Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 NADER KABAR Eluf ta' nies mistennija jieħdu sehem f 'rally fi Glasgow minkejja li tħassru pjanijiet għal mass meeting wara li l-uffiċċju metereoloġiku bassar jum ta' riħ u xita. Madankollu skont il-Kunsill ta' Glasgow xorta mistennija jinżlu fit-toroq madwar 100,000 biex jieħdu sehem f 'din ir-rally. L-organizzaturi saħan- sitra xandru li ser jipparteċipaw mat-300,000 per- suna. Il-marċ iċċelebra r-rebħa kbira li kien kiseb il-Partit Nazzjonalista Skoċċiż (SNP) f 'Diċembru li għadda meta rebaħ 49 minn 58 siġġu Parlamen- tari Skoċċiżi fir-Renju Unit . L-SNP għadu jokkupa wkoll 62 minn 129 siġġu fil-Parlament Skoċċiż. Ir-rally tal-bieraħ kienet l-ewwel wieħed minn tmien rallys illi ser jorganizza l-grupp All Under One Banner (AUOB).Stqarrija mill-AUOB qalet li l-grupp kien biħsiebu jkompli bl-attività minkejja x-xita għax kemm-il darba jħassar din ir-rally mhu ser ikollu ebda ċans jikseb l-indipendenza. S'issa l-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson irriuta b'mod kategoriku li jsir ref- erendum ieħor dwar l-indipendenza tal-Iskozja. Minkejja dan il-mexxeja tal-SNP Nicola Sturgeon talbet li l-Parlament Skoċċiż jingħata d-dritta biex jerġa' jsir referendum xħin u meta jiddeċiedi l-Par- lament. Minkejja l-kummenti tiegħu Boris Johnson stqarr li ser jikkunsidra dawn il-proposti li tressqu f 'dokument ta' madwar 38 paġna. Madwar 100,000 persuna jipparteċipaw f'marċ fi Glasgow fl-Iskozja NADER KABAR F'stqarrija li ħarġet il-Ko- rporazzjoni għas-Serviz- zi tal-Ilma (WSC) qalet li espremiet dispjaċir meta saret taf li numru ta' in- dividwi kienu qed jarmu skart tal irziezet fis-siste- ma tad-drenaġġ ta' Għaw- dex. Il-WSC żiedet tgħid li dan qed jiġri minkejja li l-bdie- wa kollha f 'Għawdex issa għandhom aċċess għal "faċil- ita żviluppata mill-speċjalisti tagħha, xjenzati u inġiniera li permezz tagħha, id-demel likwidu huwa pproċessat b'mod li jirrispetta l-amb- jent." Hi qalet li din is-siste- ma, flimkien ma' investi- menti oħra li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' ewro rriżultaw f 'ibħra aktar nodfa għall-benefiċċju tal-popo- lazzjoni in ġenerali. Ma dan żiedet tgħid li l-ev- idenza kollha li ġabret kienet ippreżentata lill-pulizija flimkien ma' rapport. I l - K o r p o r a z z j o n i kkonkludiet l-istqarrija tagħha billi qalet li se tieħu miżuri qawwijin biex tis- salvagwardja l-infrastrut- tura tagħha u l-beness- ri tal-ħaddiema tagħha u l-ambjent. Il-WSC tiżvela kif qed jintrema' skart tal-irziezet fid- drenaġġ f'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020