Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 opinjoni Il-kuntrasti bejn żewġ kriżijiet Roberta Metsola Roberta Metsola hija l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew I l-bidu tad-deċennju li għadu kif spiċċa kien ikkaratterizzat mill-effetti tal-aktar kriżi ekonomika u finanz- jarja internazzjonali mill-Great De- pression tas-snin tletin. Mexxejja ta' bosta pajjiżi kienu qed jissieltu kontra istitutzz- jonijiet finanzarji jiġġarrfu, eluf ta' sensji, qgħad dejjem jikber u ekonomiji jiċkienu. Kienet kriżi internazzjonali kbira li għotru taħtha ħafna pajjiżi, anke Ewropej. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li ġiet minn barra F'dinja diġà globalizzata, pajjiżna kien intlaqat ukoll minn dik il-kriżi ekonomika u finanzjarja. Dak li jiġri f 'pajjiżi oħra, irridu jew ma rridux, illum jolqot lilna wkoll. Il-Gvern Nazzjonalista kien beda jieħu inizjattivi biex isalva l-impjiegi tal-ħaddiema, fosthom fit-turiżmu u fil-manifattura fejn kien hemm il-periklu li jonqsu l-impjiegi minħabba tnaqqis qawwi fl-attività ekonomika barra minn xtutna. It-tnaqqis fl-ordnijiet iġib miegħu tnaqqis fil-produzzjoni, inqas xogħol għall-ħaddiema u inqas esportazzjoni minn pajjiżna. Il-Gvern kien daħħal skemi apposta biex jgħin lill-investituturi u lill-ħaddiema. Għaraf x'inizjattivi kellu jieħu u x'politika kellu jwettaq biex joħroġ lil pajjiżna mill-kriżi ekonomika u finanzjarja li kienet ġiet imposta fuqu. Fl-2013 saret l-elezzjoni ġenerali u l-Gvern Laburista ġdid sab pajjiż ħieles mit-toqol tal-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Sab pajjiż li fost kisbiet oħra kellu lest għalih baġit Ewropew ta' aktar minn €1.2 biljun li kienu għadu kif ġie nnegozjat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Kriżijiet f 'pajjiżna maħluqa mill-Gvern Laburista stess Il-kriżi finanzjarja kienet għaddiet imma mbagħad il-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat it it beda jdaħħal lil pajjiżna fi kriżijiet oħra. Kriżi waħda wara l-oħra. Il-kriżi li intensifikat fl- aħħar xhur u ġimgħat tal-2019 bdiet fl-2013, saħansitra mill-ewwel ġranet tat-tmexxija tal-Prim Ministru Muscat. Fost l-ewwel deċiżjonijiet li ħa neħħa lis-segretarji permanenti tas-servizz pubbliku. Rema snin ta' esperjenza b'kapriċċ, b'ingratitudni. Imbagħad beda joħloq kriżijiet fl- istituzzjonijiet li jipproteġu liċ-ċittadini bit-tneħħija tal-Kummissarju tal- Pulizija u tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati. Għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna l-Ombudsman kellu jdaħħal lill-Gvern il-Qorti. Segwew riżenji mill- FIAU, jiġifieri l-aġenzija governattiva li taħdem kontra l-frodi. L-istituzzjonijiet finanzjarji bdew jonqsu milli jagħmlu xogħolhom. Quddiem dat-tnawwir apposta u l-falliment tal-istituzzjonijiet, rajna l-maa lokali tieħu r-riedni fil- kuriduri u fl-uffiċċji tal-poter f 'Kastilja. Id-differenza bejn il-kriżijiet tad- deċennju li għadda hija ċara: l-ewwel waħda – il-kriżi finanzjarja – kienet imposta minn barra l-pajjiż; it-tieni waħda – il-kriżi politika u istituzzjonali li saħansitra wasslet għall-qtil faħxi ta' Daphne Caruana Galizia – kienet kriżi maħluqa u minsuġa mill-poter politiku tal-pajjiż. Waqt il-kriżi ekonomija u finanzjarja bosta pajjiżi barranin kienu jħarsu lejn kif Malta kienet qed tilqa' kontra l-mewġ internazzjonali. Il-midja barranija kienet tirrapporta dwar Malta b'mod pożittiv filwaqt li fit-tieni kriżi pajjiżna qed jissemma minħabba r-raġunijiet il- ħżiena u bi stmerrija. Joseph Muscat abbuża mill-fiduċja u mill-poter Joseph Muscat qatt ma jista' jgħid li safa' vittma ta' dak li ġara. Ir- responsabbiltà kienet, hija u tibqa' tiegħu. Kien hu li ddeċieda kif jeżerċita l-poter li fdawlu n-nies. Abbuża minn dak il-poter. Tradixxa l-fiduċja. Għamel dan b'detriment għall-poplu Malti u Għawdxi u għal pajjiżna kollu kemm hu. L-effetti negattivi tal-iskandli, tal-abbuż tal-poter u tal-kollass tal- istituzzjonijiet ser jibqgħu magħna fit-tul. Hemm konsegwenzi li ma jistgħu jgħaddu qatt. Qabelxejn, kif qatt tista' ssabbar lir-raġel, lill-ulied, lill-ġenituri u lill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia? Il-midja Laburista ta' Joseph Muscat kif ukoll dawk qrib tiegħu fuq il-mezzi soċjali kienu jattakkaw lil Caruana Galizia b'mod regolari, organizzat, skedat u sistematiku. Issa qed jippretendu li dak li għamlu bħal qisu ma sar qatt. Il-qtil kien beda bl-assassinju tal-karattru tagħha. Il-prezz ħallsitu Daphne Caruana Galizia u mhux Joseph Muscat. Intant il-Prim Ministru jibqa' jaħseb li jista' jinsulenta l-intelliġenza tan-nies billi jgħidilhom li l-akbar prezz ħallsu hu. Neħtieġu azzjoni immedjata Pajjiżna jeħtieġ azzjoni immedjata. Fi ħmistax oħra f 'pajjiżna ser ikollna Prim Ministru ġdid. B'urġenza jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jerġgħu jibdew jaħdmu kif suppost billi jipproteġu liċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Gvern jibda jmexxi bi trasparenza, b'ġustizzja, b'onesta, bil-ħaqq u bis-sewwa u b'kontabbiltà, f 'kollox. Pajjiżna jrid isib l-għeruq tal-problema. Dak li żara' Joseph Muscat kabbar frott ħażin ħafna fl- istituzzjonijiet u fis-sistema politika ta' pajjiżna. Dan kollu l-oppożizzjoni diġà għamlitu ċar, anke billi ppubblikat dokumenti bi proposti konkreti dwar x'għandu jsir. Il-Gvern ma jistax ikompli jtellef aktar żmien lil pajjiżna. Ma jistax jibqa' jittratieni billi jkompli jipproteġi lill- kriminali u lill-korrotti. Pajjiżna għatxan għal tmexxija serja. L-effetti negattivi tal-iskandli, tal-abbuż tal-poter u tal-kollass tal-istituzzjonijiet ser jibqgħu magħna fit-tul. Hemm konsegwenzi li ma jistgħu jgħaddu qatt illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 SCOOTER 001 SHARING THE PRESENT, SO WE CAN BUILD A BETTER FUTURE. ONE APP. OVER 450 SHARED VEHICLES. Join the shared mobility revolution with GoTo starting at €0.16* per minute. goto.com.mt/download * Rate per minute for Scooter trips on the GoTo Business Plan. Terms and Conditions apply.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020