Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
28 sport 'L-għan tagħna hu li nkomplu niżviluppaw il-logħba taċ-ċess f'pajjiżna' Kemm hi popolari l-logħba taċ-ċess hawn Malta? Nista' ngħidlek li l-logħba taċ-ċess tintlagħab ħafna f 'pajjiżna. Illum il-ġurnata hawn anke nies barranin li qed jilagħbuha lokalment. Fl-assoċjazzjoni tagħna għandna madwar mitt adult li jħallsu l-miżata ta' sħubija. Barra minn hekk għandna wkoll xejn inqas minn 300 tifel u tifla li qed jipprattikaw din il-logħba tant antika. Għandna plejers fil-livell ta' taħt id-19-il sena. Naf li ċ-ċess jintlagħab ħafna fid-djar Maltin u Għawdxin u din hi xi ħaġa sabiħa ħafna. B'hekk huma ma jiġux għat- turnament li norganizzaw aħna bħala federazzjoni. Minkejja kollox, nemmen li ċ-ċess għaddej minn żmien sabiħ ħafna peress li qed issir ħafna attività. Fejn tiltaqgħu normalment biex tipprattikaw u tilagħbu din il-logħba? Aħna niltaqgħu fl-Iskola San Injazju f 'Tal-Ħandaq fejn hemmhekk għandna l-faċilitajiet u l-imwejjed kollha neċessarji. Kif għedtlek għandna diversi parteċipanti li jiġu hawn u jipprattikaw din il-logħba. Insibu wkoll żewġ klabbs f 'Tas-Sliema u ieħor fis-Swieqi. Il-pjan tagħna hu li nkomplu nżidu dawn il-klabbs sabiex nilħqu lil kulħadd f 'partijiet diversi ta' Malta. Kemm hi frekwenti l-parteċipazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa f 'din il-logħba? Bħala ċess hawn iktar irġiel li jipparteċipaw f 'din il-logħba. Fejn għandu x'jaqsam nisa, nara li wara li jagħlqu s-16- il sena, hemm minnhom li ma jibqgħux jipprattikawh u hi ħasra. Ara fejn għandu x'jaqsam tfal taħt is-16-il sena, hemm iktar bniet li jilagħbu ċ-ċess. B'xorti tajba għandna lil Oana Caruana Pulpan li tikkompeti f 'isem Malta u li tmur regolarment fl-Olimpjadi li jsiru f 'diversi pajjiżi. Semmejt il-kompetizzjoni internazzjon - ali. Kemm hi regolari l-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f 'din il-logħba? Aħna ma noqogħdux lura milli nip- parteċipaw f 'kompetizzjonijiet internazz- jonali. Matul din is-sena li għadha kemm bdiet għandna l-Olimpijadi taċ-ċess. Tista' tgħid li hi kompetizzjoni mondjali minħabba li jieħdu sehem madwar 200 pajjiż fiha. Kollox se jsir fix-xahar t'Awwissu u beħsiebna ntellgħu tim tal-irġiel u ieħor tan-nisa. Imbagħad għandna wkoll il- kompetizzjoni Ewropea taż-żgħażagħ u anke hawn beħsiebna ntellgħu tim magħmul minn grupp ta' tfal li għandhom talent u potenzjal kbir. Aħna nieħdu sehem attiv ukoll fil-logħob għall-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa li jsir kull sentejn. Kif għedtlek, aħna kull meta jkollna ċ-ċans nipparteċipaw f 'dawn l-avvenimenti, għax hekk biss tista' titjieb. Nimmaġina li intom tinsabu affiljati mal-federazzjoni internazzjonali taċ-ċess hux hekk? Iva, aħna ninsabu affiljati ma' din il- federazzjoni li jisimha FIDE (Federation Internationale des Echecs). Din l-għaqda internazzjonali tgħaqqad diversi federazzjonijiet minn madwar id- dinja u torganizza diversi attivitajiet. Il-FIDE ġiet imwaqqfa fl-20 ta' Lulju 1924 u għalhekk hi għaqda ferm antika. Il-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu fil-belt Żvizzera ta' Lausanne bil-president li jismu Arkady Dvorkovich u li fiha hemm affiljati madwar 189 assoċjazzjonijiet nazzjonali. Kemm int sodisfatt bil-mod ta' kif qed jiġi espost madwar il-gżejjer Maltin? Ħa ngħidu hekk, sodisfatt ma nista' nkun qatt. Li nagħmlu żgur hu li nikkuntattjaw lill-iskejjel kollha Maltin sabiex nesponu din il-logħba aktar u aktar. Il-kowċ nazzjonali Ron Sammut jagħmel ħafna żjarat fl-iskejjel u jorganizza anke xi korsijiet. Hawn skejjel li tant jieħdu din il- logħba bis-serjetà li saħansitra daħħluha fil- kurrikulu akkademiku tagħhom. Nemmen li nistgħu nagħmlu aktar iżda mixjin fit-triq it-tajba. Kif inhi s-sitwazzjoni fejn għandu x'jaqsam PRO jew uffiċjal għar- relazzjonijiet pubbliċi? Fil-verità aħna għandna kumitat iżda bħal dejjem ċertu xogħol jaqa' fuq l-istess tnejn min-nies. Ħa ngħidu hekk, hu diffiċli tlaħħaq ma' kollox. Madankollu waħda mill-gazzetti lokali tagħtina kolonna fil-ġimgħa li tkun għalina u fejn inniżżlu r-riżultati u anke xi aħbarijiet mid-dinja taċ-ċess. Ma nistgħux ninsew il-kompetizzjonijiet lokali. Kif u meta jiġu organizzati dawn l-attivitajiet? Aħna bħala assoċjazzjoni għandna statut li jgħid li rridu norganizzaw il- kampjonati tagħna. L-ewwel ikun maqsum fi tlieta. Fir- rawnd preliminari kulħadd jista' jieħu sehem anke dawk li għadhom jibdew il- logħba. Fis-17 ta' Frar li ġej se nibdew l-ewwel fażi ta' dan il-kampjonat. It-tieni fażi tinvolvi plejers aktar stabbiliti li ssir fix-xahar ta' Lulju. Finalment ikollna l-fażi tal-aqwa erbgħa li ssir fix-xahar ta' Settembru u fejn hemmhekk ikollna champion Malti. Għandna wkoll kompetizzjonijiet għan-nisa u oħra tal-veterani. Kif nafu f 'din il-logħba m'hemmx limitu ta' età. Għandna membri li huma anzjani u jiġu jilagħbu magħna. Finalment ikollna wkoll il-Harry Camilleri Memorial. Dan tal-aħħar kien bniedem li mexxa 'l quddiem iċ-ċess lokali iżda ħalliena ħames snin ilu. Aħna nżommu turnament għalih biex infakkru l-memorja tiegħu. Finalment liema huma l-għanijiet li bħala assoċjazzjoni qegħdin tippruvaw tilħqu? Wieħed mill-ewwel għanijiet tagħna hu li nkomplu niżviluppaw din il-logħba f 'pajjiżna. Irridu nkomplu nagħmlu l-preżenza tagħna aktar ħajja fl-iskejjel sabiex inżidu l-parteċipazzjoni maż- żgħażagħ tagħna. IL-ĦADD 12 ta' Jannar 2020 • illum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Duncan Vella – viċi president tal-Malta Chess Federation li tant jaħdem biex din il-logħba tkompli tikber fil-popolarità f'pajjiżna