Illum previous editions

ILLUM 12 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1199622

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2019 li ħallew warajhom wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet iffriżata minn Alfred Sant fi żmien li għamel Prim Ministru. Reġa' sar Prim Ministru fl-2003, ftit ġimgħat biss wara li rebaħ ir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fis-16 ta' April tal-2003, ftit jiem biss wara l-elezzjoni ġenerali, Fenech Adami ffirma t-Trattat tas-Sħubi- ja ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta, flimkien ma' disa' pajjiżi oħra, fl-1 ta' Mejju tal- 2004 saret membru sħiħ tal-Unjo- ni Ewropea Bla dubju, din tibqa' l-akbar kisba li Fenech Adami jibqa' mfakkar għaliha. Kien iffaċċjat ukoll b'diversi kontroversji. Forsi l-aktar waħda li tibqa' tissemma tibqa' l-maħfra presidenzjali li kien irrakkoman- da għal Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi. Fenech Adami kien irrakko- manda din il-maħfra lil Fenech li kien ix-xhud ewlieni fil-każ tal-attentat tal-qtil tal-assistent personali tiegħu Richard Cachia Caruana. Fl-età ta' 70, Eddie Fenech Ad- ami rriżenja minn Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fit-23 ta' Marzu tal-2004 rriżenja wkoll minn Prim Ministru u minn Deputat Parlamentari. Serva wkoll bħala President ta' Malta. Gvern ressaq mozzjoni li per- mezz tagħha kien ser jagħti b'ċens il-mollijiet, il-bini u d-dritt tal- irmiġġ fil-Birgu lill-Kottonera Ltd. Dom Mintoff kien oġġezzjona bil-kbir għall-mod kif sar il-kun- tratt u vvota kontra l-mozzjoni u għaldaqstant dan kien vot ieħor kontra l-Gvern. Sant tilef il-paċenzja u l-għa- da niżel il-Birgu għal konferen- za li spiċċat f 'mass meeting fejn fil-qalb ta' Bormla, belt twelid Mintoff u l-belt li kważi kważi ta- durah, talbu jirriżenja. Fl-14 ta' Ġunju tal-1998, Sant rabat l-istess mozzjoni ma' vot ta' fiduċja. Is-sitwazzjoni kompliet tiggra- va u Sant sejjaħ elezzjoni ġenerali wara biss 22 xahar fil-Gvern u til- ifha bi 12,800 vot. Sant qatt ma reġa' kien elett Prim Ministru wara l-1996. Kom- pla jikkampanja kontra s-sħubi- ja ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u tilef ir-referendum tal-2003, minkejja li ħareġ jiddikjara li re- baħ il-Partnership. Tilef ukoll l-elezzjoni tal-2002. Ried jirriżenja iżda saritlu press- joni biex jibqa' sakemm tilef mill- ġdid l-elezzjoni tal-2008 b'mad- war 1,500 vot. Lawrence Gonzi serva bħala Prim Min- istru ta' Malta bejn l-2004 u l-2013. Lawrence Gonzi, anke jekk bi żbrixx, rebaħ elezzjoni waħda bħala Kap tal-Par- tit Nazzjonalista, jiġifieri dik tal-2008, iżda tilef kontra Joseph Muscat b'distakk rekord ta' 36,000 vot. Huwa jibqa' mfakkar għal diversi af- farijiet, uħud sbieħ u oħrajn inqas. Gonzi daħħal lil Malta fiż-żona ewro u mexxa tajjeb lill-pajjiż fi żmien ta' kriżi ekonomika dinjija li rat ekonomiji b'saħħithom jinstabbtu u oħrajn jitqa- nżħu biex iżommu miexja. Huwa kien Prim Ministru wkoll fi żmien il-kriżi fil-Libja li rat it-tmiem tal-Kurunell Muammar Ghaddafi. Kien ipproteġa żewġ piloti li ħarbu lejn Malta bl-arjuplani militari wara li kellhom ordni biex imorru jattakkaw ir-ribelli. Fi żmienu, Malta offriet ukoll għajnuna umanitarja u assistenza medika lil-Libja. Gvern immexxi minnu kien ħadem ukoll biex itejjeb il-kompetittività ta' Malta fis-suq internazzjonali u ħadem biex Malta tattira setturi ġodda bħall-far- maċewtika u tal-IT waqt li ħadem biex jissaħħaħ is-settur pubbliku. Iżda mhux kollox kien ward u żahar. L-aħħar snin ta' Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru ma kinux sbieħ. Biżżejjed insemmu l-prezzijiet tad- dawl u l-ilma li dwarhom kien kontin- wament ikkritikat, l-iskandlu taż-żejt, il-falliment tal-Arriva, il-famuża żieda ta' €500, l- allegazzjonijiet ta' tixħim kon- tra membri tal-Gvern u tgħaqqad kollox l-oppożizzjoni li sab mid-Deputati Fran- co Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett u dan meta l-Gvern kellu biss maġġoranza ta' siġġu fil-Parla- ment. Minkejja din l-Oppożizzjoni, Gonzi rnexxielu jżomm lill-partit tiegħu fil- Gvern sal-vot dwar il-Baġit, f 'Diċembru tal-2012, meta Franco Debono kien ivvo- ta kontra, flimkien mal-Oppożizzjoni. Lawrence Gonzi kien ikkritikat ukoll bl-aħrax għax wara li l-maġġoranza tal-Maltin ivvotaw favur id-divorzju, hu kien ivvota kontra l-istess liġi fil-Parla- ment. Dan kollu wassal biex fl-2013, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi jġarrab telfa elettorali enormi. Qabel sar Prim Ministri, Lawrence Gonzi serva bħala Speaker bejn l-1988 u l-1996 fejn introduċa bidliet importanti, fosthom it-twaqqif tal-Kumitati Perma- nenti. Gonzi kien elett fil-Parlament fl-1996 u sena wara kien ukoll Segretarju Ġenerali tal-PN. Wara l-elezzjoni tal-1998 u kien magħżul Ministru għall-Politika Soċja- li u serva bħala Deputat Prim Ministru bejn Mejju tal-1994 u Marzu tal-2004 sakemm sar Kap tal-Partit Nazzjonalis- ta u eventwalment ħa l-ġurament bħala Prim Ministru wara r-riżenja ta' Eddie Fenech Adami. Apparti li kien Prim Ministru, dak iż- żmien, Lawrence Gonzi kien żamm ukoll il-portafoll tal-Ministru għall-Finanzi sal-elezzjoni tal-2008. Illum tintemm l-era ta' Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta' Malta. F'seba' snin, Joseph Muscat irnexxielu jwettaq ħafna bidliet u kisbiet importanti għall-pajjiż. Żgur li Joseph Muscat irid li jibqa' mfakkar bħala l-Prim Ministru li fi żmienu l-pajjiż esperjenza l-akbar tkabbir ekonomiku, irreġistra surplus fil-finanzi pubbliċi u tpoġġa bħala pijunier ta' dritti- jiet ċivili, partikolarment fejn tidħol il-ko- munità LGBTIQ. Żgur li Joseph Muscat jixtieq li jibqa' mfakkar ukoll bħala dak li fi żmienu daħħal lill-Partit Laburista fl-aqwa żmien tiegħu, ġibed lejh nies li qatt qabel ma bassru li se jivvotaw Labour u rebaħ xejn inqas minn għaxar elezzjonijiet b'maġġoranzi rekord u rnexxielu jniżżel lill-Partit Nazzjonalista għarkopptejh, fejn għadu lanqas biss beda jirkupra. Irnexxielu wkoll iwettaq uħud mill-ak- bar wegħdi tiegħu li rebbħuh l-elezzjoni, fosthom li jraħħas minnufih il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Iżda jibqa' l-fatt li dawn is-snin ġew im- tappna mill-aħbarijiet tal-aħħar xahrejn. Jgħid x'jgħid Muscat dan żgur mhux it- tluq li kien qiegħed jippjana. Forsi f 'għajnejn ħafna, partikolarmant Laburisti, għadu jidher eroj, iżda x'ak- tarx li jgħaddu s-snin u meta wieħed jisma' b'isem Joseph Muscat se jiakar bil-Panama, allegazzjonijiet ta' korruzz- joni u ħasil ta' flus partikolarment fil-e- him tal-Electogas u tal-VGH u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, aktar u aktar meta dan tal-aħħar tela' wkoll it-taraġ ta' Kastilja u heżżeż lill-Gvern li hu tant kien jiaħar bih. Mill-Prim Ministri kollha li rajna f 'dan l-artiklu, Joseph Muscat kien l-uniku wieħed li kellu jirriżenja f 'nofs leġislatura minħabba skandli u allegazzjonijiet serji fuq l-aktar persuni viċin tiegħu. Muscat ilu żmien fil-Partit Laburis- ta. Meta kellu biss 21 sena kien innomi- nat bħala Segretarju għall-Edukazzjoni tal-Partit Laburista. Kien ukoll membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit u bejn l-1997 u l-1998 kien membru tal-Kum- missjoni Nazzjonali għall-Moralità Fiska- li. Kien ikkontesta b'suċċess l-ewwel Elez- zjonijiet Parlamentari Ewropej għal Malta fl-2004, minkejja li dak iż-żmien kien ik- kampanja kontra s-sħubija ta' Malta fl-Un- joni Ewropea. Wara li l-Partit Laburista tilef l-elezzjoni tal-2008, huwa ħa post Alfred Sant bħala Mexxej tal-Partit Laburista, f 'elezzjoni li fiha tista' tgħid kaxkar lir-rivali tiegħu George Abela, Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie-Louise Coleiro Preca. Muscat wassal lill-Partit Laburista għar-rebħa elettorali storika tal-2013 u mill-ġdid dik tal-2017. Minkejja li se jirriżenja minn Prim Ministru, Muscat sa issa ma wera l-ebda intenzjoni li jirriżenja minn Deputat Par- lamentari. Lawrence Gonzi Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 January 2020