Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Nhar is-6 ta' April, fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija, żewġ suldati żgħażagħ Brittanici li kienu jistrieħu f 'għalqa fi Franza ta' Fuq, jiġi fuqhom il-kaptan għax il-kmandant ried ikellimhom urġenti. Hawn il-kamera, b'mod eżileranti, teħodna f 'mixja mgħaġġla matul it-trinek umdużi, mimlija tajn sal- kamp tal-kmandant. Dan hu l-bidu superb tal-film 1917, xogħol eċċellenti fejn id-direttur tal- fotografija, Roger Deakens, b'manjiera eċċellenti jħaddem il-kamera li tħuf mhux biss madwar it-trinek iżda anki madwar bini ta' post imġarraf u fi djar mudlama aktarx battala u nofshom imwaqqa'. Lance Corporal William Schofield (MacKay) u Lance Corporal Tom Blake (Chapman) jintgħażlu biex iwasslu messaġġ ta' importanza kbira, bil-ħin jagħfas fuqhom, f 'terran perikuluż mimli suldati tal-għadu lill-kmandant Brittaniku li jista' jsalva l-ħajja ta' 1600 suldat li kienu deħlin f 'nassa. Il-kapaċità tad-direttur Sam Mendes hija li f 'dan il-film epiku, b'atmosfera sikwit ta' bruda, idaħħal lill-udjenzi fid- diversi perikli li ż-żewġ kapurali jiltaqgħu magħhom matul il-missjoni impossibbli mgħotija lilhom. Il-kamera kontinwament tiffoka fuq dawn iż-żewġ eroj, li mhumiex daqshekk ħerqana, waqt il-vjaġġ skabruż u diffiċli tagħhom. L-avvenimenti li nsegwu ġraw realment kif kien irrakkontahom in-nannu tad-direttur u xi xhieda oħrajn li servew f 'din il-Gwerra Kbira. Il-mużika evokattiva ta' omas Newman kważi ma taqta' xejn, tkompli tinvolvik fl-andament, simili għal dik ta' Dunkirk (2017). 1917 hu xogħol li jsaħħrek, eżileranti mill-bidu sal-aħħar (bħal '71 (2014) dwar l-inkwiet fl-Irlanda ta' Fuq), mimli azzjoni u interpretazzjonijiet impekkabbli. Din il-produzzjoni għandha l-ambizzjoni li għad issir film klassiku biċ- ċans ukoll li jkun stmat fil-livell ta' xogħol kult. Titilfuhx! 23 films illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2020 1917 Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: George MacKay; Dean-Charles Chapman; Mark Strong; Andrew Scott; Richard Madden; Colin Firth; Benedict Cumberbatch. Direttur: Sam Mendes. Maħruġ minn KRS releasing. Tul: 110 min. Ċert.15 ORDINARY LOVE Atturi Ewlenin: Lesley Manville; Liam Neeson; David Wilmot; Amin Shah. Diretturi: Lisa Barros D'Sa u Glenn Leyburn. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 92 min. Ċert. 12A Kull tant żmien joħroġ xi film romantiku/melodrammatiku bi storja sempliċi, iżda b'atmosfera kkargata li jsammrek mas-siġġu attent x'se jiġri u tassew tħossok sodisfatt tara quddiemek atturi bravi tant naturali u kredibbli qishom qed jgħixu ħajja reali. L-istorja ta' Ordinary Love mhijiex xi waħda pjaċevoli jew attraenti, imma ta' mard serju, impenn qawwi u dedikazzjoni assoluta fiċ-ċirkostanzi li koppja ssib ruħha fihom. Joan (Manville) u Tom (Neeson) ilhom miżżewġin għal bosta snin. Wara dan iż-żmien kollu, xorta għadhom ġenwinament jinħabbu, iddedikati għal xulxin, dejjem jaqsmu ħinhom flimkien b'diversi affarijiet normali bħal xi passiġġata fit-tul, jieklu barra mid-dar, jattendu avvenimenti soċjali jew kulturali u anki sikwit jirraġunaw ma' xulxin fis- salott b'ammirazzjoni reċiproka, imħabba tenera u b'umoriżmu intiż. Din l-eżistenza ideali titfarrak meta Joan waqt li qiegħda tinħasel tħoss xi ħaġa iebsa f 'sidirha. It- testijiet jirriżultaw li għandha kanċer. Il-qofol tar-relazzjoni tagħhom waqt il- proċess iebes u skabruż li trid tgħaddi minnu Joan verament se jesibixxi kemm id-devozzjoni sinċiera u amikevoli għal xulxin se twassal fit-tul. Ordinary Love hu totalment iddominat minn dawn iż- żewġ atturi li kontinwament jidhru fuq il- liżar, bi it waqtiet mhux flimkien. Lesley Manville, verament kuraġġuża ma qatgħetx qalbha taħdem din il-parti diffiċli u li bosta oħrajn żgur li jirriutawha. Min-naħa l-oħra, sottomess u fidil għall-aħħar, Liam Neeson ukoll jibbrilla b'dan l-irwol li mhux is-soltu nikkonsidrawh bih. Wara li kont ammirajt ħafna lil din l-attriċi f 'Another Year (2010), din id-darba naħseb li ssuperat lilha nnifisha bil-bosta u ħaqqha tkun onorata b'xi unuri. Minkejja t-trawma li tgħaddi minnha, hi kważi dejjem tidher allegra u bi tbissima, waqt li żewġha jagħti l-impressjoni li hu ttorturat minn ġewwa u li ma jistax jgħaddi mingħajrha. Film mill- aktar kommoventi u emozzjonanti u, ħaġa tal-iskantament, kważi nieqes minn kull ħjiel ta' sentimentaliżmu! Films ġodda fis-swali taċ-ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020