Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 Minn Borg Olivier sa Muscat... Il-Prim Ministri ta' Malta mill-1964 Fil-ġurnata li l-pajjiż se jkollu t-tmien Prim Ministru, il- gazzetta ILLUM qed tħares lejn dak li wettqu l-Prim Ministri Maltin mill-Indipendenza 'l hawn YENDRICK CIOFFI Illum il-Partit Laburista għandu Mexxej ġdid li fis-sigħat li ġejjin se jieħu l-ġurament bħala t-tmien Prim Ministru ta' Malta mill- indipendenza 'l hawn. Din hija kariga mill-iżjed prestiġjuża. Żgur mhix ċajta li tkun kap ta' Gvern. F'idejk ikollok it-tmexxija ta' pajjiż sħiħ, żgħir kemm ikun żgħir, kbir kemm ikun kbir. Kull Prim Ministru, jagħmel kemm jagħmel żmien, b'xi mod jew ieħor dejjem iħalli marka fuq il-pajjiż. Kull wieħed ikun irid jibqa' mfakkar fuq xi ħaġa li jkun irnexxielu jikseb matul iż-żmien li jkun dam f 'Kastilja. Iżda dan mhux dejjem ikunu jistgħu jikkontrollawh. Uħud minnhom huma mfakkra jew se jibqgħu mfakkra mhux fuq dak li xtaqu jew li jixtiequ. F'dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM se tħares lejn il-Prim Ministri li mexxew lil Malta mill-1964 'l hawn billi tiġbor fil-qasir dak li wettqu u dak li baqgħu mfakkra dwaru. Ġorġ Borg Olivier. Żgur li m'għandu bżonn ebda introduzzjoni. Għan- Nazzjonalisti kien kważi 'Alla' bħalma kien il-Perit Mintoff għal-Laburisti. Anke jekk l-aħħar snin tiegħu kienu kkaratterizzati minn qasma fil-PN u anke minn kwistjonijiet personali, huwa jibqa' meqjus u mfakkar bħala missier Malta indipendenti. Kien jemmen li Malta tista' tikber ekonomikament u soċjalment bħala stat indipendenti. Introduċa wkoll politika li tħares lejn l-industriji tat-turiżmu u tal- kostruzzjoni bħala essenzjali għat-tkabbir ekonomiku. Borg Olivier serva darbtejn bħala Prim Ministru ta' Malta, l-ewwel bejn l-1950 u l-1955 u mbagħad bejn l-1962 u l-1971. Fl-1939 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u meta Malta reġa' kellha l-Gvern tagħha, sewwasew fl-1947, kien elett fl-Assemblea Leġislattiva u it wara Deputat Kap tal- Oppożizzjoni. Fl-1950 kien il-Ministru għax-Xogħlijiet u r-Rikostruzzjoni u anke Ministru għall- Edukazzjoni fil-Gvern Nazzjonalista ta' Minoranza mmexxi minn Nerik Mizzi. Meta Mizzi miet f 'Diċembru tal-1950, Borg Olivier ħa postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-1951 Borg Olivier ifforma Gvern ta' Koalizzjoni u kien Prim Ministru sakemm tilef fl-1955. Ma hemmx xi ngħidu, f 'dan iż-żmien Borg Olivier tgħallem jisfrutta l-kunflitt bejn il-Partit Laburista u l-Arċisqof Mikiel Gonzi għall-vantaġġ tiegħu. Fl-1962 Borg Olivier rebaħ l-elezzjoni u barra li reġa' sar Prim Ministru żamm il-portafoll ta' Ministru għall-Ippjanar Ekonomiku u l-Finanzi. F'Ġunju tal- istess sena ressaq talba formali għall- Indipendenza. Wara sensiela ta' laqgħat mal-Gvern Ingliż u wara li pprepara Kostituzzjoni għal Malta indipendenti – li kienet approvata mill-Parlament u minn referendum fi Frar tal-1964 – Borg Olivier għażel id-data tal- 21 ta' Settembru bħala Jum l-Indipendenza. Wara l-kisba tal-Indipendenza bil- Monarkija tibqa' tirrappreżenta l-Kap tal- Istat, Borg Olivier reġa' rebaħ elezzjoni ġenerali oħra fl-1966. Iżda fl-elezzjoni ġenerali tal-1971 Mintoff ħa l-poter f 'idejh. Borg Olivier baqa' fit-tmun iżda reġa' tilef elezzjoni oħra u ħafna, fosthom membri tal-Partit Nazzjonalista u partikolarment Deputati, bdew iħarsu lejh bħala kap passiv bla ebda prospett li jerbaħ lil Mintoff. Madankollu kien baqa' jserraħ fuq il-fatt li kien għadu b'saħħtu mal-attivisti Nazzjonalisti. Il-qasma fil-Grupp Parlamentari ħarġet aktar fil-beraħ meta l-Prim Ministru Dom Mintoff ried li jagħmel emendi fil- Kostituzzjoni, fosthom Malta Repubblika. Dawk lealissimi lejn Borg Olivier kienu tal-fehma li din kienet biss mossa biex jitneħħa l-Kap Nazzjonalista. Kien kważi l-Grupp Parlamentari kollu, ħlief ħames deputati, li ma bediex jaqbel ma' Borg Olivier. Dawn kienu lesti jinfurmaw lil Borg Olivier li jekk ma jirreżenjax minn jeddu isibu kap ieħor huma. Dawn id-deputati kienu lesti jaqblu ma' Mintoff dwar ċerti punti li ried jemenda fil-Kostituzzjoni, anke jekk kontra l-Kap tagħhom stess. Ittieħed vot u minn 27 deputat kienu biss ħuh Paul Borg Olivier, neputih Albert Borg Olivier De Puget, Alex Cachia Zammit, Joseph Cassar Galea u Alfred Bonnici li appoġġjawh. Fost dawk li ma vvutawx mal-Kap tal- PN u tal-Oppożizzjoni kien hemm George Hyzler, Ugo Mifsud Bonnici, Ċensu Tabone, Eddie Fenech Adami, George Bonello Dupuis u Anton Tabone, ilkoll deputati li saru Ministri taħt il-Gvernijiet Nazzjonalisti ta' Eddie Fenech Adami. Din kienet l-akbar daqqa ta' ħarta li qatt sofra Borg Olivier. Mintoff rebaħ mill-ġdid fl-1976 u sena wara Eddie Fenech Adami ħa f 'idejh it-tmun tal-PN. Ġorġ Borg Olivier miet fid-29 ta' Ottubru tal-1980. Il-Perit Duminku Mintoff. Minn salvatur għal traditur u mbagħad għat- tgħannieqa ma' Joseph Muscat. Figura kontroversjali. Maħbub minn ħafna daqs kemm ikkritikat minn bosta. Minkejja dan, jibqa' wieħed mill-aktar Prim Ministri popolari Maltin. Meqjus missier Malta ħielsa u soċjalista li ħadem favur il-fqir u l-batut, fosthom bl-introduzzjoni ta' servizzi soċjali bħall-pensjonijiet u ċ-children's allowance u l-edukazzjoni u s-saħħa b'xejn għal kulħadd. Mintoff kien il-Prim Ministru li emenda l-Kostituzzjoni biex minn Monarkija Kostituzzjonali fl-1974 Malta saret Repubblika. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' Dom Mintoff, li kien għamlu mexxej stmat fil-livell internazzjonali, kien illi jiżgura l-paċi u l-istabbiltà fl-Ewropa u fil-Mediterran. Kellu għal qalbu s-sovranità ta' Malta, tant li niżżel ismu fl-istorja tagħna bħala l-Prim Ministru li ġab il-Ħelsien ta' pajjiżna mill-bażi militari Ingliża fl- 1979. Il-kontroversji ma naqsux, b'mod partikolari matul is-snin tmenin meta l-politika ekonomika tiegħu kienet tfisser nuqqas ta' importazzjoni biex kollox jiġi manifatturat f 'Malta u n-nuqqas tal- liberalizzazzjoni tas-suq. Dom Mintoff dam imexxi lill-Partit Laburista mill-1949 sal-1988 u serva darbtejn bħala Prim Ministru bejn l-1955 u l-1958 u mill-ġdid bejn l-1971 u l-1984. Ikkontesta xejn inqas minn tlettax- il elezzjoni bejn l-1947 u l-1998 u dejjem ġie elett. Fl-istess sena li tela' fil- Parlament Mintoff inħatar Deputat Prim Ministru u Ministru għax-Xogħlijiet u r-Rikostruzzjoni – Ministeru importanti fiż-żmien ta' wara l-Gwerra. Il-pożizzjoni ferm b'saħħitha li kellu Mintoff fil-Partit Laburista kif ukoll l-ambizzjonijiet politiċi tiegħu kkaġunaw qasma fil-Partit. Il-Prim Ministru Boffa rriżenja u dlonk waqqaf il-Malta Workers' Party filwaqt li Mintoff biddel il-wiċċ tal-Partit Laburista li beda jissejjaħ il-Malta Labour Party. Fil-ħamsinijiet ir-relazzjoni ta' Mintoff mal-Knisja marret mill-ħażin għall- agħar. Dan wassal għall-interdett u l-MLP tilef l-elezzjonijiet tal-1962 u tal- 1966. Wara dan Mintoff għamel bojkott liċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza fl- 1964. Mintoff irritorna fil-Gvern fl-1971 u mill-ġdid fl-1976. Fl-1981 Dom Mintoff baqa' fil-Gvern minkejja li l-maġġoranza vvotat għall- Partit Nazzjonalista. Dan għax l-MLP xorta eleġġa aktar siġġijiet Parlamentari. Dan kien ħoloq tensjoni politika kbira. Mintoff irriżenja minn Prim Ministru fit-22 ta' Diċembru tal-1984 u ċeda postu lil Karmenu Mifsud Bonnici. Fl-1998 Dom Mintoff żamm postu fil- Parlament bħala backbencher u tellef il- maġġoranza Parlamentari lil Alfred Sant meta vvota kontra l-mozzjoni għall- yacht marina fil-Kottonera. Ġorġ Borg Olivier Duminku Mintoff

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020