Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 kotba u ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 12 Bridges (15) 14:00, 16:20, 18:35, 20:50 Charlie's Angels (12A) 10:20, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45, 23:20 Doctor Sleep (15) 20:45 Frozen 2 3D (U) 15:40, 20:40 Frozen 2 2D (U) 10:30, 13:00, 18:05 13:00, 15:30, 18:00, 20:35 Joker (15) 13:05, 15:55, 18:35, 21:15 Knives Out (12A) 10:25, 13:00, 15:45, 18:30, 21:15, 23:55 Last Christmas (12A) 11L35, 13:50, 16:15, 18:45, 21:10, 23:10 Le Mans '66 (U) 14:35, 17:50, 21:00, 23:00 Maleficent: Mistress of Evil 2D (PG) 11:30, 13:00, 15:45, 18:25, 21:05 The Addams Family 2D (PG) 11:30, 13:45, 16:00, 18:15 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Charlie's Angels (12A) 10:40, 13:55, 16:35, 18:40, 21;10 Frozen 2 3D (U) 16:00, 20:30 Frozen 2 3D (U) 10:30, 13:45, 18:15 Last Christmas (12A) 10:50, 13:20, 16:00, 18:30, 21:00 Midway (12A) 10:45, 14:15, 18:00, 20:45 IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum Films fiċ-ċinema Il-Vinkulari: Il-Muftieħ tal-Passat ta' Simone Spiteri illustrazzjonijiet ta' Moira Scicluna Zahra M eta terġa' teħel fit-traffiku int u dieħel il-Belt, ipprova immaġina kif kienet tidher dil-belt eżatt wara l-Assedju l-Kbir: vojta, bl-għoljiet u l-veġetazzjoni bl-addoċċ kullimkien, kollox kwiet ħlief għall-Forti Sant'Anġlu. U preċiż dak li jaraw żewġ itfal ta' 12-il sena meta jivvjaġġaw lura fiż-żmien għal jum iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt Valletta. Il-vjaġġ sigriet tagħhom — grazzi għal magna taż-żmien sigrieta moħbija fil- kantina tad-dar tagħhom — iwassalhom bumm f 'nofs intrigu kbir: il-perit tal-Belt inħataf mill-kriminali, u hemm kumplott biex jeħilsu mill-Gran Mastru de Valette. U issa, allura? It-tfal se jirnexxilhom jipproteġi dil-parti tant kruċjali mill- istorja ta' Malta? Dan il-plott, tal-qtugħ tan-nifs, jagħmel minn Il-Vinkulari: Il-Muieħ tal-Passat avventura li ma tiqafx taqraha sa ma tasal sal-aħħar paġna. Huwa s-sequel tant mistenni ta' Il-Vinkulari: Il-Vjaġġaturi taż-Żmien, li l-fans tant ilhom jistaqsu għalih. Il-kuġini-tewmin Alex u Maia jagħmlu ħilithom kollha biex jipproteġu ż-Żmien — għalkemm, bla ma jafu, qed jiġġieldu anki kontra forzi sigrieti qawwijin. F'dan it-tieni rumanz fis-sensiela tal- Vinkulari, l-awtriċi Simone Spiteri – li fi tfulitha kienet toħlom li xi darba ssib magna taż-żmien – tiaħ tieqa fuq il- ħajja tal-Maltin 400 sena ilu. "Timmaġina żmien u post iżjed mimlijin faxxinu mill-Birgu tas-sittax-il seklu? Intrigu, belt kożmopolitana, atmosfera vibranti u ħajja storbjuża," qalet Spiteri. Kien żmien, għal Malta, ta' diversità u taħlit ta' ilsna u kulturi. Spiteri permezz ta' dan il-ktieb riedet ukoll tesplora l-figura tal-Kavallieri tal- Ordni, li dejjem ipinġuhomlna bħala "nies riġidi, serji, lebsin korazza tal-metall li jħarsulna bl-ikrah mill-paġni tal-kotba tal-Istorja", kienu nies umani bħalna wara kollox, bl-uġigħ u l-ferħ tagħhom. L-istorja, ovvjament, hija waħda ta' finzjoni assoluta, imma r-riċerka warajha li għamlet Spiteri hi waħda estensiva, u l-qarrejja se jkunu qed isiru jafu iktar dwar il-passat ta' Malta mingħajr ma biss jindunaw li qed jaqraw dwar "l-Istorja". "Dawn il-kotba nkitbu bl-ispirtu li juru li kull parti mqar ċkejkna mill-Istorja ta' pajjiżna hija importanti u tagħmilna dak li aħna llum," qalet. Spiteri temmen li l-ivvjaġġar fiż- żmien jaf joffri spunt għal problemi kontemporanji billi jitfa' dawl fuq kif kienu l-affarijiet fil-passat. Il-ktieb jenfasizza wkoll l-importanza tal-memorja personali u kollettiva. "Nemmen li dan punt pjuttost importanti, fi żmien – il-preżent – fejn kollox jidher daqstant istantanju u tal-mument." L-istess bħal fl-ewwel ktieb tas-sensiela, l-istorja hi mżejna b'illustrazzjonijiet ċkejknin fil-bidu ta' kull kapitlu. Xogħol l-artista Moira Scicluna Zahra, dawn jagħtu it ta' togħma lill-qarrej ta' dak li se jiltaqa' miegħu fil-paġni li jmiss. L-ewwel ktieb fis-sensiela, Il-Vinkulari: Il-Vjaġġaturi taż-Żmien, f 'qasir żmien kien spiċċa fl-ewwel post tal-klassifika tal-kotba l-aktar mibjugħa għal tfal t'etajiet minn 9 sa 12-il sena, u fil-fatt kellu jiġi rristampat wara biss it xhur. "Ilni nistenna t-tieni ktieb tas-sensiela, daqskemm kont inkun qed nistenna s-sequels ta' Harry Potter!" qaltilna l-qarrejja Pippa Corrado, ta' 11-il sena. Il-Vinkulari: Il-Muieħ tal-Passat jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020