Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 sport illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2019 Varata t-tieni edizzjoni tat-Tipsport Malta Cup CRISTIAN ANTONY MUSCAT Waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fit- Trophies Lounge f 'Ta' Qali, ingħataw dettalji dwar it-tieni edizzjoni tat-Tipsport Malta Cup li se tkun qed tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali bejn il-25 u s-27 ta' Jannar tas-sena l-ġdida. Tliet klabbs mir-Repubblika Ċeka jiġifieri FC Banik Ostrava, FK Mlada Boleslav u FC Zbrojovka Brno kif ukoll it-tim Slovakk ta' FC DAC Dunajska Streda se jippruvaw jirbħu din il-kompetizzjoni filwaqt li jibbenifikaw minn training camp f 'dawn iż-żminijiet. Dan it-tournament għandu s-sapport tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u hu sponsorjat minn Tipsport bil-kordinazzjoni ta' MFA SportsPlus Limited. F'din il-konferenza stampa tkellmu s-CEO ta' Visit Malta Carlo Micallef, il-Kap tal- Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta Jason Micallef u ċ-chairman ta' MFA SportsPlus Limited Helmut Anhof. Carlo Micallef beda biex qal li dawn it-training camps huma ta' importanza kbira għal pajjiżna u fuq kollox ċans anke għall- klabbs Maltin li jilagħbu logħbiet ta' ħbiberija kontra oppożizzjoni barranija. Fl-istess waqt mil-lat loġistiku u turistiku, pajjiżna qed jibbenefika ħafna minn dawn iż-żjarat li għandhom aspett kummerċjali kbir. Hawnhekk semma l-arranġamenti li jsiru sabiex ikun hemm organizzazzjoni perfetta li tinvolvi ħafna nies. Micallef sostna li f 'dan is- settur hemm ħafna fejn nimirħu u Malta għandha potenzjal kbir immens. Bħalma wieħed jaf it tas-snin oħra, Malta se tkun qed torganizza l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa u għalhekk wieħed jista' jkompli jipperfezzjona l-organizazzjoni sa dak iż-żmien. Micallef qal kif din il- kollaborazzjoni kummerċjali hi importanti wkoll għall-MFA li qed tieħu dan is-settur b'serjetà kbira. Fl-istess waqt jaf li għas- snin li ġejjin, dawn it-training camps se jkunu dejjem aktar popolari. Micallef temm jgħid li diversi kumpaniji bi pjaċir qed jagħtu l-għajnuna tagħhom meta joħorġu b'dawn it-tip ta' ideat, xhieda tal-fiduċja li qed iħaddnu anke bħala VisitMalta. Jason Micallef beda biex qal li Malta qed tikber ħafna fil- qasam tas-settur turistiku u dan kollu mhux ristrett għas-sajf biss minħabba li pajjiżna sar destinazzjoni għas-sena kollha. Hu qal li hemm diversi fatturi li juru dan fejn eżempju ċar hu t-temp tagħna li jippermetti dawn it-tip ta' attivitajiet. Micallef qal li dan kollu jiġġenera ħafna iktar xogħol fil- lukandi tagħna filwaqt li joħloq niċeċ ideali għal iktar introjtu finanzjarju. Iċ-chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-belt kapitali Valletta qal li meta sentejn ilu ġew PSV Eindhoven f 'Malta, huma laqtu l-għajn meta f 'waħda mis- sessjonijiet ta' taħriġ saret fil- bajja t'Għajn Tuffieħa. Meta din ġiet iffilmjata u mxerrda fl-internet, kien hemm ħafna nies barranin li rawha u dik kienet pubbliċità tajba ħafna għal pajjiżna. Fuq kollox meta l-plejers jiġu Malta, huma jġibu wkoll lill-familja tagħhom, partitarji u xi nies oħra u dan kollu hu ta' vantaġġ. Micallef stqarr li hawn kompetizzjoni kbira f 'dan is-settur minħabba li anke Spanja, il-Portugall u pajjiżi Mediterranji jirreklamaw il-klima u l-faċilitajiet ta' pajjiżhom. F'dan ir-rigward, Micallef xtaq jirringrazzja lill- MFA li dejjem sabet għajnuna kbira mingħandha. Finalment hu fiduċjuż li fis- snin li ġejjin dawn it-tip ta' żjarat minn timijiet barranin se jkomplu jiżdiedu dejjem aktar. Iċ-chairman ta' MFA SportsPlus Limited Helmut Anhof qal li hu ta' sodisfazzjon kbir għalih li dawn it-tip ta' attivitajiet sejrin dejjem għall- aħjar. Huma qed jippruvaw iwessgħu aktar opportunitajiet u b'hekk igawdi kulħadd. Anhof semma l-faċilitajiet mill-isbaħ li għandna f 'pajjiżna u li qed ikunu pparagunati tajjeb mad-diversi pajjiżi li spiċċaw kompetituri magħna. Hu semma kif l-assoċjazzjoni sportiva tal-futbol tkun verament fuq quddiem sabiex tippromwovi żjarat bħal dawn u li flimkien mal-partijiet involuti qed tassigura riżultati pożittivi. Anhof xtaq jirringrazzja lil kull min hu involut sabiex timijiet barranin jiġu jżuru pajjiżna u jibqgħu jiakru ż-żjara li jkunu għamlu. MARY BALDACCHINO LARS O'CONNELL VS MIN SER JIRBAĦ L-ISFIDA DIL-ĠIMGĦA? IL-ĦAMIS 18:30 TVM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020