Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Aħna t-tfajliet għandna passjoni u determinazzjoni kbira lejn dak li nagħmlu' Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol ilha minn meta kont żgħira. Minn dejjem niakarni niġri u nilgħab il-futbol ma' ħija u sħabu - l-aktar fil-vaganzi tas-sajf meta konna niltaqgħu r-Ramla l-Ħamra (Xagħra, Għawdex) u nibqgħu nilagħbu l-futbol sakemm jidlam. Meta mbagħad kelli 16-il sena kont ingħaqadt mal-ewwel klabb - Xagħra United FC - fejn kull nhar ta' Sibt kien ikollna logħba tal-kampjonat. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek? Fuq livell personali, nista' ngħid li huwa staġun pożittiv u huwa ta' sodisfazzjon għalija li f 'kull logħba ngħin lit-tim biex ikollna prestazzjonijiet u riżultati tajbin. Fuq nota ta' tim, f 'dan l-istaġun għaddejjin bi prestazzjonijiet tajba fejn sa issa għadna bla telfa u rbaħna l-ewwel tazza tas-Super Cup. Dan juri l-konsistenza tat-tim u l-grinta biex nibqgħu nirbħu l-unuri. Importanti li nibqgħu saqajna mal-art u nkomplu naħdmu biex nitjiebu kemm fuq livell personali kif ukoll bħala tim. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? F'kull tip ta sport, il-passjoni u d-determinazzjoni huma l-aktar prinċipji importanti u nista' nikkonferma li aħna t-tfajliet għandna passjoni u determinazzjoni kbira lejn dak li nagħmlu. Hija mentalità antikwata li ngħidu li l-futbol huwa għall- irġiel biss għax wara kollox aħna nilagħbu nisa kontra nisa u b'hekk is-saħħa fiżika u l-aġilità hija l-istess bejnietna. Għalhekk nemmen li kull tip ta' sport jista' jintlagħab kemm minn raġel kif ukoll minn mara bil- modijiet rispettivi tagħhom. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Hemm ħafna logħob importanti li nibqa' niakar fil-karriera tiegħi però żewġ logħbiet li huma għal qalbi hija l-aħħar logħba tal- kampjonat tal-istaġun 2017/2018 fejn konna rbaħna l-kampjonat dakinhar fl-aħħar logħba bl-iskor ta' 4-1 kontra Hibernians. Il-logħba l-oħra hija dik internazzjonali kontra Cardiff MET għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn konna ktibna l-istorja għal Birkirkara u ġejna draw ta' 2-2. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Nemmen li jsir ħafna xogħol min-naħa tal-MFA biex inżidu l-popolarità fil-futbol tan-nisa imma dejjem nistgħu nagħmlu iktar. Niem ukoll il-fatt li mhux faċli tbiddel il-mentalità ta' ħafna. Għalhekk huwa importanti li nibdew nagħtu importanza lill-futbol tan-nisa minn meta jkunu għadhom żgħar u nrawmu l-imħabba għal dan it-tip ta' sport. Tikkunsidra l-possibiltà li fil- futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Minħabba l-ħajja personali u x-xogħol ma nikkunsidrax li mmur nilgħab barra minn Malta. Però, inħeġġeġ lill-plejers oħra li jekk iż-żmien hu addattat għalihom u jekk l-esperjenza barra minn Malta tista' tgħinhom jikbru fil-karriera tagħhom, jieħdu l-opportunità. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Mhux faċli żżomm bilanċ bejn xogħol full-time, futbol, studju u ħajja personali. Però, huwa sagrifiċċju li nagħmel minn qalbi u nagħmlu għax inħobb il-futbol. Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lill-familjari tiegħi tal-paċenzja u l-appoġġ kontinwu tagħhom. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? L-għan tiegħi għall-futur huwa li nkompli nitjieb fuq livell personali kif ukoll li nkomplu nżidu mas-suċċessi tagħna bħala tim. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill- futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Inħoss li l-media sportiva għandha tesponi aktar lill-futbol tan-nisa kull ġimgħa u mhux fl- aħħar tal-istaġun jew f 'xi finali ta' xi tazza. Dan jgħin biex inżidu l-interess fil-futbol tan-nisa u b'hekk ikollna kampjonat aktar b'saħħtu u interessanti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it- tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Ħafna għandhom l-idea li tagħmel sports biex iżżomm'fit' u attiv. Però dak mhux biss. Bl- isports titgħallem tirrispetta lil ta' madwarek, titgħallem tirbaħ u titlef, titgħallem xi tfisser dixxiplina u dedikazzjoni, u titgħallem li s-suċċess ma jiġix mil-lejl għan-nhar iżda trid taħdem għalih. L-isport jagħti opportunitajiet lit-tfal biex jiżviluppaw kwalitajiet fil-karattru li jservuhom tul ħajjithom. Għalhekk nissuġġerixxi lil dawk il-ġenituri li qed jikkunsidraw jibdew xi sport lit-tfal tagħhom biex ma jaħsbuhiex darbtejn għaliex huwa investiment f 'uliedhom. IL-ĦADD 12 ta' Jannar 2020 • illum Tracy Teuma - plejer ferm importanti tat-tim tan-nisa ta' Birkirkara u li għandha passjoni u determinazzjoni enormi lejn il-logħba li tant tħobb - il-futbol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020