Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
11 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 f'xifer ta' gwerra. kif waslet s'hawn? ani Trump qal biss li l-ġeneral kien "terrorist u mostru". L-Iran jibgħat risposta Nhar l-Erbgħa għall-ħabta tas-1:45 am u tat-2:45 a.m ħin lokali, l-Iran spara 17-il mis- sila fuq bażi tal-arju tal-Iraq kif ukoll ħames missili fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Koal- izzjoni. Għalkemm skont rap- porti mill-Iraq u mill-Istati Uniti ma ndarab ħadd, l-Iran iddikjara li qatel "80 terrorist Amerikan". Ftit sigħat biss wara dan l-at- takk ajruplan Ukren waqa' u ġġarraf ftit wara li telaq mill- ajruport internazzjonali ta' Tehran. Il-176 passiġġier ab- bord l-ajruplan inqatlu kollha fil-kraxx. Għal xi nofsinhar il-Prim Ministru tal-Iraq Adil Ab- dul-Mahdi żvela li ġie infurmat bl-attakki mill-Iran stess. Ftit minuti wara l-Iran ħab- bar li ma kienx ser jgħaddi l-kaxxa s-sewda tal-ajruplan lill-kumpanija Boeing li kienet bniet l-ajruplan. Minħabba dan il-kraxx u żviluppi oħrajn linji tal-ajru kbar bħal Lufthansa kkanċel- law it-titjiriet tagħħom lejn l-Iraq u l-Iran. Ftit wara l-President Reġ- jonali tal-Kurdistan Nechirvan Barzani għadda messaġġ tel- eviżiv dwar din is-siwazzjoni prekarja. Qal li l-Iraq ma setax isir kamp tal-battlja bejn żewġ pajjiżi u li l-Koalizzjoni riedet tibqa' tipproteġi r-reġjun mill- ISIS. In-NATO tikkundanna lill-Iran Għall-ħabta tat-3:00pm is-Segretarju Ġenerali tan-NA- TO Jens Stolberg ikkundanna l-attakk tal-forzi Amerikani fl-Iraq waqt li uffiċċjal ieħor tan-NATO ħabbar li ma kienx hemm imwiet fost il-ħaddie- ma tal-Koalizzjoni. F'messaġġ lill-Associated Press qal li n-NATO qed tistudja s-sitwa- zzjoni mill-qrib. Numru ta' sorsi, fosth- om Reuters, qalu li l-attakk tal-Iran kien simboliku u li għaldaqstant li ma nqatel ħadd. Għall-ħabta tal-4:30 pm il- Kap Repubblikan tas-Senat Mitch McConnel qal li t-thed- dida tal-Iran kienet ilha tikber snin twal u li wara l-qtil ta' Soleimani din ser tkompli tik- ber. X'qal Donald Trump? Fil-5:30 pm Donald Trump beda l-konferenza tiegħu billi qal li ma kienx hemm imwiet matul dan l-attakk mill-Iran. Tenna dak li qal McConnel u qal li "qatlu l-ikbar terrorist fid-dinja". Kif lesta dan il-punt iddikkjara li ser jimponi sanz- jonijiet fuq l-Iran. Minkejja dan ikkonkluda l-konferenza billi qal li tal-ISIS huma għedewwa kbar tal-Iran u li dwar dan jenħtieġ issir ħid- ma konġunta. "Lesti nħaddnu l-paċi ma' dawk kollha li jfit- txuha". Toħroġ informazzjoni ġdida Nhar il-Ħamis filmat fuq Twitter wera li l-ajruplan iġġarraf minn missila li splo- diet ħdejh. Deher dawl qaw- wi u mbagħad instema' ħoss ta' splużjoni. Ftit sigħat wara waqt konferenza l-Prim Minis- tru tal-Kanada Justin Trudeau qal li l-evidenza ssuġġeriet li l-Ajruplan Ukren iġġarraf minn missila mill-Iran. Qal ukoll li hemm il-possibbiltà li dan seta' ġara b'mod aċċiden- tali. L-Istati Uniti tinjora votazjoni Nhar il-Ġimgħa d-Dipar- timent Statali tal-Istati Uniti ħabbar li ser jinjora il-votazz- joni mill-Parlament Iraqqin u qal li d-diskussjonijiet tiegħu mal-Gvern tal-Iraq ser ikunu limitati biss għall-futur tal-for- zi armati fil-pajjiż. Dan l-impenn imur kontra l-vot li ttieħed fil-Parlament Iraqqin biex ikeċċi lis-suldati Amerikani u lil dawk tal-Koal- izzjoni wara li nqatel il-ġeneral Soleimani. Fl-istess konferen- za s-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal li l-Istati Uniti riedu biss jiddiskutu ċ-ċaqliq tas-suldati madwar l-immi- granti, jew iż-żieda ta' suldati min-NATO. Barra minn hekk, Pompeo semma wkoll li kien hemm evidenza qawwija li Soleimani kien qed jippjana numru ta' at- takki fuq faċilitajiet Amerika- ni, fosthom ambaxxati. L-Iran tiskuża ruħha Ilbieraħ, filgħodu kmieni, ix-xandir nazzjonali tal-Iran ħabbar li l-ajruplan Ukren li kien iġġarraf nhar l-Erbgħa twaqqa' minn missila Iranjana. Ftit sigħat wara dan, il-Gward- ja Revoluzzjonarja tal-Iran irrikonoxxiet li sparat fuq l-ajruplan biż-żball. Il-Ġener- al Iranjan Amir Ali Hajizadeh, li hu responsabbli għal Forzi tal-Ajru tal-Iran qal li aċċetta r-responsabbiltà għall-isparar. Wara dan, f 'post fuq twitter, il-Mexxej Suprem tal-Iran Aya- tollah Ali Khamenei qal li kellu simpatija qawwija għal famil- ji tal-vittmi u li kien se jitlob il-forzi armati biex jagħmlu in- vestigazzjoni fl-inċident. Kif ħarġet l-aħbar, il-Presi- dent tal-Ukraina, Volodymyr Zelenskiy qal li l-investigazzjoni fl-inċident għandha tkompli u s-suspettati f 'dan l-inċident kell- hom jitressqu quddiem il-ġusti- zzja. F'żieda ma' dan, qal ukoll li l-Iran kellha tikkumpensa l-familji tal-vittmi, u li ried talba uffiċjali diplomatika. Donald Trump waqt il- konferenza ta' nhar l-Erbgħa Suldat Amerikan iħares fuq il-protesta quddiem l-ambaxxata Amerikana f 'Bagdad