Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt ARA PAĠNI 8 u 9 €1.25 IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2019 • NRU 691 L-GĦAŻLA SARET. TIBDA L-ISFIDA TAT-TMIEN PM ARA PAĠNI 12 u 13 Arma ġdida u daqshekk Segretarju Ġenerali. II-bidliet li wettaq Muscat fil-Partit Laburista Industrija li ħalliet €40 miljun fl-ekonomija fl-2019 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-għażla tal-Mexxej Laburista issa saret. Illum jew għada l-Mexxej Laburista ser jieħu l-ġurament ta' Prim Ministru biex isir il-ħames Mexxej Laburista u t-tmien Prim Ministru mill-Indipendenza 'l hawn. Dawn is-56 sena kienu kkaratterizzati minn ħidma sfieqa biex pajjiżna jibni ekonomija reżiljenti u jattira lejh mijiet ta' kumpaniji barranin li jimpjegaw lill- ħaddiema tagħna. F'dawn is-snin il-ħaddiem Malti bena u rranġa l-vapuri, stampa l-flus, immanifattura l-ħwejjeġ u pproduċa l-ikel u tant prodotti oħrajn. Kienu snin li matulhom aħna, bnejna u kabbarna l-industrija tat- turiżmu, bqajna niżviluppaw l-industrija tal-films u ħloqna sistema edukattiva b'università li nistgħu niaħru biha kif ukoll l-MCAST, l-ITS u l-bqija. Dan il-pajjiż ċkejken iġġieled ukoll il-ġlidiet tiegħu. Il- ġlieda tal-iskejjel tal-Knisja, il-ġlieda għad-demokrazija, il-ġlieda biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-ġlieda biex jikseb il-Ħelsien u jwelled ir-Repubblika. Konna ġeografikament strateġiċi f 'uħud mill-aktar mumenti kruċjali u ta' kunflitt fiż-żona. Malta lagħbet parti importanti fil-kunflitt fil-Libja meta żammet sod kontra r-reġim ta' Muammar Gaddafi fir-rigward ta' piloti u ajruplani li kienu qed jaħarbu mil-Libja. Importanti ħafna wkoll kienu l-laqgħat storiċi li temmew il-Gwerra Bierda f 'summit f 'pajjiżna bejn il-President George Bush u l-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev fl-1989 u l-ġest storiku tat-teħid tal-idejn bejn il-Mexxej Palestinjan Yasser Arafat u l-PM Iżraeljan David Levy. Snin qabel rajna wkoll is-saħħa li wera l-Prim Ministru Malti Dom Mintoff fil- Konferenza għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa biex l-Att ta' Ħelsinki jinkludi wkoll liż-żona tal-Mediterran. Malta bniet isem għaliha nfisha u ġibdet lejha l-aqwa u l-aktar industriji moderni, fosthom il-farmaċewtika, l-avjazzjoni u s-servizzi finanzjarji. Fl-2003 sseħibna fl-Unjoni Ewropea, l-ilsien Malti sar wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-UE u mexxejna lill-blokk permezz tal-Presidenza fl-2017. Ilbieraħ saret għażla importanti. Din l-għażla ser isawwar il-ġejjieni tal-Partit Laburista u ta' pajjiżna. Mil-lum tibda l-vera sfida tat-tmien Prim Ministru Malti mill-Indipendenza 'l hawn IKOMPLI F'PAĠNA 19 EDITORJAL SPEĊJALI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020