taċ- Ċintura. Tal-Unjoni jippreparaw biex jiċċelebraw il-140 14 illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 Festi Ħal Luqa jiċċelebra lil Sant'Andrija; kollox doppju għal-Luqin Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-festa ta' Sant Andrija mal-Luqin. X'inhuma l-karatteristiċi ta' din il-festa? X'għamlu ġdid il-Luqin? X'se jsir illum f'Ħal Luqa? Is-sede tal-Għaqda Mużikali Sant'Andrija Il-Planċier tal-Banda L-Unjoni X'nafu dwar il-vara ta' Sant'Andrija? • Il-vara ta' Sant'Andrija hija mnaqqxa fl-injam u hija xogħol l-artist Giuseppe Scolaro. Din saret fl-1779. • Bejn l-1820 u l-1824 sar pedistall ġdid għal din il-vara, liema pedistall ġie indurat fl-1913. • Fuq il-vara saru diversi xogħlijiet ta' restawr, l-aktar wieħed famuż huwa dak tal-1913 meta l-vara kienet irrestawrata mill-artist Bormliż Abraham Gatt, apparti li saritilha wkoll l-induratura. • Fl-istess sena nħadmu bradella u bankun, xogħol Luqa Grixti fuq disinn ta' Abraham Gatt li fih jidhru t-12-il appostlu.