Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622
27 sport 'Meta tagħmel xi ħaġa minn qalbek u b'dedikazzjoni, dejjem issib ruħek fejn tixtieq' illum • IL-ĦADD 12 ta' Jannar 2020 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il- futbol bdiet minn meta kont żgħir. Kont dejjem niġri l-grawnd u nara l- futbol ma' missieri, Winston Muscat. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun s'issa bħala Tarxien Rainbows? Naħseb li ser ikun kampjonat diffiċli imma mhux impossibli biex nilħqu t-tragwardi tagħna. Baqa' ħafna logħob u kollox għad jista' jiġri. Nibqgħu naħdmu biex niġbru kemm jista' jkun punti. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Le ma naqbilx. Nemmen li kampjonat bi 12 Jew 10 timijiet ikun iktar kompetittiv. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva naqbel. Nemmen li mhux f 'Malta biss imma ovvjament it-timijiet ta' fuq huma iktar b' saħħithom finanzjarjament minħabba li jikkompetu fuq livell Ewropej u forsi t-timijiet iż-żgħar isibuha diffiċli biex jikkompetu. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx għas-sempliċi raġuni li hawn Malta ċerti barranin li qed jiġu hawnhekk mhumiex ta' livell aħjar mill- Maltin. Il-barrani huwa dejjem iktar stmat mill-Malti anke jekk il- Malti jkun ta' livell aħjar mill- barrani. Għalkemm lgħabt ukoll ma' barranin ta' ċertu livell li għamlu differenza fit-timijiet fejn kont nilgħab. Naħseb li mil-lat amministrattiv qed ikunu ta' piż kbir għall-klabbs mill- aspett finanzjarju. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Iva naqbel, hawn plejers barranin ta' livell tajjeb ħafna wkoll imma nemmen li jekk jingħataw iktar ċans plejers żgħażagħ Maltin kapaċi jkunu ferm aħjar mill-barranin li jiġu. Qed jingħalqu l-bibien għal żgħażagħ li jippromettu u mhux ikun hemm biżżejjed logħob biex dawn jiżviluppaw. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Il-grawnds huma tajbin imma nemmen li l-Kampjonat Premier għandu jintlagħab fuq art b'ħaxix naturali biex jogħla l-livell. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Nemmen li kienu tajbin s'issa f 'ħafna mil-logħob. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji huma kbar. Biex plejer imur għax-xogħol u wara jibqa' sejjer għat-taħriġ mhux faċli u lanqas li ta' kuljum tkun b'saħħtek biex titħarreġ. Nemmen li l-plejers Maltin jaqilgħu ħafna tgħajjir iżda l-familjari u n-nies qrib tal-plejers Maltin jafu bis- sagrifiċċji li nagħmlu. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli imma la tkun tħobb il-futbol jirnexxilek. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali? Ovvjament, nixtieq għaliex lgħabt f 'kull kategorja mat- timijiet nazzjonali sal-Under 21 u żgur li m'hawnx sodisfazzjon ikbar milli tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti u jirnexxilek tikseb riżultat pożittiv. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nixtieq li nibqa' nilgħab fil- Kampjonat Premier u forsi xi darba nkun ma' tim li jirbaħ il- kampjonat. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ngħidilhom biex jagħmlu dak li jagħmilhom kuntenti għax meta tagħmel xi ħaġa minn qalbek u b'dedikazzjoni, dejjem issib ruħek fejn tixtieq. Brandon Muscat - talent żagħżugħ ta' Tarxien Rainbows b'futur mill- isbaħ fl-isport li tant iħobb - il-futbol Il-barrani huwa dejjem iktar stmat mill- Malti anke jekk il-Malti jkun ta' livell aħjar mill-barrani