Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
L-esperjenza riċenti ta' pajjiżna tixhed biżżejjed li kap politiku ma għandu jħalli lil ħadd jiddominah u jinfluwenzah fid-deċiżjonijiet u fil- linja politika li jagħżel Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth 20 opinjoni Attenti minn dawk ta' madwarkom Dun Anġ Seychell M a nafx kif, l-għażla ta' mexxej ġdid u prim ministru ġdid min-naħa tal-Partit Laburista fak- kritni fil-messaġġ ta' Padre Lombardi, il-Ġiżwita famuż li kellu udjenza enor- mi kull fejn kien imur jitkellem, anke meta ġie hawn Malta. Patri Lombardi kien jipproponi messaġġ uniku. Kien jgħid dejjem li wara t-Tieni Gwerra Dinjija hemm bżonn un mondo nuovo (jeħtieġ isseħħ dinja ġdida). Ħafna stħajluh t-tromba tal-Ispirtu s-Santu. Jiena għadni ngħożż il-kotba tiegħu, fosthom Per Un Mondo Nuovo, Per Un Postconcilio Efficace, kif ukoll Esercitazioni Per Un Mondo Migliore. Fl-isem tal-kotba tiegħu kienet innotata bidla li tfisser ħafna: ma baqax jitkellem fuq dinja ġdida iżda fuq dinja aħjar! Meta l-isqfijiet talbuh irtir Fl-okkażjoni tal-elezzjoni fi ħdan il-Partit Laburista l-iżjed li ftakart kien fil-ktieb Per Un Postconcilio Efficace. Dal-ktieb jikkonsisti fil-ħsibijiet ta' Padre Lombardi meta ntalab mill- isqfijiet, li ħadu sehem fil-Konċilju Vatikan it-Tieni, li jagħtihom irtir biex jorjentahom dwar l-aħjar triq li biha jaslu ħalli dak li rriflettew fuqu fis- snin tal-Koncilju jqegħduh fil-prattika fid-djoċesijiet tagħhom. Fl-irtir tiegħu, Patri Lombardi tkellem kif għandhom isaħħu l-komunità Nisranija, ir-rabta li hemm bejn il-komunità Nisranija u l-Konċilju, xi tfisser komunità Nisranija, kif tiġġedded il-komunità Nisranija, il-komunità parrokkjali, il-komunità sopra parrokkjali, x'inhu meħtieġ biex isseħħ Postkonċilju tassew, it-tiġdid tal-isqof, l-appostli tal-Postkon ċilju u fl-aħħar nett il- fraternità universali. Id-djalogu Bħala linja kontinwa Patri Lombardi ppropona d-djalogu: djalogu bejn l-isqfijiet, djalogu mas-saċerdoti, djalogu mal-lajċi, djalogu ma' kulħadd għax ċertament hemm dejjem x'wieħed jitgħallem, u kull tagħlim huwa raġġ t'Alla. Kull verità hija raġġ t'Alla . Lombardi jsemmi ż-żewġ karattri fundamentali li għandhom jagħmlu parti mir-riforma episkopali: kuntatt profond ma' Alla kif ukoll prudenza għax id-djalogu ma' Alla jwassal biex wieħed jikkonsulta lill-oħrajn. B'dawn iż-żewġ noti l-isqof isir bniedem sod. "Kien Alla li għażilkom biex tkunu mexxejja tal-poplu Nisrani; għalhekk tridu tkunu l-qawwa tad-dgħajfa, dawk li ma għandhomx għalfejn jibżgħu. Anke bħala korp episkopali, bis-saħħa tal-kolleġġjalità li tissemma tant fit- teoloġija konċiljari. Taħt il-Papa intom il-ġenerali tal- Knisja, intom it-Tnax li tissoktaw matul is-sekli". Twissija serja U Lombardi jagħmel twissija li tgħodd għal kull organizazzjoni tal- bnedmin. Iwissi biex il-kapijiet, kemm fil- knisja kif ukoll fil-ħajja politika u soċjali, għandhom joqogħdu attenti minn dawk li jkollhom madwarhom. Għax dawk ta' madwarhom mhux kollha juruhom il-verità kollha ta' dak li jagħmlu u jaħsbu n-nies li jifformaw il-poplu. Hemm nies madwarhom li jgħidulhom biss dak li jdoqq sabiħ għal widnejn il-mexxejja. Il-mexxejja kemm fil-Knisja kif ukoll fis-soċjetà ċivili għandhom bżonn isiru jafu x'inhuma jgħidu, x'inhuma jħossu d-diversi kategoriji tal-poplu. Joqogħdu attenti minn dawk ta' madwarhom li jridu jingħoġbu, li jridu javvanzaw fil-pożizzjoni u fis-salarju. Il-għira huwa vizzju li jista' jinbet kullimkien, anke fl-ogħla livelli. Prim Ministru, kap ta' partit huwa msejjaħ biex ikun sod, li jkun mogħni b'dawk il-kwalitajiet li bihom jitlob minn dawk ta' madwaru l-verità anke meta din tkun qarsa u morra, anke tfisser li min imexxi jkun hemm bżonn jibdel il-linja li jkun qed jieħu. Mhix ċajta tkun Prim Ministru, mhix ċajta tkun kap ta' partit. Għalhekk irid jiddawwar minn nies li jkunu leali lejh u lejn il-poplu, li jkunu nies li jisimgħu d-diversi lħna, li jkollhom il-kuraġġ juru kif jaħsbuha. L-esperjenza reċenti ta' pajjiżna tixhed biżżejjed li kap politiku ma għandu jħalli lil ħadd jiddominah u jinfluwenzah fid-deċiżjonijiet u fil- linja politika li jagħżel. Il-ġid komuni jitlob li mexxej għandu joqgħod qrib min hu ċkejken għax b'hekk biss ikun jaf x'inhu jherri l-fibra tan-nazzjon. IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 • illum