Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1139338
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 7 ta' Lulju 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi RAĠEL li tkellem mal-gazzetta ILLUM irrakkonta dak li għadda minnu bħal-lum ġimgħa meta mar jarmi xi affarijiet f 'kontenituri tal-iskart fil-Gudja u spiċċa biex tniggeż b'siringi li kienu mċappsa bid-demm. Ir-raġel, li ma xtaqx juri ismu, ried li jirrakkonta dak li għadda minnu ma' din il-gazzetta bl-għan li tiżdied il-kuxjenza għax, fi kliemu, ma jixtieqx li jgħaddi "mill-martirju," li għaddej minnu hu bħalissa. Fil-fatt, irrakkonta magħna kif dan kollu ġara fi Ġnien Raymond Caruana, post iffrekwentat ħafna mit-tfal u biswit skola primarja. Kollox ġara nhar il-Ħadd li għadda, meta filgħodu kmieni, dan ir-raġel mar jarmi xi karti u kartun. "Il-kontenituri tal-iskart kienu mimlija u biex ma jaqgħux l-affarijiet kelli nagħfashom 'l isfel. Kif għamilt hekk, ħassejt tingiża kbira f 'subgħajja," irrakkontalna. "Xgħelt it-torċ tal- mowbajl u rajt ħafna ħġieġ u siringi mċappsa bid-demm. Kien jidher demm frisk." Minn hawn ir-raġel mar jiġri d-dar biex jaħsel subgħajh. "Iżda kont ilħaqt tniggiżt u tniggiżt sewwa," kompla jgħidilna. Għamel ħames sigħat Mater Dei qabel qalulu li ma setgħu jagħmlulu xejn Ir-raġel talab il-parir tat-tabib tiegħu li talbu biex imur minnufih Mater Dei biex jagħmel dak magħruf bħala n-Needlestick Injury Protocol, iżda insista li ftit li xejn sab għajnuna. Qalilna kif wasal l-emerġenza fis-2:30pm u wara li ta d-dettalji tiegħu u spjega dak li ġralu, intbagħat f 'Dipartiment ieħor, iżda għall-ħabta tat-3:30pm infermiera talbitu biex imur lura l-emerġenza għax kien se jinbidel ix-xift u ma kinux se jaqduh. Iżda l-ħin baqa' għaddej sakemm madwar is-7:30pm, jiġifieri madwar ħames sigħat wara, ġie infurmat li f 'Mater Dei ma jsirx dan it-test u talbuh biex imur fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. 'Jiena kont imwerwer u sadanittant il-ħin kien għaddej," qalilna għadu inkwetat. Kif inhi l-proċedura, biex ikun assigurat li l-persuna ma tkunx laqqtet marda bħall-hepatitis jew inkella HIV, itteħidlu kampjun tad-demm, iżda issa jrid jagħmel test tmien ġimgħat oħra u ieħor wara li jgħaddu sitt xhur. F'każ li persuna tkun ġiet infettata, minħabba dak magħruf bħala 'incubation period', il-virus (jekk ikun hemm) ma jimmarkax mill-ewwel, iżda wara li jkunu għaddew diversi ġranet (skont il-virus) u għalhekk li jkun hemm li jittieħed kampjun tad-demm kull tant żmien. Madanakollu, bħala prekawzjoni huwa ngħata tilqima kontra l-Hepatitis B. "Xtaqt nirrakkonta dak li għaddejt minnu biex persuni li jabbużaw mid- droga joqogħdu attenti fejn jarmu s-siringi u biex ikun assigurat li ma jkunx hemm siringi jiġru, speċjalment f 'postijiet fejn jilagħbu t-tfal," kompla jisħaq. "Ma nafx fejn se naqbad nagħti rasi. Għandi sitt xhur hekk." 'Mort narmi l-iskart u spiċċajt tniggiżt b'siringa mċappsa bid-demm' Raġel jirrakkonta dak li għadda minnu bħal-lum ġimgħa meta spiċċa mniggeż minn siringa mormija ġnien biswit post fejn jilagħbu t-tfal. X'għandek tagħmel f'każ simili? Tkellimna mad-Direttur tad- Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo, dwar x'għandha tagħmel persuna li titniggeż bi żball b'labra jew siringa użata. Vassallo spjegat kif persuna għandha minnufih tipprova toħroġ kemm jista' jkun id-demm minn fejn tkun tniggżet u wara li taħsel it-tingiża bl-ilma u tgħattiha, tmur minnufih fl-eqreb ċentru tas-saħħa. Id-Direttur tkellmet ħafna dwar l-importanza li persuna tmur malajr kemm jista' jkun fiċ-ċentru tas-saħħa fejn, jekk ikun hemm bżonn, tkun tista' tingħata tilqima kontra viruses li jista' jkun tkun ġiet infettata bihom. Vassallo spjegat kif inċidenti bħal dawn huma komuni f 'ambjent kliniku, iżda peress li hawn infermier, spiżjar jew tabib ikun jaf ta' min hu d-demm, ikun jista' jsir test fuq dik il- persuna biex ikun stabbilit malajr jekk din hijiex infettata b'xi virus jew le. F'każijiet oħra, peress li persuna ma tkunx taf wara min tniggżet, din għandha minnufih tfittex l-għajnuna ta' professjonist. Minħabba l-fatt li virus ma jimmarkax minnufih fid-demm, minħabba dak magħruf bħala l-'incubation period', huwa importanti li persuna ssegwi l-pariri li tingħata u toqgħod għat-testijiet tad-demm kollha li jkunu jridu jsiru wara ċertu perjodi. Sadanittant, kompliet tispjegalna Vassallo, wieħed għandu joqgħod attent. Pereżempju jekk persuna tkun attiva sesswalment, importanti li tuża l-protezzjoni biex tnaqqas ir-riskju għall-persuni l-oħra. Mistoqsija jekk persuna li titniggeż b'siringa użata għandhiex tallarma ruħha, Vassallo saħqet li filwaqt li r-riskju qiegħed hemm, iċ-ċans li tinfetta ruħha b'virus huwa baxx. "Iżda importanti li dejjem tieħu l-prekawzjonijiet. Ir-riskju hemm qiegħed," insistiet id-Direttur. "Jekk ma tkunx taf ta' min hi s-siringa, importanti li tmur mill-ewwel iċ- ċentru tas-saħħa." Jibqa' l-fatt li jekk hawn tilqim kontra viruses bħall-Hepatitis, kontra virus bħall-HIV ma hawnx. F'dak il-każ x'jiġri? Vassallo insistiet li ċ-ċans li wieħed jinfetta ruħu bl-HIV b'dan il-mod huwa baxx ħafna, għalkemm xorta waħda tenniet biex dak li jkun jitlob parir mediku minnufih. Fakkret ukoll li apparti ċ-Ċentri tas- Saħħa, hemm ukoll id-Dipartiment għall-Kontroll tal-Infezzjonijiet fl- Isptar Mater Dei fejn infermiera jkunu jistgħu jagħtu pariri lil dawk kollha li jkollhom bżonn. Dwar ir-rimi ta' siringi użati, Vassallo saħqet li l-ewwel u qabel kollox persuna għandha tevita li tużahom iżda appellat lil dawk li jużaw is-siringi, partikolarment minħabba d-droga, biex jassiguraw li ma jużawx labar wara ħaddieħor. "Tħallux siringi jiġru 'l hemm u 'l hawn, b'mod partikolari f 'dawk il-postijiet fejn ikun hemm it-tfal," saħqet Vassallo waqt li fakkret li hawn reċipjenti apposta fejn dawn jistgħu jintremew. X'għandek tagħmel jekk titniggeż b'labra jew siringa użata? Persuna li titniggeż b'siringa użata għandha tmur minnufih f 'ċentru tas-saħħa