Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 kien persuna li l-vittma tafda b'għajnejha Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-ażbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iż-żittadini Maltin max-xogżol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-sużżetti li jmissulhom il-żajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli gżall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Iż-żieda fil-każi tal-vjolenza domestika, grazzi għall-pandemija Meta wieħed isemmi l-pandemija, mal-ewwel jiġi f 'moħħu il- kwarantina jew f 'każ ta' pajjiżi oħra il-lockdowns. Il-kwarantina u l-lockdowns affetwaw lil numru ta' persuni imma kienu ferm agħar għal vittmi tal-abbuż domestiku. Forsi kien faċli għalina li spiċċajna imsakkrin id-dar għal ħmistax sħaħ u wara tlett t'ijiem niċċassaw lejn is-saqaf kellna nagħmlu d-deċiżjoni diffiċli ta' liema film se naraw fuq Netflix. Madankollu għan-nies li sfaw msakkra mal-agressur tagħhom minħabba kwarantina u lockdown, l-istorja kienet totalment differenti. Sfortunatament dawn iż-żminijiet ġew assoċjati ma' żieda kbira u l-intensità ta' każi ta' vjolenza domestika f 'ħafna Stati Membri tal-UE. Ma ninsewx kemm il- kwarantina u l-lockdown jagħmluha diffiċli għall-vittmi biex ikollhom aċċess effettiv ta' protezzjoni u appoġġ. Il-kliem jidhru sbieħ imma x'inhu l-pass li jmiss? Ir-rapport jindirizza il-problema tal-vjolenza domestika bi 15 il- proposta. Numru minnhom huma sens komun iżda hemm proposti li jaf issalvaw ħajja u se jgħinu mhux biss lill-vittma. Fosthom insibu t-tielet proposta li titlob għal taħriġ obbligatorju mmirat għal uffiċjali ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi dwar vjolenza domestika u l-mekkaniżmi tagħha. Din il-proposta tinkludi fiha taħriġ dwar manipulazzjoni u vjolenza psikoloġika, kif ukoll taħriġ dwar l-effett tal-vjolenza domestika fuq drittijiet tat-tfal speċjalment għall- protezzjoni u l-benesseri tagħhom. Ir-rapport jirrakkomanda wkoll li l-Istati Membri jistabbilixxu qrati u uffiċji ġudizzjarji speċjalizzati, kif ukoll liġijiet xierqa, taħriġ, proċeduri u linji gwida għal kulħadd inkluż il- vittmi u dawk li jaħdmu magħhom. Dan bit-tama li titqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza, sabiex jiġu evitati diskrepanzi bejn deċiżjonijiet ġudizzjarji u diskriminazzjoni jew vittimizzazzjoni sekondarja waqt proċeduri ġudizzjarji, mediċi u tal- pulizija. Proposta bħal din tiżgura li t-tfal u l-vittma jinstemgħu kif xieraq u l-protezzjoni tagħhom tingħata prijorità. Interessanti wkoll proposta ħamsa li tenfasizza l-importanza tal-irwol tat-tabib li jipprovdi kura mhux biss lill-vittmi iżda wkoll lit-tfal involuti, b'mod partikolari meta l-ambjent li jgħixu fih ma jkunx adattat biex jipproteġi s-saħħa, id-dinjità u l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Din il-proposta tfakkar fil- ħtieġa għal prattikanti forensiċi u l-professjonisti involuti biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn linji gwida meħuda minn sett ta' informazzjoni, evidenza u anke minn prattika fuq livell Ewropew. L-aħħar proposta li laqtet lil din il-gazzetta kienet dik li tenfasizza l-importanza li nisimgħu lit-tfal tal- vittmi u l-istorja min-naħa tagħhom. Din il-proposta tgħid li huwa importanti li jiġi stabbilit x'inhu fl- aħjar interess tat-tfal waqt li jkunu qed jeżaminaw każijiet ta' kustodja. Is-smigħ għandu jsir f 'ambjent li jiffavorixxi t-tfal, mingħajr pressjoni jew influwenza minn ġenituri jew qraba. Din il-proposta tindirizza l-importanza li s-smigħ isir minn professjonisti mħarrġa, inklużi dawk ikkwalifikati fi newropsikjatrija tat-tfal, biex tevita t-trawma u l-vittimizzazzjoni tat-tfal stess. Għaliex hemm nuqqas sinifikanti fl- istatistika dwar il-vjolenza domestika? Minkejja li r-rapport innifsu hu bbażat fuq numri u fatti, r-rapport iċċara kif l-istatistika hi biss stima. Dan għaliex nafu biċ-ċert li mhux kull vittma tirrapporta l-abbuż li għaddeja minnu u dan jirriżulta għal nuqqas sinifikanti ta' informazzjoni. Sfortunatament ir-rapport jgħid ukoll f 'xi Stati Membri l-vjolenza domestika b'mod speċjali minn aggresur intimu spiss tiġi injorata jew saħansittra ġustifikata. Hawn fejn tilgħab irwol importanti s-soċjetà patrijarkali, soċjetà li fiha l-irġiel għandhom il- poter u n-nisa huma fil-biċċa l-kbira esklużi minnha. Dawn il-pajjiżi ħafna drabi lanqas biss jipprovdu statistika dwar il-vjolenza domestika. F'dawn l-istati membri ġiet innutata wkoll sistema awtomatika ta' kustodja konġunta, fejn tiġi injorata kompletament il-vjolenza li qed tgħaddi minnha l-vittma "għall-ġid ta' tfal". Dan kollu jwassal għal konsegwenzi koroh għan-nisa u t-tfal, li jistgħu jeskalaw f 'femiċidju u/jew infantiċidju. F'dan il- każ vittmi jeħtieġu miżuri ta' protezzjoni speċjali billi s-sitwazzjoni tal-vittmi x'aktarx jmorru għall-agħar jekk ikunu ekonomikament jew soċjalment dipendenti fuq l-aggressur. B'diżapunt il-gazzetta nnutat li r-rapport ma jinkludix il-possibiltà li hawn irġiel li jistgħu jkunu vittmi tal-abbuż domestiku. Meta l-vittmi ġew indirizzati, dejjem ġew indirizzati bħala 'nisa' filwaqt li l-aggressur dejjem ġie indirizzat bħal 'raġel.' L-istatistika turi li l-irġiel li jiġu abbużati huma fil- minoranza. Jaf forsi vera li m'hawnx ħafna irġiel li huma vittmi imma jista' jkun ukoll li bħal ma hemmx statistika konkreta dwar kemm hemm nisa li jiġu abbużati, m'hemmx ukoll dwar l-irġiel. Ma ninsewx li s-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha għad mhux taċċetta li l-irġiel mhux dejjem huma l-macho man li naraw fil-films. Li r-rapport ma jindirizzax realtajiet ta' vjolenza domestika oħrajn hi ta' tat-tħassib.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021