Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Letteratura illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 diffiċli tkun apoloġetiku: hawnhekk f 'pajjiżna, akkont, b'das-Soċjaliżmu tax-xampanja – b'dal-varjant fuq it-Terza Vija – f 'bosta oqsma it li xejn qtajna sandar. Minkejja ċerti avvanzi soċjali u ċivili nibqa' nemmen illi dal-Gvern Laburista – dal- moviment tal-aqwa żmien – jaħti ħafna u bil-kbir għal bosta għawġ li ġie fuqna sforz ir-rikba li rikeb fuq il-karru tal-politiki diżumani tan-Neoliberaliżmu. Għandi niem li din hija wkoll il-fehma ta' Bonello u ta' Mifsud. Iżda xampanja u mhux, biex jingħad kollox, dil-mistoqsija mbagħad tiġi waħidha: tista' qatt xi darba dil-qagħda mwiegħra tal-kundizzjoni umana tinqered għalkollox jekk, għas-saħħa tal- argument, għad xi darba tfeġġ tmexxija b'wiċċ tabilħaqq uman? Xi Soċjaliżmu ieħor ġdid? Xi filosofija oħra? Ħożżha fl-ilma: ngħid għalija nemmen li le. Tittaffa forsi, iżda le tinqered. Is-soluzzjonijiet għall- ġrajjiet traġiċi tagħna lkoll mhux kollha jinsabu fl-ekonomija u fil- politika. Niġu f 'dan, għal dawn mhux dejjem ikunu bilfors jaħtu l-politiċi lanqas. F'dar-rigward ma nistax ma niakarx f 'Herbert Marcuse li kien irrimarka tajjeb ferm illi "mhux kull saram li jista' jinqagħlalek mas-sieħba tiegħek ikun bilfors kaġun tal-modalità kapitalista tal-produzzjoni." Għandi niem li fil-fond nett Mifsud iħaddan ukoll dan l-istess kredu, jipprova kemm jipprova jżomm 'il bogħod mid-"dnub mejjet" li jaqta' l-jies ta' ċerti attivisti ġenwini li jemmnu fil- possibbiltà ġejjiena tal-bidliet radikali u li forsi anke jittamaw li b'riformi bħal dawn – dejjem jekk qatt kellhom iseħħu – nistgħu saħansitra nġarrfu kull għamla ta' traġedja. 'Qed ngħixu fit-tifrik' Forsi mhux ta' b'xejn, allura, li Mifsud għażel li fil-ġabra L-Aqwa Żmien jiġbdilna l-attenzjoni għall- ktieb tal-ħassieb Christopher Hamilton A Philosophy of Tragedy. U dan għax in-novelli li nsibu f 'din il-ġabra jfakkruna – bħal dan ix-xogħol ta' Hamilton – li "qed ngħixu fit-tifrik." Li l-filosofija trid illi d-dinja tagħmel sens mentri t-traġedja tibqa' tisħaq illi din ma tagħmilx. Li l-ħaqq Kristjan dwar id-diżgrazzja tagħna huwa minnu, iżda li minnu wkoll li s-setgħa fejjieda tiegħu ilha li ntfiet għomor. Li l-ispjegi metafiżiċi huma biss sistemi kumplessi u qarrieqa minsuġa bit- tama li jiċħdu veritajiet sempliċi u evidenti. Li jiġri x'jiġri dil- kundizzjoni tagħna ser tkompli tibqa' traġika u li dejjem ser nibqgħu nħossu li did-dinja mhix darna. Li ormaj m'għad fadlilna xejn x'nagħmlu għajr li nistabru b'rappreżentazzjonijiet sublimi ta' ġrajjiet iwaħħxu jonkella – ferm agħar minn hekk – li niaħru bi slogans politiċi fiergħa. Dickens kien issokkta l-uħ tar-rumanz tiegħu billi qalilna li "l-aqwa żmien" kien ukoll "l-agħar żmien". Li "r-rebbiegħa tat-tama" kienet ukoll – oħroġ il-għaġeb – "ix-xitwa tal-qtigħ il- jies". Madankollu fi qtigħ il-jies li jwassal Mifsud fil-ġabra L-Aqwa Żmien hemm ukoll ċerta qlubija. Hemm l-almu li tiċħad ir-rimedji għaġġelija. Hemm ir-rieda li tibqa' tfannad. Li tibqa' taħseb sal-aħħar. Anzi, sal-aħħar nett. Hemm il- kuraġġ tal-qtigħ il-jies. Il-kuraġġ li wieħed jagħraf – kif iħobb jgħidilna l-filosofu Slavoj Žižek – li d-dawl f 'tarf il-mina aktarx mhuwa xejn għajr il-fanal ta' tren li kulma jmur qed joqrob joqrob lejna. Minkejja ċerti avvanzi soċjali u ċivili nibqa' nemmen illi dal- Gvern Laburista – dal-moviment tal-aqwa żmien – jaħti ħafna u bil-kbir għal bosta għawġ li ġie fuqna sforz ir-rikba li rikeb fuq il-karru tal-politiki diżumani tan-Neoliberaliżmu Fir-rokna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jirrifletti dwar l-aħħar ġabra ta' stejjer qosra ta' Immanuel Mifsud 'L-Aqwa Żmien'. Saliba jpoġġi dawn in-novelli flimkien mal-ħidma letterarja u l-kummentarji politiċi tal-awtur fl-isfond tal-islogan tal-Gvern tal-ġurnata u tal-konnotazjonijiet utopiċi li dan jimplika. Iżjed minn hekk, f'din ir-reċensjoni jinterpreta dawn ir-rakkonti ta' Mifsud bħala stqarrija xettika kontra kull slogan assolutist u – fuq kollox – bħala att qalbieni ta' qtigħ il-jies.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020