Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
J iena sa miċ-ċokon kont inħobb il-kotba, għax huma għamluni nies. Meta kont il-Liċeo, jiena f 'ebda klassi ma qatt ġejt l-ewwel jew it-tieni, u darba biss ġejt it-tielet. Għax jien minn dejjem kont kurjuż dwar x'hawn madwari u għalhekk ma kontx nikkuntenta ruħi bil-kotba li kellna nistudjaw għall-eżami. Għadni sal-lum, meta jiġi xi ħadd għandi u jistagħġeb bil-kwantità ta' kotba li jarali, dlok jistaqsini jekk qrajthomx kollha. Minnufih inwieġbu li mhux kollha għadni qrajthom imma dawk li għadni ma qrajtx qegħdin fil-kjù biex meta jmisshom nibdihom u nispiċċahom! Wieħed mill- kotba li kien fil-kjù u li bdejt naqrah huwa l-ktieb tal-patri Thomas Dubay S.M. għalliem u espert fuq l-irtiri dwar it- talb u l-ħajja spiritwali, li jġib l-isem ta' 'Prayer Primer', li suppost qiegħed miktub għal min għadu prinċipjant fil-ħajja spiritwali. Dan il-ktieb urieni li avolja għandi 86 sena, jiena għadni prinċipjant għax fil- ktieb tiegħu sibt diversi punti li bihom ma kontx naf! X'sirt naf? Fost ir-realtajiet tal-għaġeb li sirt naf f 'dan il-ktieb kien il-fatt li l-aspetti viżibbli u inviżibbli tar-realtà jinsabu f 'komunikazzjoni ma' xulxin, Jiena u int bħala spirti inkarnati – jiġifieri aħna materjali u spiritwali fil-binja tagħna – aħna biss għandna fina ż-żewġ elementi. Ħajjitna hi magħmula minn element materjali u element spiritwali. Albert Einstein Sirt naf minnu li Albert Einstein, ix-xjenzat kbir ta' żmienna, baqa' mmeraviljat li l-atomi, il-molekuli, iċ-ċelluli, il-galassji nistgħu nifhmuhom, jiġifieri l-moħħ limitat ta' bniedem jista' jasal biex isir jafhom. Hu stagħġeb kif il- formoli matematiċi tagħna, l-ekwazzjonijiet u l-liġijiet tagħna jiddeskrivu r-realtà li tidher kif tabilħaqq hi u kif topra.Sirt naf b'sorpriża akbar l-istorja ta' mħabba li l-Mulej tal-galassji jixtieq ikollu ma' rġiel u nisa li jgħammru fuq pjaneta partikulari li ddur ma' kewkba ordinarja, intant meraviljuża, li aħna nsejħu x-xemx. Dil-kewkba partikulari tinsab miljun mil fid-dijametru tagħha, kaldarun nukleari enormi, u intant hija biss waħda fost il-mijiet t'eluf ta' miljuni ta' kwiekeb oħra mit-triq ta' Sant'Anna (bl-Ingliż The Milky Way) mifruxa dawra mejt mas- sema. U dil-galassja tagħna hija biss waħda mill-mijiet t'eluf ta' miljuni ta' galassji bħalhom. Fuq iċ-ċkejkna pjaneta li jiena u int fuqha ngħammru l-komunikazzjoni ta' mħabba li għaliha jistedinna l-Artist Divin iġġib fix-xejn kull ħaġa li x-xjenza u t-teknoloġija jistgħu jistħajlu jew jimmaġinaw. Imqabbel magħhom l-Internet u s-Cyberspace huma nitfa'. L-ismijiet ta' din l-istorja profonda ta' mħabba huma r-rivelazzjoni u t-talb, żewġ rigali jew doni li ħadd ma għandu l-iċken jedd li jieħu. Għaliex nitolbu? Kieku xi ħadd famuż idum ħames minuti jkellimna jew jibagħtilna ittra qasira ma konna qatt ninsew dak il- ħin u probabbilment konna nerfgħu l-ittra. Ma għandniex nistagħġbu, mela li s-salmista jrid itir bil-ferħ għax ikun daq it-tjieba u l-ġmiel ta' Alla tiegħu (ara Salmi 84:2 u 34:8) aġuni oħra għala nitolbu hi biex inroddu ħajr imnejn ġejna u fejn sejrin mhux biss talli neżistu imma wkoll ta' kull nifs li nieħdu, ta' kull indiema għal dnubietna, biex infaħħruh, biex ngħannu l-ġmiel tal-ħolqien u tal-Ħallieq, biex nibku fit-tbatija, biex jimla l-vojt tagħna, biex nikkomunikaw fil-fond miegħu, biex nidħlu f 'komunikazzjoni ma' ħutna li jduqu mill-għaqda tagħna ma' Alla li hu Mħabba. Hu ħafif tgħid lil xi ħadd "inħobbok" iżda mhux ħafif li tipprovaha. Il-qaddisin iħobbu lill-maħbubin, lil uliedhom, lill-pazjenti, lill-istudenti ferm, ferm iżjed milli jħobbuhom dawk li huma bierda. Diffiċli tifhem kif bniedem wieħed mela f 'għomor wieħed il-lista inkredibbli ta' għemejjel kif naqraw fil-ħajja tal-Papa San Ġwann Pawlu II. Madankollu hu wasal biex qal li "l-ewwel dmir tal-Papa hu t-talb," Kliem li jservi t'omelija għalina midinbin! Dun Anġ huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth I r-ritratti mis-satellita juru kemm hu kbir it-tniġġiż mid-dawl f 'Malta. Fil- fatt, dan hu komparabbli mat-tniġġiż miż-żoni urbani fil-kontinent Ewropew! It-tniġġiż mid-dawl ma jħallix li nisimgħu l-mużika ta' matul il- lejl. Joħnoqha u jżommna milli napprezzaw is-sbuħija tal-lejl li bil-mod jurina dak li jostor. Hekk jenfasizza l-Ħares tal- Opra (Phantom of the Opera) fix-xogħol teatrali kapulavur ta' Andrew Lloyd-Weber. Xi snin ilu waqt dibattitu dwar il-baġit ġie varat proġett biex id-dwal tat-toroq ikun ikkontrollat b'mod elettroniku. Proġett li meta jkun implimentat għandu jkun ta' kontribut sostanzjali biex fil-gżejjer Maltin jonqos it-tniġġiż mid-dawl. Imma sfortunatament ftit li xejn smajna dwar xi progress seta' kien hemm dwar din il-materja mill-2013 lil hawn, meta tħabbar il-proġett. Id-dawl eċċessiv użat matul il-lejl mhux biss hu użu ħażin u ineffiċjenti tal-enerġija imma jagħti kontribut konsegwenzjali għall- emissjonijiet tal-karbonju li jistgħu jkunu evitati. B'dan il-ħajja fin-natura tul il- lejl qed tiġi ddisturbata u potenzjalment ukoll kawża għal ħsara lis-saħħa umana. Fl-2007, il-Birdlife f 'Malta ppubblikat studju dwar l-impatt tad-dwal bil-lejl fuq l-għasafar li jgħixu fl- irdumijiet u qrib il-baħar kif ukoll speċi oħra li jpassu bil-lejl. L-istudju hu intitolat 'Light Pollution and its effects on Yelkouan Shearwaters in Malta; causes and solutions.' Il-kuntest tal-istudju kien proġett fl-iskema EU Life fl- Aħrax tal-Mellieħa fl-inħawi magħruf bħala l-Irdum tal- Madonna, sit li hu kolonja tal-garni, għasfur li jgħix mal-baħar. L-osservazzjonijiet fir- rapport u s-soluzzjonijiet proposti jistgħu faċilment iservu ta' bażi għal pjan ta' azzjoni biex fil-gżejjer Maltin nibdew nindirizzaw bis- serjetà t-tniġġiż mid-dawl billi dan f 'Malta mhux biss hu ta' theddida għall-garnija (Yelkouan Shearwater) imma wkoll kawża ta' emissjonijiet ta' karbonju bla bżonn u theddida għall-kwalità tal- ħajja tagħna lkoll. Bħala riżultat tad-densità qawwija ta' popolazzjoni, it- tniġġiż mid-dawl matul il-lejl għandu impatt konsiderevoli kemm fuq iż-żoni urbani kif ukoll fuq dawk rurali tal- gżejjer Maltin. Ekoloġikament għandu impatt fuq l-għasafar, friefet u insetti kif ukoll friefet il-lejl imma ukoll fuq l-imġiba tal-annimali b'mod ġenerali. Lil hinn mill-ħajja naturali, it- tniġġiż mid-dawl joħloq leħħ qawwi li jweġġa' l-għajn u li għandu impatt fuq is-sigurtà fis-sewqan. Jaffettwa lil min isuq, lil min jimxi, kif ukoll lil min juża r-rota u jagħti kontribut mhux żgħir fl- inċidenti tat-traffiku li jseħħu matul il-lejl. Il-każ dwar it-tniġġiż mid-dawl fid-Dwejra deċiż mit-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nhar is-27 ta' Ġunju hu każ rari fejn deċiżjoni tajba tal-Kummissjoni għall- Kontroll tal-Iżvilupp tinbidel mit-Tribunal fl-appell: ġeneralment bil-maqlub jiġri. Meta jinbidlu, is-soltu jkunu d-deċiżjonijiet il-ħżiena li jinbidlu, mhux dawk tajbin! Fil-fatt il-Kummissjoni għall-Kontroll tal- Iżvilupp kienet irrifjutat l-applikazzjoni oriġinali minħabba li l-inħawi tad- Dwejra huma żona ta' importanza ekoloġika. Sfortunatament it-Tribunal ittratta t-tniġġiż mid-dawl b'mod leġġer u kien insensittiv għall-impatti ekoloġiċi. Li l-15-il għaqda ambjentali ngħaqdu biex jiġbru l-fondi ħalli tkompli l-ġlieda b'appell fil-Qrati hu pass tajjeb 'il- quddiem. Il-ħarsien tas-siti tan-Natura 2000 hi għadma iebsa, imma jeħtieġ li jibqa' għaddej. Imma li jsir appell minn din id-deċiżjoni skandaluża tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għandu jkun biss l-ewwel pass. Għandna nirrealizzaw li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha l-poter u l-awtorità taħt id-Direttiva Ewropea dwar l-abitati li mhix tagħmel użu tagħhom sewwa. L-ERA għandha tasserixxi ruħha u tinforza r-regoli, u jekk hemm bżonn tibqa' għaddejja minn fuq l-Awtorità tal-Ippjanar kif tista' u għandha tagħmel kull meta dan ikun neċessarju. Ikun ferm aħjar kieku l-Ministru għall-Ambjent jinsisti mal-ERA biex din tieħu ħsieb iż-żoni ekoloġiċi sewwa. Ovvjament għandu jassigura li jkunu pprovduti riżorsi adegwati. Il-każ tad-Dwejra hu każ speċifiku li fih l-ERA tista' tieħu l-mazz f 'idejha. X'ser tagħmel? Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Il-mużika ta' matul il-lejl CARMEL CACOPARDO Einstein, ix-xemx...u t-talb L-ERA għandha tasserixxi ruħha u tinforza r-regoli, u jekk hemm bżonn tibqa' għaddejja minn fuq l-Awtorità tal- Ippjanar kif tista'