Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum 3 ... 2 ... 1 Johann! L-industrija li L-industrija tal-films ma bdietx ilbieraħ fil-pajjiż. Films li saru, jew li saru partijiet minnhom Malta kellna u ħafna wkoll. Min ma jiakarx il-Port il-Kbir daqslikieku l-port ta' Marsilja fil-film li jgħid l-istorja tal-Konti ta' Monte Kristo? Jew it-torri ta' Santa Marija fuq Kemmuna bħala Chateau D'If, il- ħabs li jissemma f 'diversi novelli ta' Alexander Dumas? U min jista' jinsa l-pjazza ta' Buġibba u l-madwar mibdul kompletament f 'sett tal-film Munich, f 'xena f 'Ċipru? U jekk immorru lura sew fiż-żmien, min jista' jinsa' l-films klassiċi Midnight Express tal-1978 b'atturi Maltin, bħall- mibki Joe Zammit Cordina li kien ħadem ukoll f 'film ieħor li nħadem Malta, 'Pulp' tal-1972 li fih Michael Caine kien wieħed mill-atturi prinċipali? U finalment tiakru dawk l-extras Maltin kollha fil- film Gladiator ta' Ridley Scott u Troy? Imma dawn kollha huma sinjal tal- glorja ta' din l-industrija fil-passat? L-industrija tal-films mietet? Hemm min qed jagħtiha direzzjoni? Żgur li ma mititx, anzi għaddejja b'pass mgħaġġel u hemm tim sħiħ li qiegħed jimbotta titjib infrastrutturali u viżjonarju, immexxi minn Johann Grech, Kummissarju fil-Kummissjoni Maltija tal-Films. Ħafna laqgħat u flus Mhux talli hemm pjan, talli f 'intervista ma' din il-gazzetta l-istess Grech jgħid li fl-2019 ġew Malta 21 produzzjoni, l-industrija ġġenerat €40 miljun, kellu 455 laqgħa ma' producers differenti u kellu madwar 66 producer jew diretturi li wrew interess biex jaħdmu f 'pajjiżna fiż- żmien li ġej u li ġew pajjiiżna biex jaraw Malta x'toffri. 'Malta dejjem attirat films kbar' Grech issa ilu sentejn Kummissarju. Nibdew l-intervista billi nistaqsuh minn fejn telaq u x'wettaq mat-triq f 'dan il- perjodu? Grech jinsisti mal-gazzetta li hu ma jrid l-ebda mod jitfa' f 'dell lill-eks Kummissarju Engelbert Grech. Qal iżda illi meta hu beda kien hemm industrija staġjonali ħafna. "Malta dejjem attirat films kbar," ifakkar Grech li jfakkar ukoll illi l-industrija tal- films ilha mal-100 sena attiva u jelenka lista ta' produzzjonijiet li saru f 'pajjiżna. Johann Grech hawnhekk jgħid illi fl- 2019 il-Kummissjoni tal-Films kellha 21 produzzjoni għaddejja. Imma dawn huma żgħar, mhux hekk? Tistaqsi din il-gazzetta. "Mhux kemm huma kbar jew żgħar. Dawn flimkien ħallew madwar €40 miljun fl-ekonomija Maltija. Aħna rridu industrija li taħdem is-sena kollha," sostna Grech. "Ma ridniex industrija li taħdem bl- iskossi," saħaq il-Kummissarju. "Ma rridux sitwazzjoni fejn ikollna film wieħed kbir imbagħad jieqaf kollox għal xi żmien ma jkunx hemm film wieħed u ma jkollniex xogħol," sostna Grech. Huwa qal illi l-Kummissjoni qed taħdem biex l-industrija tkun waħda back-to-back u allura jkollha diversi xogħlijiet fl-istess ħin "pereżempju f 'Ottubru kellna ħames produzzjonijiet fl-istess ħin. Allura kellna aktar xogħol għan-nies marbutin ma' din l-industrija." Huwa jgħid li filwaqt li hemm 10 min-nies jaħdmu mal-Kummissjoni, hemm għexieren oħrajn li jaħdmu f 'din l-industrija, minn dawk li jibnu x-xenarji sal-artisti tal-make up u diversi fornituri. "Fl-2019 kellna 66 spezzjoni f 'Malta minn producers differenti," jgħid b'ċerta element ta' kburija u sodisfazzjon. 'Qed nibnu industrija ta' livell dinji' Huwa fakkar li bħala pajjiż aħna għandna ħafna x'noffru. "Biżżejjed niakru li bħala pajjiż irrappreżentajna n-Nofsinhar ta' Franza f 'Count of Monte Cristo, Spanja fil-film Genius u Assasins Creed, Iżrael f 'World War Z u l-Greċja fi Troy." "Aħna qed nibnu industrija tal-films ta' livell dinji," fakkar Grech. "Jiena b'kollox kelli 455 laqgħa barra minn Malta f 'sena waħda biss. Kollha ma' producers u studios fejn nitkellmu dwar dak li joffri pajjiżna," jinsisti Grech. Hu jfakkar li f 'industrija daqstant volatili wieħed irid jaħdem għas-snin li ġejjin, mhux għal din is-sena biss. Għalhekk nemmen li r-riżultati mhux se jidhru llum imma matul iż-żmien. "Ma kellniex blockbusters fl-2019, imma kellna biżżejjed xogħol biex nibqgħu għaddejjin, biex dawk kollha li jmissu mal-industrija baqgħu jaħdmu," sostna Grech. Huwa qal illi sar l-ewwel film ta' Netflix f 'Malta, li huwa produzzjoni Taljana: 'La isola della rosa'. Il-Kummissarju jgħid illi din il- produzzjoni ġiet Malta biex tuża l-faċilitajiet tat-tankijiet li jfakkar illi huma l-uniċi fl-Ewropa u t-tieni l-akbar fid-dinja. "Il-Gvern reġa' qed jinvesti fil- faċilitajiet tal-films għall-ewwel darba f 'madwar 40 sena," qal Grech. Huwa qal illi l-kontnwità hija importanti għal din l-industrija fraġli u sostna illi l-esperjenza tal-producers f 'pajjiżna hija waħda pożittiva ħafna. "Kulħadd ifaħħar lil Malta għax minn hawnhekk ikollhom esperjenza sabiħa. Mhux biss għax għandna dawn it- tankijiet imma għax għandna talent kbir," jisħaq hekk kif ifakkar li l-Maltin bnew iż-żiemel ta' Trojja fil-film Troy, is-settijiet għal Agora u l-Kolossew għal Gladiator. Jgħid illi bħalissa qed isir film bibbliku, tip ta' film li hu komuni f 'Malta. 'Meta lħaqt, għidt lill-Gvern li hawn bżonn investiment' Huwa jsemmi l-importanza li l-post, li jinsab relattivament f 'telqa, ikun irriġenerat. L-industrija tal-films qed tikber però tista' tkun ħafna ikbar. Is-sena l-oħra biss daħħalna €40 miljun, saru 455 laqgħa barra l-pajjiż u 66 producer żaru pajjiżna biex jaraw x'noffru. Il- gazzetta ILLUM tintervista lil Johann Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020