Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum L-Istati Uniti u l-Iran f'xifer Iżda din is-sitwazzjoni kif Ħarsa lejn ir-relazzjoni kumplessa tal-Iran mal-Istati Uniti u fejn dawn il-pajjiżi jinsabu llum NADER KABAR L-iżviluppi li żvolġew bejn l-Iran u l-Istati Uniti matul din l-aħħar ġimgħa u t-tens- joni bejn iż-żewġ pajjiżi huma inkwetanti ferm. Biex din is-sitwazzjoni tinft- iehem aħjar jenħtieġ immorru lura 47 sena – jiġifieri fl-1953 – meta l-Prim Ministru tal- Iran Mohammad Mosaddegh, bl-appoġġ tal-Parlament Iran- jan, iddeċieda li jinnazzjonal- izza l-kumpanija taż-żejt An- glo Iranian Oil Company wara li din irrifjutat li twettaq verifi- ka tad-dokumenti tagħha. Ftit wara r-Renju Unit id- deċieda li jibbojkottja x-xiri taż-żejt mill-Iran. Barra dan, bl-għajnuna tal-Istati Uniti waqqa' l-Gvern tal-Iran u ħatar ieħor ġdid. Dan il-Gvern kel- lu inqas poter minn ta' qablu minħabba li żdied il-poter tax- Shah, ir-re tal-Iran. Din il-mossa ntlaqgħet ħażin ħafna minn faxex kbar ta' nies u taħt it-tmexxija tax-Shah din l-iskuntentizza kompliet tikber. Dan kien ikkawżat minn bosta fatturi, fosthom ir-ripressjoni qawwija u l-korruzzjoni. Din l-iskuntentizza wasslet biex fl-1979 il-poplu Iran- jan immexxi minn Ruhollah Khomeini waqqa' l-Gvern u vvota biex tiġi ffurmata Repub- blika Iżlamika. Daqs sena wara bdiet gwer- ra bejn l-Iran u l-Iraq. Hawn- hekk l-Amerikani, flimkien ma' bosta pajjiżi oħrajn, għenu lill-Iraq biex jirbaħ il-gwerra biex b'hekk tneħħa l-Gvern ta' Khomeini. Minkejja din tmien snin gw- era ftit li xejn inbidel, tant li ftit ġimgħat qabel tmiem il-Gwer- ra, sewwasew f 'Lulju tal-1988, l-Istati Uniti waqqgħu ajruplan Iranjan li kien qed iġorr bosta nies ċivili. Il-Gvern Amerikan ta' Ron- ald Reagan skuża ruħu għal dan l-inċident u ftit snin wara ta kumpens ta' $61.8 miljun Dollaru. Madankollu xorta m'aċċettax responsabbiltà le- gali. Is-sitwazzjoni tmur għall-agħar Fit-28 ta' Diċembru milizzja ffinanzjata mill-Iran attakkat bażi Iraqqina u qatlet kuntrat- tur Amerikan. L-għada stess l-Istati Uniti qatlet 25 suldat paramilitari tal-grupp Hezbol- lah li dejjem tqies mill-Istati Uniti, mill-Iżrael u mir-Renju Unit bħala organizzazjoni ter- roristika. Dan l-attakk qajjem protesti kbar kontra l-Ameri- kani, tant li saħansitra sar at- takk fuq l-ambaxxata Ameri- kana. Il-perspettiva importanti Fit-2 ta' Jannar l-Istati Uni- ti ħabbret li qatlet lill-ġener- al Iranjan Qasem Soleimani bil-pretest li huwa kien qed jippjana għadd ta' attakki fuq diplomatiċi Amerikani u li kien proprju hu li ordna l-at- takk fuq l-ambaxxata tal-Istati Uniti f 'Bagdad. Minkejja dan l-Iraq ma tax permess li jinqatel Soleimani. Dan kien qiegħed fl-Iraq wara li rċieva stedina mill-Prim Ministru tal-pajjiż biex iwieġeb ittra mill-Iraq u mill-Għar- bja Sawdita dwar it-tnaqqis fit-tensjoni bejn it-tliet pajjiżi. Erbat ijiem wara dan l-attakk il-President Donald Trump bagħat iktar minn 3,000 suldat lejn l-Iraq bħala miżura ta' pre- venzjoni. Fl-istess jum Trump hedded li ser jordna lill-forzi militari tiegħu biex ikissru siti kulturali. Barra dan, l-amministrazzjo- ni ta' Trump żammet diploma- tiku milli jidħol fl-Istati Uniti biex jindirizza laqgħa tal-Ġnus Maqgħuda. Din l-azzjoni kisret it-ter- mini ta' ftehim li sar fl-1947 li kien jistipula li ebda diploma- tiku ma jista' jitwaqqaf milli jindirizza lill-Ġnus Maqgħuda. L-Iraq jirrispondi Minkejja li l-Istati Uniti bagħatet iktar suldati fil-jum ta' wara l-Parlament tal-Iraq vvota dwar mozzjoni biex jit- keċċew is-suldati tal-Koalizz- joni mill-Iraq. Intant il-mem- bri Parlamentari Kurdi u Sunni bbojkottjaw il-votazzjoni b'sol- idarjetà ma' dawk li kienu qed jieħdu sehem fi protesti kon- tra l-Gvern. Madankollu l-vot għadda xorta. Nhar it-Tlieta li għadda Donald Trump ħabbar li l-Ista- ti Uniti ma kienx biħsiebhom jitilqu mill-pajjiż. Meta ntala- lab iwieġeb dan il-kumment qal li "illum jew għada rridu noħorġu, iżda dan mhuwiex il-mument it-tajjeb. Bħalissa din tkun l-agħar ħaġa li tista' tiġri lill-Iraq." Meta ntalab jiġġustifika għal- iex kien ordna l-qtil ta' Soleim- Il-ġeneral Iranjan Qasem Soleimani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020