Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
Sports 28 MARK Barbara - plejer ferm importanti ta' Qrendi FC u li għandu ħafna għal qalbu l-futbol anki barra mill-grawnd fejn jokkupa kariga prestiġjuża fi ħdan il-Malta Football Players Associaton (MFPA). Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn meta kont żgħir, id-dar dejjem naraw il-futbol u peress li missieri mill-Belt, kont immur miegħu nara t-tim tal-kbar jilgħab Ta' Qali. Ta' tmien snin missieri daħħalni fin-nursery tal-Belt u minn hemm l-imħabba lejn il-futbol baqgħet dejjem tikber. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun bħala Qrendi FC? L-għan tal-klabb dis-sena kien li niġu mal-ewwel nofs fil-klassifika. Dan l-għan falla u spiċċajna nilagħbu biex insalvaw postna fl-Ewwel Diviżjoni. Nista' nsemmi ħafna skużi għaliex forsi ma lħaqniex l-objettiv ewlieni tagħna, fosthom injuries, però fl-aħħar mill-aħħar ir-raġuni hi li ħadd minna ma laħaq il-livell mixtieq, mill-kbir saż-żgħir. Fortunatament ħdmina fuq li ħdimna biex fl-aħħar salvajna u ħallejna l-club tal-Qrendi fejn jixraqlu. Taħseb li se jirnexxielkom tiksbu l-promozzjoni għall-Premier? Promozzjoni għall-Premier mhijiex faċli. Il-kampjonat tal- ewwel diviżjoni minn dejjem niftakru diffiċli u kulħadd jagħti logħba lil kulħadd. Nemmen li biex titla' Premier irid ikollok barranin ta' kwalità u taħlita ta' plejers Maltin ta' esperjenza kif ukoll żgħażagħ promettenti li jridu jitjiebu kuljum. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Assolutament le. Fil-Premier League jridu jilagħbu l-aqwa plejers, l-aqwa klabbs. Għall- pajjiż żgħir bħal tagħna l-ogħla diviżjoni jrid ikollha massimu ta' għaxar timijiet fl-opinjoni tiegħi. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva naqbel. Mit-timijiet ta' fuq għal dawk ta' taħt naħseb hemm differenza ta' livell. Ovjament it-timijiet ta' fuq għandhom baġit ħafna ogħla minn dawk it-timijiet ta' taħt allura jistgħu jakkwistaw plejers ta' ċerta kwalità. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx għas-sempliċi raġuni li hekk iċ-ċansijiet ta' plejers Maltin li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni dejjem se jonqos u minħabba dan it-tim nazzjonali Malti ħa jibqa' jbati l-konsegwenzi. Apparti hekk plejer Malti hu ddiskriminat minħabba l-fatt li għad hemm 'transfer fee' meta jispiċċalu l-kuntratt mentri plejer barrani jista' jiġi jilgħab Malta b'xejn. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Ċerti barranin li jġibu l-klabbs ma jkunux ta' livell. Fil-fatt hemm bosta timijiet li jġibu numru ta' plejers barranin fis- sajf u nofshom jekk mhux iktar jispiċċaw ibiddluhom f 'Jannar. Naħseb li għandu jkun hemm limitu fuq plejers barranin li huma non-EU. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat tal-ewwel diviżjoni? Ma tantx jien kuntent. L-uniku grawnd ta' livell li għandna fl- ewwel diviżjoni huwa l-Grawnd taċ-Ċentinarju li nbidel riċentament, però xorta dan ma jixxarrabx qabel ċertu logħob li jkollna speċjalment fi ġranet sħan li jkollna matul is-sena. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Bla dubju d-deċiżjonijiet li jittieħdu kontrik huma dawk li tiftakar l-iżjed, però nemmen li fl-aħħar tal-istaġun id- deċiżjonijiet li jittieħdu kontrik u dawk favurik jibbilanċjaw lil xulxin. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Plejer tal-futbol li jixtieq jagħmilha jrid jieħu t-taħriġ bis- serjetà. Tkun ġurnata xitwija wara ġurnata xogħol jew skola ma tantx ikollok aptit tmur għat- taħriġ, però tajjeb kemm tkun tajjeb, mingħajr taħriġ m'intix ħa tasal. Plejer tal-futbol irid jieħu ħsieb tiegħu nnifsu billi jiekol tajjeb u jistrieħ kemm suppost. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Ili mmur għat-taħriġ wara l-iskola jew ix-xogħol xi 18-il sena. Mhijiex faċli però jekk il-futbol ikun għal qalbek tara x'tagħmel biex jirnexxielek tlaħħaq mat- tnejn. Jien kont fortunat biżżejjed li dejjem sibt lil min jappoġġjani u jinkoraġġini. Kelli l-ġenituri tiegħi meta kont iżgħar u llum il-ġurnata għandi lil marti. Mingħajr l-appoġġ tal-familja tiegħi ma kienx jirnexxili. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-futur tiegħi fil-futbol se jkun li nkompli niġġieled għad- drittijiet tal-plejers bis-saħħa tal-Malta Football Players Association (MFPA). Irrid li l-plejers li jilagħbu f 'Malta jkollhom drittijiet u benefiċċji aħjar mil-lum il- ġurnata. Se nkomplu nedukaw u ngħinu plejers li jsofru minn xi inġustizzji. Fl-aħħar mill-aħħar nixtieq li bl-għajnuna li kapaċi nagħtu lill-plejers, il-futbol Malti jimxi 'l quddiem. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil- futbol. Sfortunatament ħafna żgħażagħ iridu s-suċċess mingħajr sagrifiċċji. Fil-ħajja mingħajr sagrifiċċji ma tasal imkien. U anke jekk taħseb li se tagħmilha, trid iżżomm saqajk mal-art. Billi tiddebutta fl-ogħla diviżjoni ma jfissirx li tkun wasalt, anzi trid taħdem iktar. Kun umli u ibqa' aħdem fil- kwiet, isma' minn min għandu l-esperjenza, u r-riżultati jiġu. Bl- attitudni ġusta tasal fejn tixtieq. illum Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 'Ħdimna biex salvajna u ħallejna l- klabb tal-Qrendi fejn jixraqlu' Mark Barbara (nofs fil-filliera ta' isfel) mat-tim tal-Qrendi FC