Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 analiżi IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Kull mexxej iħalli l-marka tiegħu fuq il-partit politiku li jkun imexxi. Hekk għamel Joseph Muscat. Bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu, irnexxielu jimmodern- izza lill-Partit Laburista u rnexxielu jbiddel il-qtugħ ta' qalb li kien ik- karatterizzat bih fl-2008 f 'entużjasmu li wasslu biex sena wara jibda jirbaħ elezzjoni wara l-oħra b'distakki rekord. Fil-jum li fih Joseph Muscat iħalli l-ka- riga ta' Mexxej Laburista, il-gazzetta IL- LUM se tħares mhux biss lejn l-elezzjoni li wasslet biex Joseph Muscat ikun elett Mexxej Laburista, iżda anke l-bidliet li introduċa. Anke jekk l-aħħar xhur tiegħu bħala Prim Ministru żgur li ma kinux "l-aq- wa żmien," jibqa' l-fatt li Joseph Muscat irnexxielu jagħti wiċċ ġdid lill-Partit La- burista u għamlu partit attraenti inkluż għal dawk li qatt ma bassru li se jivvotaw Labour. Tant hu hekk li l-Mexxej il-ġdid La- burista issa għandu biċċa xogħol iebsa biex filwaqt li jnaddaf u jgħolli lill-Gvern mill-abbiss li spiċċa fih, fl-istess ħin iżomm dak li rnexxielu joħloq Muscat fil-Partit Laburista. Kif kien ġie elett Joseph Muscat u kemm kien ġab voti? Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Malta Labour Party fis-6 ta' Ġunju tal-2008. Dak iż-żmien kellu biss 34 sena u ma kienx Deputat tal-Parlament Malti iżda Membru tal-Parlament Ewropew. Muscat kien kaxkar il-voti. Il-votazz- joni kienet bejnu u bejn George Abela. Muscat kien ġab 66.4% tal-vot filwaqt li Abela kiseb 33.6%. Dan ifisser li Muscat ġab 574 vot minn 865 vot validu li nte- fgħu. Fil-ġurnata ta' qabel, minkejja li kien qed jikkompeti kontra erba' kandida- ti oħra, Muscat kien tliet voti biss 'il bogħod mill-50%+1 li kien hemm bżonn biex ikun elett Mexxej Laburista. Apparti George Abela, jikkompe- tu kontrih kien hemm Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie-Louise Coleiro Preca. Fil-5 ta' Ġunju huwa kiseb 435 vot, Abela 200 vot, Michael Falzon 181 vot, Evarist Bartolo 32 vot u Marie Louise Coleiro Preca 26 vot. Dak iż-żmien, l-elezzjoni kienet saret bejn id-Delegati tal-Partit Laburista, għall-kuntrarju ta' dak li seħħ din is-se- na, fejn il-Mexxej il-ġdid Laburista ġie elett mill-membri tal-Partit Laburista, jiġifieri xejn inqas minn 17,500 persuna. Muscat jemenda l-istatut ... jagħti rwol importanti lill- membri Muscat eleġġewh id-delegati, iżda ried li fil-ħatra tas-suċċessur tiegħu, il-mem- bri tal-Partit Laburista jkollhom irwol importanti. Tant hu hekk, li ġaladarba kienu żewġ persuni biss li kkandidaw ruħhom għall-kariga ta' Mexxej Laburista, id-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ kienet kollha f 'idejn il-membri tal-Partit La- burista. Fil-fatt din kienet waħda mill-bidli- et ewlenin li Joseph Muscat għamel fl- istatut tal-Partit Laburista. Joseph ibiddel id-dehra tal- Labour u jiftaħ il-bibien Joseph Muscat ried li jiaħ il-Labour anke għal dawk li qatt qabel ma bassru li kienu se jaslu jivvotawlu. Għalhekk, dehra ġdida kienet essen- zjali. Illum id-dehra hija kollox. Jo- seph Muscat mhux biss biddel id-dehra tiegħu, neħħa l-goatee u rema l-ingrava- ta l-ħamra, iżda biddel id-dehra tal-par- tit. Muscat naqqas il-kulur aħmar fl-arma u żied ħafna l-abjad, anke jekk it-torċa tibqa' ċentrali. Daqshekk Malta Labour Party, iżda Partit Laburista, anke jekk Muscat kien jippreferi juża t-terminu 'Moviment La- burista,' għax ried u rnexxielu jiġbed lejh lil dawk li qatt qabel ma vvotaw lill-Par- tit Laburista. Għalhekk, l-innu tal-Partit Laburista kien kważi kważi ntesa, anke jekk fl-at- tivitajiet tagħhom, kemm Chris Fearne u Robert Abela reġgħu tawh il-ħajja, forsi anke biex jiġbdu s-simpatija tal-Laburis- ti. Dawn il-bidliet, anke jekk żgħar, kienu importanti biex il-Partit Laburista de- her bħala partit imġedded u żagħżugħ. Id-dehra, għal Joseph Muscat, mill-iċken konferenza sal-akbar mass meeting, kienet kruċjali. ...iżda għaqqad u reġa' qajjem l-entużjasmu fost il-Laburisti Anke jekk Muscat ried jiaħ lill-Par- tit Laburista għal kulħadd, ma naqasx lil-Laburisti. Għall-kuntrarju, sa mill-ewwel diskors kważi teatrali tiegħu, il-messaġġ ta' Mus- cat kien favur l-għaqda. Ried li jagħmel il-Partit Laburista par- tit magħqud u kburi bil-passat tiegħu. Ried li jerġa' jqajjem l-entużjasmu li forsi kien beda jnemnem. Kien jaf x'għandu jagħmel biex dan iseħħ. Isem Mintoff kien kontinwament fid-diskorsi tiegħu u baqa' baqa' sakemm stiednu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex idawru u jurih dak li sar. Jagħmel mil-Labour il-Partit LGBTIQ Il-bidla fid-dehra ma kinitx biżżejjed. MILL-BANDIERA SAS-SEGRETARJU ĠENERALI ... IL-BIDLIET TA' LI TAW IR-RUĦ LIL- JOSEPH LABOUR

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020