Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 IS-SUPEREROJ, aktarx l-aktar wieħed popolari tal-kotba komiks Marvel, Spider-Man, qed jerġa' jidher fuq il-liżar ċinematografiku. Din id-darba, Peter Parker (Holland) li meta jkun hemm bżonn jinbidel f 'supereroj bil-kostum tar-raġel/brimba, se jkollu jħalli l-kumdità ta' daru u r-reġjun ta' Queens fi New York biex jiffaċċja minaċċi qawwija ġodda f 'dinja mibdula. L-avvenimenti li jseħħu fi Spider-Man: Far From Home jkomplu eżatt wara dak li ġara f 'Avengers: Endgame. Peter għadu inkwetat u mimli sogħba għall-mewt tal-imgħallem tiegħu, Iron Man/Tony Stark, li bis- sagrifiċċju altruwistiku tiegħu hu seta' jibqa' ħaj. Biex iderri, flimkien ma' sħabu tal-klassi jitlaq għall- vaganza fl-Ewropa, minkejja li l-kap tal-organizzazzjoni SHIELD, Nick Fury (Jackson), iwissih biex ma jmurx. Flimkien ma' Maria Hill (Smulders), Fury isibu f 'Venezja u jitolbu biex jiġi lura jikkumbatti erba' Mostri tal-Elementi Naturali li jippreżentaw l-Art, l-Arja, l-Ilma u n-Nar. Dawn waslu fid-dinja minn toqba fl-univers ikkawżata wara l-ħerba ta' Avengers: Endgame. Supereroj ġdid li wasal minn dinja oħra, Quentin Beck (Gyllenhaal), magħruf bħala Mysterio, ukoll irid jeqred lil dawn il-mostri. Ikun dan il-misterjuż biss li jgħin lil Peter, billi l-Avengers l-oħrajn jinsabu kollha indisposti. Id-destin tiegħu bħala Spider-Man jisfurzah mill- ġdid fir-responsabbilità tiegħu li jiddefendi lil ħbiebu, lil pajjiżu u lid-dinja minn kull periklu. Minbarra l-azzjoni fluwida, elaborata u spissa li fih, Spider-Man: Far From Home jeċċella wkoll fl-umoriżmu, il-kariżma bejn il-ħbieb u s-sens pjaċevoli matulu kollu. Barra diversi reġjuni tal-belt ta' New York, din il-produzzjoni ġiet iffilmjata wkoll f 'Hertfordshire, l-Ingliterra, f 'Venezja u fi Praga, ir-Repubblika Ċeka. Spider-Man Far From Home ID-DISTRIBUTURI lokali tal-films, KRS Releasing Ltd għandhom il-pjaċir iħabbru l-24 edizzjoni annwali tal-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema li se ssir nhar is-Sibt 13 ta' Lulju 2019. Mhux inqas minn 17- il film riċenti li jkopru ġeneri diversi minn azzjoni avventuruża, xjenza fittizja, kummiedja, animazzjoni u anki thriller tal-biża' se jkunu għall-wiri fis-swali ta' Malta u Għawdex mid- 9.00am sa tard bil-lejl. Fis-Citadel Cinema ta' Għawdex, il-wiri jibda fl-4.00pm. Id-dħul għal dawn il-films fil-ġurnata msemmija se jkun bi prezz imraħħas. Xi wħud mill-films li se jintwerew huma dawn:- The Queen's Corgi - film ħelu animat dwar il-kelb favorit tar-Regina li jintilef, iħuf fit-triqat ta' Londra u jipprova jerġa' lura lejn ħajja lussuża fil-palazz. Toy Story 4 - produzzjoni animata mill-isbaħ dwar karattru ġdid, jismu Forky, li jingħaqad mal-ġugarelli l-oħra fuq vjaġġ. The Secret Life Of Pets 2 - l-avventuri jkomplu għal Max u ħbiebu meta l-umani jwarrbu minn ħdejn l-annimali. Rocketman - il-ħajja tal-kantant, kittieb tal- kanzunetti u mużiċist, il-famuż Elton John, fl-aqwa snin tal-karriera tiegħu. Men In Black International - dawk l-aġenti sigrieta li jipproteġu lid-dinja minn aljeni perikolużi, issa se jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' minaċċja li nibtet fost l-organizzazzjoni tagħhom stess. X-Men: Dark Phoenix - Jean Grey, waħda mill- grupp tas-supereroj X-Men tiżviluppa poteri tant qawwija li jkunu ta' theddida għal sħabha stess. Anna- Bjonda u sabiħa, Anna Poliakova, hi wkoll assassina tal-prima klassi. Spider-Man: Far From Home - Wara l-avvenimenti li ġraw f 'The Avengers: Endgame, Spider-Man se jkollu jilqa' sfidi ġodda li qed jimminaccjaw lill-umanità. Godzilla King Of The Monsters - Mostri ġganteski ta' qawwa kbira se jeqirdu lid-dinja. Godzilla, il-ħabib tal- umanità, se jkollu jeħodha kontrihom. Annabelle Comes Home - Imsakkra fid-dar f 'kaxxa tal- ħġieġ, ta' żewġ esperti tas- sopranatural, imbierka minn qassis, il-pupa mxajtna Annabelle ssib ruħha libera mill-ġdid biex tibda renju ta' terrur fuq tifla ta' 10 snin il- ħabiba tagħha u l-babysitter, fl-eqqel ta' lejl. Yesterday - Mużiċista li qed jistenna biex jakkwista l-fama jiskopri li jgħix f 'dinja li ħadd ma jaf minn huma The Beatles ħliefu. Late Night- Waħda li tpaxxi lill-udjenzi f 'wirja ta' billejl, jkollha taċċetta kontra qalbha mara oħra biex tiktbilha ċ-ċajt fl-attentat li ssalva lill-programm tagħha. The Hustle - Żewġ imbruljuni nisa ta' klassi soċjali differenti jingħaqdu biex jisolħu lill-irġiel li jittrattaw ħażin lis-sess femminil fir-Riviera Franċiża. Aladdin - Waħda mill-isbaħ stejjer tal-Iljieli Għarbin ġo produzzjoni mimlija vivaċità, kulur, fantasija stupenda, azzjoni u tassew divertenti. Aħsbu kmieni għall-biljetti biex ma tiddiżappuntawx ruħkom. illum | Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Il-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema Atturi Ewlenin; Tom Holland; Samuel L. Jackson; Zendaya; Cobie Smulders; Jon Favreau; Jake Gyllenhaal; Marisa Tomei. Direttur: Jon Watts. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 129 min. Ċert 12A. Film ġdid għal din il-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019