Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
14 Letteratura IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum Il-kuraġġ li taqta' jiesek Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Reċensjoni "Kien l-aqwa żmien u kien l-agħar żmien..." Hekk jiaħ ir-rumanz storiku Ġrajja ta' Żewġt Ibliet ta' Charles Dickens – uħ illi rridu jew ma rridux – l-iżjed illum fi żmienna, ma jistax ma jfakkarniex fi klixè utopika li tul dawn l-aħħar snin ittenniet adnauseum bħala slogan politiku mill-mezzi kollha tax-xandir tal-Gvern tal-ġurnata. Xi wħud, minkejja kollox, emmnuha bis-sħiħ. Xi talin xi it inqas. Imbagħad hemm oħrajn li saħansitra jħossu l-ħtieġa li jmeruha, u dan b'ċertu sens ta' qtigħ il-jies. Fost dawn insibu lill-kittieb Immanuel Mifsud li minnha għajnu għokritu daqstant li dlonk ħass il-ħtieġa "immedjata" li jistampaha – bħala titlu – fuq l-aħħar ħarġa ta' novelli tiegħu. It-tmaħħiħ tal-ħassieba u tal- kittieba fuq il-possibbiltà tal- aqwa żmien – u għaldaqstant fuq is-soċjetajiet perfetti – mhix xi ossessjoni ġdida. Biss biss fil- Punent ilha magħna tal-inqas minn żmien il-Greċja tal-Qedem. Maż-żmien din il-viżjoni ħadet diversi forom: fid-dimensjoni politika aktarx fil-biċċa l-kbira din laħqet il-milja tagħha fl-ideoloġiji Hegeljani u Marksisti, f 'dik reliġjuża fl-eskatoloġiji ta' diversi djien Kristjani. Minkejja l-bosta diverġenzi kbar li jbejnuhom dawn ilkoll isostnu li fl-iżvilupp soċjokuturali tal-ispeċi hemm, żgur mhux forsi, xi mkien fil-ġejjieni, punt tal-waqfa definittiv u aħħari – il- quċċata assoluta tal-evoluzzjoni tal-umanità kollha. Din il- progressjoni lineari timplika mhux biss il-ħolqien tant mixtieq u mistenni tal-aħħar u tal-aqwa għamla ta' gvern immaġinabbli iżda wkoll, allura, it-tiswir tal- aqwa dinja fost dawk kollha possibbli. Għaldaqstant din in- narrattiva utopika tħaddan fiha wkoll, sintendi, it-tmiem tal- istorja. Immanuel Mifsud jixħet dubju fuq l-Aqwa Żmien Intant kienu bosta l-ħassieba li tul is-snin widdbuna, min b'mod u min b'ieħor, biex noqogħdu b'sebgħa għajnejn minn dawn it-tendenzi fil-ħsieb. Ibda biex wieħed mill-iżjed movimenti dominanti fil-filosofija kontinentali tas-seklu li għadda – voldieri l-Postmoderniżmu – issejjes sewwasew fuq in- nuqqas ta' twemmin f 'dawn il- metanarrattivi totalizzanti. Bħala kittieb tas-seklu wieħed u għoxrin Immanuel Mifsud minn dejjem wera ruħu konxju minn dan. Komplejt insaħħaħ din l-impressjoni m'ilux meta smajtu jitħaddet f 'intervista dwar il-ġabra L-Aqwa Żmien mal-ġurnalista Monique Agius. Dakinhar bħal donnu ta x'jiem li diparti tiegħu jemmen illi dal-imbierek punt aħħari – jiġifieri l-aqwa żmien – fis-sew ma jista' jseħħ qatt u qatt. Ma daħalx wisq fi kwistjonijiet purament teoretiċi, iżda deherli li s-sugu ta' twemminu f 'dar- rigward kien proprju dan. Irrimarka wkoll, għaldaqstant, li l-politiċi li jinqdew bi slogan bħal dan ikunu qed juru, qabelxejn, nuqqas ta' formazzjoni ideoloġika. Mhux biss: ikunu qed juru saħansitra wkoll – u did-darba fuq livell ferm iżjed konkret – nuqqas ta' sensittività għat-tbatija personali tan-nies. Madankollu Mifsud donnu pprefera jiskarta l-battibekki tal-filosofi tal-istorja u minflok qata' kollox fil-qasir billi ffissa kriterju strett għall-aħħar, anzi irraġonevoli: kemm-il darba fis-soċjetà jkun hemm imqar persuna waħda li qiegħda ġġarrab xi għamla ta' tbatija – iżjed u iżjed jekk din tkun materjali – ebda gvern ma jista' jistqarr illi jkun tabilħaqq wassal lill-poplu tiegħu għall-aqwa żmien. Bi stqarrijiet u b'narrattivi bħal dawn, almenu skont il-fehim tiegħi, Mifsud mhux biss igiddeb il-fattibbiltà tal-iżmi universali kollha ta' darna iżda jibqa' jibqa' sa ma jxejjen ukoll – u dan b'ċerta "rabja" – il-kredibbiltà ta' kwalunkwe metanarrattiva lokali, tiġi mnejn tiġi. Għax ngħiduha kif inhi: kif nistgħu naslu f 'punt fejn, imqar fl-iċken komunità, ma jkun hemm qatt ebda ħjiel ta' xi tbatija? Din il-logħba impossibbli. ...iżda ilu jilgħab dil-karta Immanuel Mifsud ilu jilgħab dil-karta – bħal donnu biex jixħet il-ġolli – tul kważi tletin sena sħaħ, sewwasew sa mill- ewwel ġabra ta' novelli tiegħu Stejjer ta' Nies Koroh. Forsi wieħed jista' jinterpreta l-ġabra L-Aqwa Żmien – l-iżjed meta jqis l-isfond tat-ton trijunfanti li ħakem bla hedu d-diskorsi politiċi f 'pajjiżna għajr f 'dawn l-aħħar ġimgħat – bħala sensiela oħra ta' stejjer li ma kellhomx jinkitbu: familji b'ġenitur wieħed li għax ma jifilħux iħallsu l-kera jisfgħu jgħixu f 'karozza jew f 'garaxx. Nisa li jħallsuha b'xogħlijiet skabrużi għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor. Tfal intimidati fl-iskejjel għax mhumiex bħall-bqija. Adoloxxenti mħassbin bid-dehra tagħhom. Żgħażagħ imkexkxa mill-midja soċjali. Adulti imbevuti b'sentimenti razzisti. Immigranti ttrattati bħal donnhom biċċiet tal-art, saħansitra maqtula kiesaħ u biered, hekk għall-gost, fis- satra tal-lejl. Vittmi ta' attakki terroristiċi insensati. Nies stmati ta' oġġetti. Impjegati talment imxabba' b'xogħolhom li ma jsibu rpar imkien ħlief fl-għira, fil-paranojji u fl-illużjonijiet ta' dinjiet irreali, bħal-logħob virtwali u l-pornografija. Nies li ma jistgħux iġerrgħu l-firda mill-persuni li b'xi mod iridu jħobbu, tizji oħrajn imtertqa minn kumplessi u inċertezzi sesswali – il-famużi maħbubin midruba. Awtoritajiet insidjużi u nemmiesa. Talin ansjużi mifnijin b'bosta biżgħat u irrazzjonali, saħansitra b'diżordnijiet agrofobiċi. U intant mhemmx li l-allat u l-qaddisin jaqilgħulna xi grazzja. Il-moviment tal-Aqwa Żmien ħati wkoll Dana kollu jiżvolġi, kif ikkummentat l-attivista Dr Claire Bonello, "fl-isfond tax- xampanja u l-ġid tas-soċjetà super surplus." F'dan ir-rigward