Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
25 sport 'Ma kontx qed nistenna li nirbaħ żewġ kompetizzjonijiet fi spazju ta' erba' xhur' illum • IL-ĦADD 12 ta' Jannar 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kimberley Borg - bodybuilder ewlenija f 'pajjiżna li tispeċjalizza fil-kategorija tal-'Bikini Fitness'. Fl-aħħar erba' xhur rebħet żewġ kompetizzjonijiet importanti u prestiġjużi. Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor? Għażiltu għax jogħġobni sport individwali u nieħu pjaċir nitħarreġ u nara ġismi jinbidel - għalija hu ta' sodisfazzjon kbir. X'tikkummenta fuq il- kompetizzjonijiet tal-IFBB li rbaħt riċentement? Kont qed tistenna li tirbaħhom? Din kienet l-ewwel sena li bdejt nikkompeti u kont ilni nixtieq li nagħmilha imma bis-saħħa tal-għarus tiegħi, Gianni Grima, għamilt kuraġġ għax għamilha miegħi wkoll. Ma kontx qed nistenna li nirbaħ għax ridt nagħmilha bħala esperjenza l-ewwel u rnexxieli nirbaħ kemm f 'April kif ukoll f 'Awwissu. Kif ippreparajt għal dawn il- kompetizzjonijiet? Ippreparajt għal din il- kompetizzjoni billi bdejt nitħarreġ kuljum b'dieta stretta mmexxija mill-kowċ tiegħi Eric Schembri li nixtieq nirringrazjah minn qalbi. Dan għax hu emmen fija mill-ewwel ġurnata u kelli nbiddel ħafna l-istil ta' ħajja tiegħi u nżomm moħħi ffukat fuq il- kompetizzjoni biss. Nirringrazzja wkoll lill-posing coach tiegħi Chantal Graziani li mexxietni fil- posing għax ma kellix idea tiegħu! Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Għalija hi idea żbaljata li dan l-isport jabbinawh mal-irġiel biss. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightliing u l-powerliing? It-taħriġ huwa totalment differenti bejn wieħed u ieħor u anke d-dieta. Il-bodybuilding jirrikjedi li tkabbar il-muskolu u tnaqqas il-fat mentri l-powerliing u l-weightliing jirrikjedu aktar saħħa. Il-bodybuilding mhux kompetizzjoni u tiġi ġġudikat fuq kemm tkun simetriku, definizzjoni tal-muskoli u l-pożi. Il-Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id- dinja? Iva. Kompetizzjonijiet ikun hemm diversi - ġieli aktar minn waħda f 'ġimgħa. Issibu għajnuna minn SportMalta u mill-Kumitat Olimpiku Malti? Jien bħala atleta ma nieħu xejn direttament minn dawn l-Għaqdiet. Biss meta nirbaħ, ikolli kollox imħallas biex nikkompeti internazzjonalment, grazzi għal IFBB Malta. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Bħal kull sport ieħor, dan l-isport mhux b'inqas rigward spejjeż. L-aktar li nonfoq flus huwa fl-ikel għax inkunu rridu nieklu laħmijiet, tiġieġ u ħut. Spejjeż oħra għall-kompetizzjoni huma bikinis, tanning, spejjeż ta' reġistrazzjoni, tal-ivjaġġar u akkomodazzjoni. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id- dieta tiegħek? Bħala dieta, inqassamha fi tnejn. Ikolli l-bulk u l-cut li huma simili bħala ikel. Id-differenza hija fl-ammonti. Fil-bulk ikolli aktar kaloriji u fil-cut jiġifieri meta nkun qiegħda noqrob għall- kompetizzjoni jkolli inqas ikel. Dawn il-kaloriji naqsamhom f 'sitt ikliet u kull ikla jkun fiha proteini, karboidrati u fats. X'sagrifiċċji u impenn partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Nuqqas ta' ħruġ, qtugħ ta' alkoħol, li rrid nipprepara ikel kuljum u rrid noqgħod inqassmu. Ma nistax niekol minn barra f 'dawk ix-xhur u nqum kmieni għat-taħriġ minħabba x-xogħol u dejjem nara kif se nqassam il-ħin għat-taħriġ, xogħol u ikel. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal- bodybuilding importanti? Nipprova nżomm kalma u mmotivata. Id-diski jgħinuni, iżda kemm-il darba nispiċċa nibki għax inkun eċitata! Il-bodybuilding kif jgħin lill- atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Jgħinni billi nneħħi n-nervi u l-istress u tħossok aktar b'saħħtek. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Fuqiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Ikollok il-membri tal-ġurija quddiemek li jagħtu l-punti fuq il-pakkett li tkun qed tippreżenta fuq il-palk li jikkonsisti mis- simetrija tal-ġisem u kemm ikollok fat u kunfidenza fuq il- palk u l-apperenza inġenerali skont il-kategorija li tikkompeti fiha. Naf ukoll li qabel il- kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Dik il-ġurnata qabel nitilgħu fuq il-palk innaqqsu l-ammont tal-ilma imma ikel le anzi ngħollu l-kaloriji (ngħidulha 'carb up'), biex il-muskolu jimtela u nidhru aktar mimlija fuq il-palk. Dan mhux dejjem ikun l-istess skont kif tkun il- kundizzjoni ta' ġismi. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Qatt mhu biżżejjed. Aktar ma jkun hemm aktar aħjar għax b'hekk ikollna kompetizzjoni isbaħ u livell aktar għoli.