Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I l-mina taħt il-baħar bejn Mal- ta u Għawdex ser tkun mina għall-karozzi u mhux għan-nies. Biex din tagħmel sens ekonomi- ku ser ikollha tiddependi minn żieda fit-traffiku bejn il-gżejjer u għaldaqstant tikkontradixxi l-ispirtu tal-Pjan Nazz- jonali għat-Trasport sas-sena 2025. Tajjeb li niakru li l-Pjan Nazzjonali għat-Trasport imfassal fl-2016 mill- Gvern Laburista jenfasizza li l-linja politika dwar it-transport u l-ippjanar tiegħu f 'Malta baqgħet qatt ma ħarset fit- tul. Dan ikkaġuna "nuqqas ta' direzzjoni strategika u n-nuqqas ta' kapaċità li jkunu indirizzati materji diffiċli, bħar- restrizzjonijiet dwar karozzi privati." Minflok ma jippreżentaw politika maħsuba biex tindirizza t-tnaqqis tal- karozzi privati mit-toroq tagħna, il-Gvern u l-aġenziji tiegħu baqgħu għaddejin b'ħidma li tkompli ssaħħaħ id-dipendenza mill-karozzi privati. Dan qed isir permezz ta' investiment eċċessiv fl-infrastruttura tat-trasport lokali. Dan l-investiment qed isir bil-għan li jżid iżjed karozzi minn kemm filfatt jesgħu t-toroq tal-pajjiż, u dan biex jissodisfa lin-negozjanti tal-karozzi. Importanti wkoll li nirrealizzaw li ladarba l-emissjonijiet mit-trasport jirrappreżentaw l-ikbar kontribut tagħna għaż-żieda tal- karbonju fl-arja, dawn qegħdin ixekklu l-politika dwar it-tibdil fil-klima li kull Gvern sensibbli jenħtieġ isegwi. Dan minkejja li l-Gvern jiaħar li kien minn tal-ewwel li segwa u beda jimplimenta l-konklużjonijiet tas-summit ta' Pariġi dwar il-klima. F'konferenza stampa il-Ministri Ian Borg u Justyne Caruana saħqu li l-investituri li ser jinvestu fil-mina għandhom jimmiraw lejn mina li tkun kapaċi tiffaċilita l-moviment ta' 9,000 karozza kuljum bejn il-gżejjer. Dan ifisser illi jiġi ġġenerat livell ta' traffiku li jlaħħaq it-tripplu ta' dak li għandna llum, b'mod konsistenti mal-projezzjonijiet tal-istudju li għamlet id-ditta E-cubed rigward il-vijabbiltà ekonomika tal-proġett. Dan l-istudju kien ġie kkummissjonat minn Transport Malta u mill-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ. Il-ħlas li jkun meħtieġ għall-użu tal- mina, jiġifieri t-toll, jiddetermina kif jinġabru lura l-ispejjeż biex tiġi żviluppata l-mina u biex din tibqa' topera tul is-snin. Dan kollu jiddependi minn kemm il-mina tintuża mill-karozzi. L-esiġenza li mill- mina jgħaddi l-ikbar traffiku possibbli hija l-bażi li ssejjes l-eżistenza tal-mina, għax mingħajr dan it-traffiku ma jinġabrux il-flejjes li għandhom jagħmlu tajjeb għall- ispejjeż u l-profitti ta' min ser jidħol għal dan "l-investiment". Imma dan min-naħa l-oħra jmur kontra objettiv bażiku tal-Pjan Nazzjonali għat-Trasport li bi kliem ċar jispjega li t-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq huwa essenzjali jekk tassew irridu nħarsu lil hinn mill-ponta ta' mneħirna. L-ammont tal-ħlas li ser jintalab mill- utenti tal-mina ser jiddependi mill-ispiża meħtieġa biex din tiġi żviluppata u mill- ħtiġijiet tal-operat tagħha. Ir-rapporti tal-konferenza stampa li saret iktar kmieni dil-ġimgħa ma taw ebda indikazzjoni dwar l-istima ta' din l-ispiża. F'dan l-istadju dan jiniehem għax għadu ma ġie ffinalizzat ebda disinn. Hemm ukoll raġuni partikolari oħra. L-informazzjoni dwar il-ġeoloġija tal-Fliegu nġabret biss dan l-aħħar u mhemm ebda dubju li ser ikun meħtieġ iżjed tagħrif speċifiku rigward iż-żoni problematiċi. L-istudji mistennija jkollhom impatt kemm fuq id-disinn finali u kemm kif fuq l-ispiża li tirriżulta u allura fuq il-ħlas li jenħtieġ jintalab mill-utenti tal-mina. Rari ħafna li proġetti bħal dawn isegwu l-istima tal-ispejjeż. Pereżempju, rigward il-każ tal-mina bejn il-power station tal- Marsa u dik ta' Delimara nafu li l-ispiża finali kienet viċin id-doppju tal-istima inizjali u dan minħabba in-nuqqas ta' informazzjoni ġeoloġika. Minħabba dan sfrondaw partijiet mill-mina waqt li kien għaddej ix-xogħol u kellhom isiru ħafna iżjed xogħlijiet, fosthom ċerti bidliet f 'partijiet mir-rotta tal-mina nfisha! Min-naħa l-oħra l-ispiża minfuqa fuq iċ-Channel Tunnel bejn Folkestone f 'Kent u Coquelles ħdejn Calais qabżet l-istima b'madwar 80 fil-mija u dan minkejja li kienu saru studji ġeoloġiċi dettaljati. Fl-aħħar l-ispiża reali ser tkun bejn 600 miljun u biljun euro, u din ser tiddependi mid-disinn finali u mid-diffikultajiet ġeoloġiċi li ser jaffaċċja t-tħaffir tal-mina taħt il-Fliegu. Dejjem jekk isir, dan il-proġett ser iħalli impatti ambjentali sinifikanti, kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex, fosthom il-qerda tal-villaġġ trogloditiku fl-Għerien, fil-limiti tal-Mellieħa. Hemm soluzzjonijiet oħra li jistgħu jindirizzaw b'mod adegwat il-mobbiltà bejn il-gżejjer Maltin. Irridu nkunu kapaċi naħsbu b'mod kreattiv sabiex insibu soluzzjoni għall-problema reali tal-mobbiltà tan-nies iżjed milli dik tal-karozzi. Dan jista' jseħħ biss jekk nieħdu inizjattivi li bihom naslu ninfatmu mid-dipendenza tagħna mill-karozzi. Dment li ma naslux sa dan il-punt m'aħniex ser inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni sostenibbli. 16 opinjoni Il-mina bejn Malta u Għawdex: lil hinn mill-ponta ta' mneħirna Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum Irridu nkunu kapaċi naħsbu b'mod kreattiv sabiex insibu soluzzjoni għall-problema reali tal-mobbiltà tan-nies iżjed milli dik tal-karozzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020