Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 ħalliet €40 miljun f'but il-pajjiż "Meta lħaqt, kont għidt lill-Gvern li hemm bżonn isir investiment. Sar baġit għal dan l-investment, biex ikollna film studjos ġodda," qal Grech. F'dan il-punt ħareġ ktejjeb illi fih kien hemm diversi pjanti li juru l-proġett ġdid li jara riġenerazzjoni kompleta u totali tal-film studjos, b'uffiċini ġodda, sound stages u titjib ġenerali infrastrutturali fiż-żona kollha, definittivament titjib li hemm bżonn. "Aħna nixtiequ li jkollna sound stages u suppost se jkollna l-ewwel sound stage wara li joħroġ il-permess tal-Awtorità tal- Ippjanar," qal il-Kummissarju. Huwa spjega kif huwa importanti ħafna li l-pajjiż ikollu sound stage biex b'hekk il-prodott jitjieb. Nistaqsuh iżda biex jispjega x'inhuma sound stages u kif se jagħmlu l-prodott aħjar. "Kif diġà għidt Malta hija magħrufa għat-tankijiet u għas-siti. Imma meta jkollok sound stage, li huwa bħal warehouse kbira ta' madwar 35,000 pied kwadru, li fih tista' tiġbed dawk ix-xeni kollha tal-films li jseħħu ġewwa ikun ħafna aħjar." Grech jgħid illi kif inhuma l-affarijiet sal-lum qed isir xogħol fuq lokazzjonijiet barra però fejn jirrigwarda ġewwa, il- producers qed ikollhom ifittxu pajjiżi oħrajn. Jgħid illi bil-proġett ta' sound stages, il-producers jistgħu jibqgħu pajjiżna u jwettqu l-proġett kollu. "Il-viżjoni tiegħi hija li tinħoloq industrija tal-films ta' livell dinji." Il-Gvern b'baġit ta' €3 miljuni Huwa semma kif Malta għandha l-aqwa reġim ta' miżuri finanzjarji magħmulin biex jattiraw films lejn pajjiżna u jfakkar illi bi skema li beda hu stess il-producers qed jingħataw, jekk jissodisfaw il-kriterji, rifużjoni ta' 40% ta' dak li jkunu nefqu. Din l-inizjattiva, qabel, kienet ta' 25%+2%. Din il-gazzetta tistaqsi kemm jalloka flus il-Gvern. Grech iwieġeb €3 miljun, li jammetti illi mhumiex biżżejjed. Huwa aċċerta illi għall-Gvern din l-industrija hija ferm importanti, imma hemm ħafna aktar xogħol xi jsir biex tissaħħaħ. Huwa qal li hemm bżonn isir tindif taż- żona, pereżempju biex jitneħħa kull tip ta' skart li ntrema fiż-żona. Mistenni film kbir ... imma Johann kawt Allura qed nistennew xi film blockbuster għal din is-sena? Donnu se jitfixkel u daħkan jikkonferma li hemm diskussjonijiet għal proġett kbir għalkemm ikun kawt u jibqa' lura milli jsemmi ismijiet hekk kif jikkonferma li negozjati jinsabu fi stadju avvanzat. Hu fakkar illi meta n-negozjati jkunu waslu fl-istadju avvanzat, li waslu, huwa importanti li wieħed joqgħod attent. Grech ifakkar li wieħed ma jkejjilx biss bil-flus imma anke bl-isem tal-istess produzzjoni. Sostna illi fl-aħħar sentejn kien hemm titjib konsiderevoli fir-riżultati, bil- flus li l-industrija ħalliet fl-ekonomija jirduppjaw kull sena. Il-gazzetta tistaqsi jekk hemmx baġit għal produzzjonijiet lokali b'Grech iwieġeb fil-pożittiv għalkemm jgħid illi l-allokazzjoni hija biss ta' €600,000. "L-industrija lokali għadha żgħira imma dan ma jfissrix li m'għandniex talent, anzi!" sostna Johann Grech. Hu jfakkar illi kemm ilu fil-kariga introduċa direttorju biex l-industrija tinfetaħ u ma tibqax magħluqa għal it. "Permezz ta' dan id-direttorju ħloqna lista ta' nies li nagħtu lill-producers u li fiha nies u kumpaniji differenti marbutin mal-industrija," jgħid Grech. "Illum kulħadd għandu dritt ikun parti minn din l-industrija," sostna Johann Grech. Il-Gvern se jibqa' jinvesti ... Jiġri x'jiġri Grech huwa ċert li l-Gvern preżenti se jkompli jinvesti f 'din l-industrija u li din se tibqa' tingħata l-attenzjoni li tant jeħtiġilha. "Se tibqa' tingħata l-attenzjoni u tkun prijorità." Temmejna l-intervista b'togħma ta' dak li għadu ġej u dak li tant għad irid iseħħ f 'din l-industrija hekk eċitanti li tant għad hemm x'ninvestu fiha jekk verament nixtiequ neċċellaw u nkomplu nibnu fuq il-ħidma tal-Kummissjoni Maltija tal- Film immexxija minn Johann Grech u tim dinamiku, frisk u enerġetiku miegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020