Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 Muscat irnexxielu jbiddel lill-Partit La- burista f 'partit liberali li kien lest jiaħ il-bibien beraħ għall-persuni LGBTIQ filwaqt li jikkometti ruħu li jagħtihom dak li kienu ilhom jixtiequ. Muscat kien l-ewwel mexxej politiku f 'Malta li waqqaf fergħa fil-partit (LGBT Labour) biex tirrappreżenta u ssem- ma leħen il-komunità LGBTIQ. B'dawn il-passi, Muscat irnexxielu jiġbed lejn il-Partit Laburista faxxa kbira ta' nies li qatt qabel ma assoċjaw lilhom infushom mal-Partit Laburista, wisq inqas ivvot- tawlu. L-eks Prim Ministru kien konxju ta' dan. Wara li daħħal diversi drittijiet fl-ew- wel leġislatura tiegħu u ra s-swing ta' voti favurih, Muscat iffoka għal darba oħra fuq dan is-settur ta' votanti fl-2017 biex hekk poġġa lil Malta fuq quddiem nett għad-drittijiet għall-persuni LGBTIQ. Biżżejjed insemmu li kien il-Gvern Muscat li daħħal f 'Malta l-unjoni ċivi- li bejn kopji tal-istess sess, id-dritt biex kopji LGBTIQ ikunu jistgħu jaddottaw, emenda l-liġi tal-IVF u daħħal iż-żwieġ għall-persuni tal-istess sess. B'dawn il-bidliet u b'dawn il-liġiji- et, Muscat mhux biss irnexxielu jiaħ lill-Partit Laburista għall-komunità LG- BTIQ iżda anke poġġa lill-Partit Naz- zjonalista kważi kważi dahru mal-ħajt, ma jafx ma' xiex għandu jaqbel u ma' xiex le. Biżżejjed insemmu l-fatt li mal-in- troduzzjoni tal-Unjoni Ċivili, il-Gvern daħħal id-dritt tal-addozzjoni, għax kien jaf li d-Deputati tal-PN ma kinux se jaċċetawha. Ġara li dawn astjenew u Muscat kompla jissaħħaħ. Jimbotta 'l quddiem il- parteċipazzjoni tan-nisa Anke jekk il-Partit Laburista tilef op- portunità li jkun hu li jikteb l-istorja u jkollu mara fit-tmun tiegħu u eventwal- ment tal-pajjiż, kemm kien ilu Joseph Muscat Mexxej Laburista, ta spinta 'l quddiem il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Fi żmien Joseph Muscat twaqqaf il-programm LEAD fi ħdan il-Partit La- burista. Programm li l-għan tiegħu kien li jħejji aktar nisa li riedu jidħlu fil-poli- tika. Fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena li għaddiet, Joseph Mus- cat kien aħar li qed iressaq numru re- kord ta' kandidati nisa. Minn 400 kan- didat, 24% kienu nisa, terz minnhom ġejjin mill-programm LEAD. Ta' min isemmi wkoll li l-Gvern Mus- cat qed jipproponi dak li qed jissejjaħ "Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru," mekkaniżmu li jidħol fis-seħħ awtoma- tikament meta jew l-irġiel jew in-nisa, jiksbu inqas minn 40% tas-siġġijiet Par- lamentari. Mir-realtà preżenti, minn dan il-mek- kaniżmu se jgawdu l-aktar in-nisa, biex hekk ikun hemm rappreżentanza ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-Parlament. Iqaċċat il-kariga ta' Segretarju Ġenerali... Waħda mill-ewwel bidliet li għamel Muscat biex juri li ried ibiddel lill-Par- tit Laburista kien li jneħħi l-kariga ta' Segretarju Ġenerali, it wara li kien elett Mexxej Laburista. Dak iż-żmien, kien jokkupa l-kari- ga Jason Micallef, persuna viċin l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant. Minflok Segretarju Ġenerali, Joseph Muscat introduċa l-irwol ta' Kap Eżeku- ttiv, li għażel hu stess, forsi biex jassig- ura ruħu li jimplimenta l-bidliet li kellu f 'moħħu. Ir-riżultat: Minn partit tellief għall-Partit kważi invinċibbli Il-bidliet imsemmija, anke jekk ma kinux kollox, żgur li kienu parti mir-riċetta li waslu għar-rebħiet kbar li l-Partit Laburista kiseb sa minn sena wara Joseph Muscat ħa f 'idu t-tmun tal-Partit Laburista. Żgur li l-akbar bidla li Joseph Muscat ġab fil-Labour kienet li għamlu partit rebbieħ. Mill-għajta ta' "spiċċa l-Labour ... spiċċa l-Labour" meta l-Partit Nazz- jonalista rebaħ l-elezzjoni tal-2008, Jo- seph Muscat għamel mill-Partit Laburis- ta partit li kważi kważi huwa invinċibbli. Biżżejjed tħares lejn dak li seħħ fl- aħħar xhur. Minkejja t-theżżiża kbi- ra li ħa l-Gvern, skont is-sondaġġi, l-aħħar avvenimenti, it li xejn naqqsu mill-popolarità tal-Partit Laburista. L-ewwel rebħa kbira li għamel Muscat kienet fl-elezzjoni tal-Parlament Ew- ropew tista' tgħid xhur biss wara li sar Mexxej Laburista. Fl-2009, id-distakk bejn il-PL u l-PN kien diġà dak ta' 36,431 vot. Fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 rebaħ b'distakk ta' 35,107 vot fuq il-PN biex sar l-iżgħar Prim Ministru li qatt kellha Malta u minkejja l-allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni, il-Panama u l-famuża Egrant ma naqqas xejn mill-popolarità tiegħu u rebaħ mill-ġdid l-elezzjoni ġen- erali tal-2017 b'distakk ta' 35,280 vot. Minkejja li l-akkużi u l-allegazzjoni- jiet ma naqsux, Joseph Muscat kiseb għall-Partit Laburista rebħa rekord fl- aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ew- ropew li saru s-sena li għaddiet, bid-dis- takk bejn il-PN u l-PL ikun dak ta' 42,656 vot. Mhux ta' b'xejn li l-aħħar ġimgħat ta' Joseph Muscat ma kienu xejn feliċi, la għalih personali u wisq inqas għall- pajjiż, tant li kellu jwarrab, għal-Laburis- ti jibqa' fuq pedestall u l-mexxej il-ġdid irid jaħdem bla waqfien biex forsi xi dar- ba jeħodlu postu. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li Joseph Muscat biddel fil-Partit Laburisa fl- aħħar tnax-il sena... LABOUR

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020