Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum 'Malta marida bil-korruzzjoni. eċċezzjoni' Alan Borg MARIANNA CALLEJA Għaliex inħass il-bżonn li tinfetaħ l-organizzazjoni "Għawdix"? Għawdix inħolqot biex tinġibed l-attenzjoni lejn il-weġgħat u l-mistoqsijiet tal-Għawdxin fuq il-futur ta' gżiritna, speċjalment fejn jidħol l-ambjent. Qed iseħħu diversi bidliet fil-pajsaġġ u l-komunitajiet tagħna, u waqt li nilqgħu progress bżonnjuż u xieraq, qed inħossu nuqqasijiet qawwijin fejn jidħol il-ħarsien tal-ambjent Għawdxi. Kemm se ddum tisma' tgergir fuq bini ikrah u traffiku, biex insemmi biss tnejn? Iddeċidejna li hemm bżonn vuċi għall-Għawdxin ta' bħalissa u dawk ġejjiena, għax ħaqqna ħajja ta' kwalita'. Fl-istess żmien kien hemm ukoll il-bidu ta' organizazzjoni oħra bl-istess għan f'Għawdex. Għaliex ma ngħaqqadtux flimkien biex tkunu ferm aktar b'saħħitkhom? Kif jiġru l-affarijiet hux! Wara xhur ta' ppjanar miż-żewġ naħat, joħorġu żewġ movimenti għall-ambjent f 'temp ta' jumejn biss. Dan sinjal ċar ta' kemm l-Għawdxin qed iħossu l-bżonn t'azzjoni u lesti jaħdmu għal dan l-għan. Mill- ewwel laqgħa ta' bejnietna ndunajna li ż-żewġ għaqdiet għandhom għarfien divers x'joffru lil xulxin u lill-pubbliku. Hemm ħafna xogħol xi jsir – issa jsirx taħt isem wieħed jew tnejn, l-għan jibqa' dejjem li nipproteġu l-ambjent u l-komunitajiet t'Għawdex. Ħerqanin li nkomplu naħdmu flimkien. Jekk f'Għawdex qed isir żvilupp żejjed ta' bini ġdid u aktar sulari, dan hu t-tort tal-Awtorità tal-Ippjanar iżda wkoll tal- Għawdxin stess li qegħdin japlikaw għal dan l-iżvilupp żejjed. X'inhu l-messaġġ tagħkhom lil dawn l-Għawdxin? Il-kelma 'tort' nippreferu nħalluha barra. Jekk tfittex biżżejjed, issib li kulħadd għandu sehem fil-problemi li qed iseħħu madwarna. L-istruttura ekonomika, il-liġijiet, policies, u anke l-kultura ta' pajjiżna kollha qed jikkontribwixxu għal dan l-iżvilupp eċċessiv. Il-bidla għandna bżonn issir f 'kull aspett. Lill-Għawdxin ngħidulhom: jekk tħossu li m'għandkomx dritt issemmgħu leħinkom għax forsi investejtu fil-bini, jew tafu min bena, akru li m'aħniex qiegħdin hawn biex niġġudikaw lil xulxin, imma biex flimkien nieħdu ħsieb Għawdex u nżommu l-gżira fl-aħjar tagħha. Id-domanda għal Għawdex hi kbira. Hi ħaġa tassew komuni li f'xi festa f'għawdex issib kullimkien 'fully booked'. Ma tagħmilx sens allura li jkun hawn aktar fornituri tal-akkomodazzjoni f'Għawdex? Kulħadd jieħu gost jiġi jqatta' weekend Għawdex. Waqt il-pandemija nnutajna żieda enormi fit-traffiku minħabba li l-Maltin ġew iktar ta' spiss igawdu l-Għawdex – u ma nagħtuhomx tort! Għawdex qiegħed hemm biex jitgawda. Iżda ma naqblux li biex Għawdex jitgawda, hemm bżonn jinkesa appartamenti li jintużaw għal it weekends fis-sena. In-nies li jgħixu Għawdex ta' kuljum, li qed irabbu lil uliedhom, jew li qed igawdu l-mistrieħ wara ħajja ta' xogħol, ma ħaqqhomx spazju miuħ, post għall-kwiet, arja nadifa? Il-bilanċ huwa ta' importanza assoluta. Nerġa ngħidha – Għawdix inħolqot biex isservi ta' vuċi għall-Għawdxin. Fuq il-paġna tagħkhom fuq facebook inthom ktibtu li "l-għajta għall-bidla urġenti ġejja min-nies stess. Kif tista' tibqa' tiġi msikkta?" Taħsbu li hemm Għawdxin li qed jaċċettaw l-iskiet bħala ħlas tal-pjaċiri? Se nżommha sempliċi din it-tweġiba. L-aħħar snin urewna biċ-ċar li Malta marida bil-korruzzjoni. M'hemmx raġuni biex taħseb li Għawdex hija eċċezzjoni. Pero f 'Għawdex diġa rajna s-sindki tal-irħula jingħaqdu b'vuċi waħda għall-ambjent. Din ittina t-tama. Wieħed mill-għanijiet tal-organizazzjoni tagħkhom hu li sservu bħala "pressjoni fuq l-awtoritajiet, il-gvern u entitatijiet politiċi." Kif beħsibkhom tagħmlu dan? Fil-it ġimgħat li ilna naħdmu pubblikament, iltqajna ma' diversi għaqdiet u entitajiet amministrattivi, l-aħħar fosthom il-Gozo Regional Development Association, biex inwasslu l-messaġġ t'Għawdix u nressqu mistoqsijiet bżonnjużi lejn min għandu l-poter u responsabilita' li jweġibhom. S'issa morna l-Parlament darbtejn biex nagħmlu intervent quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet t'Għawdex (tistgħu issegwu l-intervent fuq il- Facebook page tagħna). Il-pjanijiet għaddejin, u x-xogħol se jkompli. Dan l-aħħar qegħdin naraw numru ta' residenti u anke attivisti li qegħdin jitkellmu kontra żvilupp żejjed fil-gżira Għawdxija. Biex inkunu onesti pero' tajjeb Jitkellmu kontra l-iżvilupp żejjed f'Għawdex. Imma għaliex inqasmu f'żewġ għaqdiet? U allura xorta jaqblu mal-mina? U skużi, min qed japplika għal aktar żvilupp? Mhux l-Għawdxin stess? Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Julia Camilleri mill-għaqda Għawdix Jekk tfittex biżżejjed, issib li kulħadd għandu sehem fil- problemi li qed iseħħu madwarna. L-istruttura ekonomika, il- liġijiet, policies, u anke l-kultura ta' pajjiżna kollha qed jikkontribwixxu għal dan l-iżvilupp eċċessiv Julia Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021