Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Il-possibiltà li mmur nilgħab barra minn Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Il-futbol ilu parti kbira minn ħajti għal żmien twil. Dan kollu beda ta' ħames snin fejn mort għall-ewwel sessjonijiet ta' taħriġ tiegħi ma' Birkirkara F.C wara li ħija inkoraġġieni biex nibda nitħarreġ. Jien u ħija l-kbir kienet l-hena tagħna li mmorru Ta' Qali u nqattgħu sigħat twal nixxuttjaw u nqassmu lil xulxin u hemmhekk indunajt li kien jogħġobni l-futbol. Kont bdejt mas-subien għaliex ma kienx hemm tfajliet ta' daqsi u għalkemm kienet diffiċli fil-bidu, qbadt malajr u kburija ħafna li qattajt sitt snin ma' dawn is-subien għaliex saħħewni ħafna u għenuni nkun l-atleta li jien illum il-ġurnata. X'ħassejt meta riċentement qbiżt il-mitt gowl bil-flokk ta' Mġarr United? Jien kburija li rnexxieli nsib ix-xibka 'l fuq minn mitt darba għall-klabb tiegħi iżda dan kollu mertu tal-ħidma u l-appoġġ li għandi mit-tim sħiħ u l-għajnuna mingħand il-kowċis. Jekk Alla jrid, inkompli nimxi f 'din it-triq u nkompli ngħin lil klabb bil-gowls tiegħi li nemmen li jservu bħala motivazzjoni għat-tim sħiħ. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Kien l-aħjar staġun fl-istorja tal-klabb bla dubju. Wasalna għat-tieni finali tan-knockout konsekuttiva f 'sentejn u għalkemm tlifna aħna spiċċajna l-istaġun b'rasna mgħollija u kburin bl-isforz li tfajna matul l-istaġun sħiħ. Fil-kampjonat ksibna t-tieni post li huwa l-aqwa li qatt irnexxielna niksbu u aħna dan narawh bħala aktar motivazzjoni biex inkomplu ntejbu fuq l-istaġun li għadda, filwaqt li fil-Minors wasalna sal-finali tan- knockout li għall-grazzja t'Alla rbaħna u ksibna wkoll it-tieni post fil-kampjonat. Fuq nota personali ħassejt li kelli staġun sabiħ u għamilt passi kbar u dan qed nużah bħala motivazzjoni sabiex ikolli staġun aħjar milli għadda. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Dawn il-kummenti ma jagħmlux wisq bija fil-verità. Jiena niem li forsi l-futbol tal-irġiel huwa isbaħ għan-newtrali biex isegwi minħabba t-tempo tal-logħob u l-kreattività li sseħħ iżda nemmen li l-futbol tan-nisa għamel qabża kbira fl- aħħar snin u dan kollu mertu tan-nies li huma involuti fil-futbol femminili. Għad hemm ħafna xogħol xi jsir minn kulħadd u għalkemm saħansitra ma jistax jilħaq il-livell tal-irġiel, għandna nagħmlu li nistgħu biex inkomplu nagħmlu ġid lill- futbol tan-nisa u nsebbħuh sabiex ikun aktar segwit. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan- nisa, Pierre Brincat? Il-kowċ Pierre Brincat bħalma nsejjaħlu jien, huwa raġel ta' kellmtu li huwa ddixplinat f 'kull ħaġa li jagħmel. Nemmen li huwa dejjem għamel l-almu tiegħu kollu sabiex il-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jkompli jikber u dejjem wera rispett lejja u lejn sħabi f 'sezzjonijiet ta' taħriġ u barra mill-grawnd ukoll. Aħna għandna relazzjoni mibnija fuq rispett u mħabba lejn il-futbol. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Għalkemm għadni fil-bidu tal-karriera tiegħi, esperjenzajt logħbiet memorabbli f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Logħba li ma ninsa qatt hija l-finali tan- knockout fl-2018 li kienet l-ewwel finali għal Mġarr United. Din kienet għaddiet il-ħin regolamentari, marret għall-ħin barrani u saħansitra spiċċat bil-penalties. U għalkemm mhix l-isbaħ memorja minħabba li tlifna, din l-esperjenza saħħitni ħafna bħala persuna. Finali oħra li ma ninsiex hija tan-knockout tal- minors kontra Hibernians li waslet għall- ħin barrani u wara ħafna battibekki matul il-logħba rnexxieli nsib il-gowl tar-rebħa fl-aħħar sekondi tal-logħba. Imbagħad, ovvjament hemm il-logħob tan-nazzjonal li kollha għandhom l-istejjer tagħhom u kburija li kelli ċ-ċans li nirrappreżenta lil pajjiżi. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Jiena nemmen li l-MFA qiegħda taħdem aktar favur il-futbol tan-nisa fl-aħħar snin. Naħseb ukoll li l-MFA u l-kowċis tal-klabbs lokali għandhom jiddiskutu d-diffikultajiet tagħhom sabiex jitħaddmu ideat li jkunu ta' ġid għall- futbol f 'pajjiżna. Kulħadd irid jaħdem id f 'id u jekk jiġri hekk hemm ħafna x'jista' jitjieb u jissaħħaħ. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Il-possibbiltà li mmur nilgħab barra minn xtutna żgur li qiegħda hemm. Kont fortunata ħafna li esperjenzajt żewġ trials diġà ma' Apollon Limassol f 'Ċipru u Sassuolo fis-Serie A fl-Italja u dawn l-esperjenzi komplew iżiduli l-interess. Il- livell ta' dawn iż-żewġ klabbs huwa ferm għoli u affaxxinajt ruħi bl-istil ta' futbol u l-intensità li jilagħbu biha. Hija xi ħaġa li żgur nixtieq nagħmel f 'ħajti iżda bħalissa ffukata fuq dan l-istaġun fejn nixtiequ li jkun l-aqwa wieħed għal Mġarr United kif ukoll għalija personali. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-iskola u mal-futbol? Il-ħajja tiegħi hija totalment imdawra mal-isport. Ili nattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport mill-2017. Din kienet u għadha sfida minħabba l-ammont ta' taħriġ li jkolli matul il-ġimgħa iżda grata ħafna li nifforma parti mill-iskola fejn jattendu l-aqwa sportivi u atleti inklużi s-subien tal-futbol li nitħarreġ magħhom kull ġimgħa għaliex dawn iżommuni fuq saqajja u jgħinuni ntejjeb il-livell tiegħi stess. Ovvjament, qatt mhu faċli biex tibbilanċja l-isport flimkien mal-istudju u l-iskola iżda dawn kollha għandhom l-importanza tagħhom u jsarrfu f 'futur sod. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Nemmen li l-futur tiegħi għandu ħafna affarijiet sbieħ għalija. Qed inħares lejh b'entużjasmu kbir iżda ħa nibqa' nżomm saqajja mal-art u nkompli naħdem għal dak li nixtieq nakkwista fil-futur kemm qarib u anke mbiegħed. Ovvjament, għandi l-għanijiet u t-tragwardi tiegħi għas-snin li ġejjin u naf li ħa jseħħu battibekki u problemi matul it-triq imma bil-mentalità li nżomm jien dawn l-esperjenzi ħa jsaħħuni sabiex nikber u nissoda bħala persuna li ser tgħinni żgur fil-karriera tal-futbol u fil- ħajja ta' kuljum. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna IL-ĦADD 12 ta' Jannar 2020 • illum Haley Bugeja - tfajla li għalkemm għad għandha biss 15-il sena laħqet l-ogħla livelli fil-futbol tan-nisa f'pajjiżna fejn tista' titqies bħala magna ta' gowls għal Mġarr United. M'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha possibilment barra minn xtutna Nifhem li forsi l-futbol tal-irġiel huwa iżda nemmen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020