Illum previous editions

ILLUM 7 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum Sports JANICE Xuereb - goalkeeper tat- tim nazzjonali Malti tan-nisa u ta' Birkirkara FC li kulma jmur iż- żmien dejjem qed titjieb fil-wirjiet u l-potenzjal tagħha fil-futbol. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Meta kelli madwar sitt snin kont nilgħab ma' ħija fil-bitħa tan- nanna u sabiex jittrenja kif jitfagħni goalkeeper u joqgħod jixxutjali u kien jgħidli int aħjar mill-goalkeeper tagħna. Imbagħad kont għidt lil missieri li xtaqt nipprattika dan l-isport u kien ħadni miegħu. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Naħseb li bħala tim kellna staġun tajjeb. Konna dixxiplinati u determinati li nilħqu l-għanijiet tagħna. Mil-lat personali nemmen li kelli apparenzi tajbin u oħrajn inqas tajbin, u għalkemm nemmem li dejjem hemm lok fejn nitjieb, inħossni sodisfatta. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan- nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jien nemmem li kulħadd għandu l-opinjoni jgħid li jrid però min qed jara l-futbol tan-nisa lokali kif ukoll barra minn xtutna jista' jara b'mod ċar li n-nisa jistgħu jilagħbu l-logħba tal-futbol u kif! U għal min qatt ma rah, bħalissa jista' jsegwi t-Tazza tad-Dinja tan- Nisa u jkun jista' jara dan b'għajnejh stess! X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan- nisa lokali, Pierre Brincat? Nemmen li Pierre qed jagħmel xogħol siewi ħafna, u anke jiġġieled ħafna sabiex aħna jkollna dejjem aktar riżorsi sabiex inkomplu nsiru aktar professjonali. Hemm xi logħbiet memorabbli li qatt ma tinsa fil-karriera tiegħek sa issa? Bla dubju kull logħba li nilgħab man-nazzjonal hija memorabbli, però ma ninsa qatt il-logħba ta' meta rbaħna l-Kampjonat fit-93 minuta kontra Mosta, wara li konna għamilna kampjonat sħiħ it-tieni post u lgħabna l-aħħar logħba bi tliet plejers importanti sospiżi. Hemm ukoll il-logħba tan- nazzjonal under 19 meta konna lgħabna kontra t-tim nazzjonali tas-Serbja. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall- akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Nemmen li Pierre Brincat, Dorita Agius, il-kowċing staff kollu u nies oħra mill-MFA qegħdin jagħmlu xogħol siewi, però għad fadal ħafna xogħol sabiex niġu livell mal- importanza li jieħu l-futbol tal-irgiel. Tikkunsidra l-possibbiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Bħalissa mhix il-prijorità tiegħi, però jekk tiġi opportunità tajba nikkunsidraha żgur. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mal-futbol? Hija xi ħaġa li tinvolvi sagrifiċċju kbir però jekk tkun tħobb xi ħaġa jirnexxielek tagħmilha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Bħalissa qed inħares b'ottimiżmu kbir, għandha ħafna logħob interessanti man-nazzjonal u nispera li nkompli nirbaħ l-unuri mat-tim tiegħi. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Le, pjuttost inħoss li f 'sens ta' media u promozzjoni morna lura ħafna! Kien hemm żmien fil-passat fejn kien hemm programmi li kienu jiddedikaw ħin mill-programm għall-futball tan-nisa, però din is-sena ma tantx naf li kien hemm affarijiet simili. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis- serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Inħeġġiġhom sabiex jibdew u ma jaqtgħux qalbhom għax ikun hemm xi ħadd li forsi jgħaddilhom xi kumment, anzi għandhom jaħdmu sabiex ituhom risposta! U għall-ġenituri, appoġġjaw lit-tfal tagħkom għax il-futbol huwa sport sabiħ, u li kieku missieri ma kienx jagħmel ħafna sagrifiċċji u l-appoġġ kontinwu li kien u għadu jtini kieku jien bla dubju ma wasaltx fejn wasalt! U għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunità u niddedika s-suċċessi kollha tiegħi lilu! 'Appoġġjaw lit- tfal tagħkom għax il-futbol huwa sport sabiħ' minn Cristian Antony Muscat Janice Xuereb Janice Xuereb mat-tim nazzjonali Malti tan-nisa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 July 2019