Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2019 • illum Dak li għollihom, li sabbathom u Bħal Duminku Mintoff, Eddie Fenech Adami niżżel ismu bħa- la wieħed mill-aktar persuni in- fluwenti fl-istorja politika tal- pajjiż. Huwa serva bħala Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u mill-ġdid bejn l-1998 u l-2004. L-ewwel snin tiegħu ftit li xejn kienu xejn feliċi. Kien Kap tal-Op- pożizzjoni fi żmien ta' tensjoni politika kbira u ħafna għadhom jiftakru l-attakk li sar fuq id-dar tiegħu f 'Ottubru tal-1979. F'dan il-perjodu l-Partit Nazz- jonalista żied fil-popolarità tiegħu tant li kiseb il-maġġoranza tal-voti fl-elezzjoni tal-1981 għad li xorta ma kisibx il-maġġoranza tas-siġġi- jiet Parlamentari. Il-ħames snin ta' wara ma kienu sbieħ xejn. Matul dik il-leġiżlat- ura diffiċli Fenech Adami mexxa b'suċċess kampanja ta' diżubid- djenza ċivili u bejn l-1981 u l-1983 saħansitra bbojkotja l-Parlament bosta drabi. F'Marzu tal-1983 l-Oppożizzjo- ni Nazzjonalista mmexxija minnu rritornat fil-Parlament biex tnie- di n-negozjati dwar riforma Kos- tituzzjonali li tippermetti li l-par- tit li jirbaħ il-maġġoranza tal-voti ikun jista' jiggverna. Madankollu t-tensjoni politika ma naqsitx. Sal-elezzjoni li kien imiss seħħ l-inċident f 'Tal-Barra- ni fejn Fenech Adami kellu jindi- rizza mass meeting u nqatel ukoll Raymond Caruana fil-każin tal- PN tal-Gudja. Baqa' jissemma d-diskors li kien għamel fil-Parlament meta ddik- kjara li minħaba dak kollu li kien qed jiġri fil-pajjiż il-baġit li kien għadu kif ressaq il-Gvern Laburis- ta kien "irrilevanti". It-tensjoni fil-Parlament skalat qatigħ, tant li għadd ta' Deputati tal-Gvern, fost- hom Wistin Abela u Lorry Sant, kważi ħebbuw għalih. B'maġġoranza ta' 5,000 vot, Ed- die Fenech Adami rebaħ l-elezzjo- ni tal-1987. Fl-ewwel disa' snin bħala Prim Ministru Fenech Adami mexxa perjodu b'saħħtu ta' bidliet kbar li mmodernizzaw lill-pajjiż u wess- għu r-relazzjonijiet internazzjon- ali tiegħu. Il-Gvern immexxi minnu biddel l-infrastruttura tal-pajjiż. Biżżejj- ed insemmu l-bini tal-ajruport il- ġdid, l-impjanti tar-reverse osmo- sis u l-powerstation. Is-suq kien illiberalizzat u ġew ipprivatizzati s-servizzi tat-telekommunikazz- joni kif ukoll dawk bankarji u fi- nanzjarji. Fis-16 ta' Lulju tal-1990 beda perjodu ta' integrazzjoni mal-Un- joni Ewropea bil-għan li Malta ssir membru sħiħ. Meta reġa' sar Prim Ministru- fl-1998 Fenech Adami kompla bl-applikazzjoni biex Malta ssir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea Alfred Sant. Bla dubju ta' xejn huwa l-aktar Prim Ministru żvin- turat mill-indipendenza 'l hawn. Irnexxielu jirbaħ lil Fenech Adami fl-1996, iżda tilef 22 xahar wara. Minkejja li l-Gvern tiegħu wettaq proġetti u investimenti, dan l-av- veniment baqa' jimmarkah. Il-karriera politika tiegħu bdi- et fl-1982 meta nħatar Chairper- son tad-Dipartiment tat-Tagħrif tal-Malta Labour Party – kariga li serva sal-1984 meta kien elett President tal-Malta Labour Party. Fl-1987 kien elett Membru Par- lamentari u fl-1992 sar Mexx- ej tal-Malta Labour Party. Dlonk beda proċess ta' riorganizzazzjoni u mmodernizzar tal-Partit, anke fil- mod kif iwassal il-messaġġ tiegħu. Biżżejjed insemmu l-bini taċ-Ċent- ru Nazzjonali Laburista u t-twaqqif tal-istazzjon Super One. Alfred Sant ġab arja friska fil-Partit Laburista tant li dan rebaħ l-elezzjoni tal-1996 u sar Prim Ministru fit-28 ta' Ottubru. Waħda mill-wegħdi ewlenin ta' Alfred Sant kienet li jneħħi l-VAT li kienet ġiet introdotta fl-1995. Sena wara li sar Prim Ministru daħħal is-CET (Customs and Ex- cise Tax). Nieda wkoll għadd ta' proġetti favur ir-riġenerazzjoni tal-Kottonera. Wieħed minnhom kien il-proġett tal-moll tal-Bir- gu. Dan kien il-proġett li waqqa' l-Gvern Laburista wara li Dumin- ku Mintoff m'aċċettax li l-art pub- blika tingħata lill-privat. Fit-tieni baġit tiegħu l-Gvern ta' Sant ħabbar miżuri li ftit li xejn niżlu tajjeb, fosthom iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kellha tagħmel tajjeb għall-prob- lemi tad-dejn li sab fil-korporazz- joni l-Enemalta. Kien hawnhekk illi Mintoff ta l-ewwel daqqa lil Sant, meta fis- 7 ta' Novembru tal-1997 astjena fuq vot finanzjarju dwar il-baġit. Sant kellu biss maġġoranza ta' siġġu wieħed, tant li kellha tkun l-Ispeaker li salvat lill-Gvern bil- vot tagħha. Fit-18 ta' Novembru Mintoff reġa' għamel l-istess. Sant wieġeb billi talab vot ta' sfiduċja fost id-delegati tal-MLP u rebħu b'99.3%. Iżda Mintoff ma waqafx hemm, tant li f 'diskors qa- wwi fil-Parlament attakka lil Sant, il-Baġit, il-valuri tiegħu u aktar. F'Marzu tal-1998 il-Gvern tilef vot ta' fiduċja mressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni Fenech Adami minħaba li l-Gvern kien iffriża l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Iżda l-moll tal-Birgu kien id- daqqa fatali tal-Gvern Sant. Il- Eddie Fenech Adami Alfred Sant Karmenu Mifsud Bonnici Karmenu Mifsud Bonnici aktarx huwa l-inqas Prim Ministru popolari li kellha Malta. Sar Prim Ministru fl-1984 meta rreżenja Duminku Mintoff u għamel biss tliet snin fil-kariga għax tilef l-elez- zjoni tal-1987. Kien Mintoff stess li f 'Mejju tal-1980 ippropona li Mifsud Bonnici jsir Deputat Prim Ministru re- sponsabbli mill-Affarijiet tal-Partit. Mifsud Bonnici kien responsabbli mill-kampanja elettorali tal-MLP tal-1981. Fil-15 ta' Ottubru tal-1982 Mintoff ressaq mozz- joni quddiem il-Konferenza Ġenerali li ddikjarat illi Karmenu Mifsud Bonnici kellu jkun is-suċċessur ta' Mintoff bħala Mexxej Laburista. Ġiet approvata. Huwa serva wkoll bħala Ministru għax-Xogħol u s-Servizzi Soċjali u anke bħala Ministru għall-Edu- kazzjoni, fejn kien ħa sehem attiv fil-kwistjoni li qa- met bejn il-Gvern u l-Knisja dwar l-introduzzjoni tar-riforma għall-edukazzjoni b'xejn għal kulħadd. Mifsud Bonnici sar Prim Ministru fit-22 ta' Diċembru tal-1984 fl-istess ġurnata li rriżenja Mintoff, fi żmien xejn feliċi għall-pajjiż (ara l-infor- mazzjoni dwar Eddie Fenech Adami). Ħafna jqisuh sempliċiment bħala kontinwazzjoni ta' Mintoff. Fil- fatt Mifsud Bonnici kien saħansitra żamm l-istess Kabinett. Kien fi żmien Karmenu Mifsud Bonnici li saru r-riformi Kostituzzjonali meħtieġa biex il-partit li jirbaħ il-maġġoranza tal-voti jkollu l-maġġoranza tas-siġġijiet parlamentari biex jiggverna. Meta kien Prim Ministru kien seħħ il-hijack ta' ajruplan tal-Egypt Air li kien niżel Malta fit-23 ta' Novembru tal-1985 bil-għan li jingħata l-uwil u jkompli bi triqtu. L-awtoritajiet Maltin kienu les- ti jagħtu l-uwil basta jinħelsu l-passiġġieri. Intant il-pirati tal-ajru bdew joqtlu passiġġier kull kwarta biex l-awtoritajiet Maltin jagħtuhom dak li riedu. F'dan il-ħin kien wasal Malta ajruplan bi skwad- ra speċjali ta' commandos Eġizzjani. 24 siegħa wara l-ħtif il-commandos Eġizzjani splodew bomba fl-ajruplan mingħajr ma ddiskutew dan mal-awtor- itajiet Maltin. Fi it sekondi s-sitwazzjoni marret mill-ħażin għall-agħar, tant li nqatlu 60 ruħ fosthom irġiel, tfal u nisa li tnejn minnhom kienu tqal. Wara dan il-każ Mifsud Bonnici sejjaħ laqgħa tal-kabinett u informa lill-Gvern li kien lest jirriżen- ja, iżda kienu kkonvinċewh biex jibqa'. Meta tilef l-elezzjoni baqa' Kap tal-Oppożizzjoni sal-1992, sakemm ġie elett Alfred Sant. Baqa' attiv fix-xena politika fis-snin ta' wara u flimkien ma' Dom Mintoff kien parteċipi fl-għaqda Front Maltin Inqumu li kkampanjat kontra s-sħubi- ja sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020