Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 Aħbarijiet 4 Is-sħana kkargat, il-festi u t-tbaħrid IS-SĦANA issa bdiet tagħmel tagħha sew u jekk kien hemm min qed jimmaġina jew jittama li dan se jkun sajf b'temperaturi aktar baxxi, issa jista' jgħid li hija kkonfermata l-espressjoni; min jgħix bit-tama jmut bil-piena. Hekk kif barra qisu forn, kulħadd ifittex il-kenn frisk tal-arja kkundizzjonata jew inkella tal- umbrella ħdejn il-baħar jew fil-każin jiċċelebra l-festa, l-ILLUM titkellem mad-Direttur tal-Promozzjoni tas- Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo. Tistaqsi għal pariri dwar diversi fatturi marbutin ma' dan l-istaġun, fosthom is-safar, l-ilma, ix- xorb fil-festi, ix-xemx u ħafna aktar. Xorb alkoħoliku fil-festi u l-marċi Issa l-festi bdew u waqt il-festa jkun hemm il-marċ ta' filgħodu u allura tal- festa ma tixrobx xi ftit? "Kemm jista' jkun wieħed jevita milli jixrob alkoħol u anke kafè f 'din is-sħana, kif ukoll jevita xarbiet ħelwin bħal luminati. Dawn ix-xarbiet lkoll inixxfu u f 'din is-sħana u l-umdità iktar jiggravaw l-affarijiet u jeħtieġ allura tixrob ħafna ilma. Trid tixrob l-ilma b'mod regolari." Allura jekk se tixrob l-alkoħol idea tajba li tixrob ukoll l-ilma biex tibbilanċja l-effett? "L-aħjar li tevita, imma jekk se tixrob ħu l-ilma wkoll." Tgħid li d-direttorat qed jaħdem biex l-ilma jkun aktar aċċessibbli f 'postijiet differenti. "Illum hawn min iżid il-ħwawar jew xi frott jew ħaxix biex jagħti togħma lill-ilma għax ġieli ssib min jgħid li ma jixrobx ilma għax ma fihx togħma." Imma kemm għandek tixrob ilma? Vera li ħafna ilma huwa ħażin għalik? Dejjem żewġ litri. Il-medja għandha tkun żewġ litri. Imma ftit huma dawk li jixorbu żewġ litri ilma kuljum. Jekk ma tixrobx daqshekk imqar ipprova ixrob mat-tmien tazzi ilma kuljum. Jekk taħseb li se tinsa tagħmel dan għamel tfakkiriet permezz tal-mowbajl tiegħek biex tiftkar li wasal il-ħin li tixrob l-ilma. X'għandek tiekol matul dan iż-żmien? U x'inhu l-ikel ideali għal dan iż- żmien? "Id-dieta Mediterranja. Il-frott, il-ħaxix u proteini fit-tiġieġ u l-ħut. Dieta li tinkorpora ż-żejt taż-żebbuġa u affarijiet oħrajn." Tfakkar fil-bżonn li wieħed jieħu xi ħaġa minn kollox b'porzjonijiet u b'moderazzjoni u tagħmel aċċenn fuq il-frott tas-sajf. "Dulliegħ, bettiegħ, bajtar u oħrajn. Dawn kollha tipi differenti ta' frott frisk li jiffriskawk ukoll u allura jagħmlu tajjeb bħalissa." Tfakkar illi jsir is-suq tal-bdiewa f 'Ta' Qali fejn il-prezzijiet huma aktar baxxi. "U fis-sajf evita li ssajjar affarijiet sħan. Speċjalment min m'għandux arja kkundizzjonata, tajjeb li jagħlaq l-purtieri biex ma tidħolx ix-xemx u kemm jista' jkun ma jixgħelx il-forn għax dan iżid it-temperatura fid-dar. X'għandek iżżomm f 'moħħok qabel tmur tixxemmex? L-ewwel nett, hu vera li persuna b'karnaġġjon abjad għandha riskju akbar illi jkollha mard tal-ġilda kawża ta' ħafna xemx? "Iva. Persuni b'karnaġġjon ċar se tkun dejjem aktar affetwata mix-xemx u jkollhom riskju ikbar li jimirdu bil- melanoma. Anke persuni li jkollhom ħafna nemex jew inkella persuni li kellhom xi ħadd fil-familja li kellu din il-marda, ir-riskju ta' xemxata għalihom jiżdied." Imma x'inhi eżattament xemxata? "Meta ddum ħafna fix-xemx, fl- aktar ħinijiet illi fihom ix-xemx tkun qawwija u l-ġilda tiegħek issir ħamra u ma tkunx tista' tikkontrolla t-temperatura. Jista' jkun li tħossok ma tiflaħx imma mhux bilfors." "Hi terġa' u tibqa' tinsisti: "Użaw il- protezzjoni mix-xemx." "Ħarsu lejn ir-rapport tat-temp. Araw mhux biss x'se tkun it-temperatura imma wkoll l-indiċi UV biex taraw kemm se tkun b'saħħitha x-xemx. U għandek tagħmel dan mhux biss jekk tkun sejjer il-baħar imma wkoll jekk ikollok qadi jew xogħol fuq barra." Hi tgħid li huwa importanti li l-qadi jew ix-xogħol, jekk huwa possibbli, isir qabel il-11:00a.m u wara l-4:00 p.m. Jekk dan mhux possibbli, importanti li tuża l-protezzjoni mix-xemx permezz ta' sun block b'saħħtu. "Li tagħmel iż-żejt hija l-agħar ħaġa għax qed tagħmel xi ħaġa biex tieħdok aktar xemx u allura qed tkompli żżid ir-riskju." Is-sajf beda u s-sħana kkargat sew. Imma attenti minn ħafna xorb, mix-xemx u kunu prudenti fil-pubbliku agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Paula Vassallo