Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
06 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum Il-ktieb tajjeb biss għal fuq l-ixkaffa: Il- maġġoranza assoluta ma jaqrawx MARIANNA CALLEJA Tiakru meta konna mmorru l-iskola, kien ikun hemm ġimgħa ddedikata għal ktieb? Ħafna drabi f 'dik il-ġimgħa kien jarma bħal suq żgħir tal-kotba biex it- tfal jitħajru jixtru xi ktieb. Issa jekk dak il-ktieb kienx jinqara jew kienx jintefa' fuq l-ixkaffa jilgħaq t-trab, dik storja oħra. Issa sirna naraw numru ta' kampanji kemm fuq il-midja soċjali u anke permezz tat- televiżjoni fuq l-importanza tal-qari. Riċentament fuq pjattaformi tal-midja soċjali f 'Malta twieldu wkoll numru ta' klabbs, probabbilment ispirati mill-klabbs tal-kotba Amerikani, fejn grupp ta' nies jagħżlu ktieb kull xahar, jaqrawh, u wara jiddiskutuh. Meta tara dan kollu tgħid, 'tajjeb li n-nies qegħdin jaqraw', imma imbgħad tara xi statistika xokkanti bħal ma' ħarġet din il- ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li turi li matul is-sena li għaddiet ġew mislufa 617,820 ktieb, tnaqqis ta' 428,049 jew 40.9% fuq l-2019 mil- libreriji Maltin. Fid-dawl ta' dan kollu, il- gazzetta ILLUM, f 'sondaġġ xjentifiku permezz ta' Polar, staqsiet lin-nies kemm qraw kotba fix-xahar ta' Ġunju. Ir- riżultati ma kienu xejn sbieħ għax il-maġġoranza assoluta wieġbu li matul dan ix-xahar ma missewx ktieb b'idejhom. Fil-fatt kienu b'kollox 68.6% tal-parteċipanti, li wieġbu li ma qrawx matul ix- xahar ta' Ġunju, 16.8% qraw ktieb wieħed, 7.1% qraw tnejn u 7.4% qraw aktar minn tnejn. Iż-żgħażagħ ta' bejn s-16 u l-35 sena l-aktar li qraw u dawk iktar mill-65 l-inqas li qraw L-iktar fatt interesanti li ħareġ minn dan is-sondaġġ hu li l-iktar li jaqraw huma ż-żgħażagħ (16-35 sena). Dan għaliex 44.5% wieġbu li qraw minn tal-inqas ktieb wieħed, b'10.4% minn dawn qraw saħansitra iktar minn tnejn. Fil- verità iktar kemm taħseb fuqha aktar tagħmel sens. Fl-istess statistika li ħareġ l-NSO hemm imsemmi li mill-2019 kien hemm żieda ta' 43% f 'kotba elettroniċi magħrufa aħjar bħala e-books. L-E-books huma konvenjenti għal bosta iżda f 'dawn l-aħħar sentejn kienu qegħdin jiġu rriklamati fuq il-pjattaforma l-iktar famuża maż-żgħażagħ, YouTube. L-istess nies li kienu jirriklamawhom kienu qegħdin jagħtu numru li permezz tiegħu persuna tista' takkwista roħs minn fuq l-ewwel sett ta' kotba li tixtri online. Inizzjattivi bħal dawn ovvajment li jinżlu għasel, apparti li jekk tixtri ktieb elettroniku u ma taqraħx ma jeħlilekx l-ispazju fuq l-ixkaffa, le? Minkejja dan, maġġoranza assoluta taż-żgħażagħ xorta wieġbu li ma qrawx ktieb matul Ġunju (55.5%). Fuq ix-xeqliba l-oħra insibu li l-inqas nies li qraw ktieb matul Ġunju huma dawk 'l fuq minn 65 sena. Skont is-sondaġġ, 20.7% qraw mill-inqas ktieb wieħed, b'4.8% biss minnhom qraw tnejn. Dan filwaqt li kważi 80% ma qraw xejn. In-nies tat-Tramuntana ta' Malta l-iktar li qraw matul ix-xahar ta' Ġunju Fuq livell ġeografiku nsibu differenza interessanti bejn ir- reġjuni, fil-fatt l-iktar persuni li qraw matul Ġunju b'41.8% kienu parteċipanti mit-Tramuntana ta' Malta, li jinkorpora fih il- Għarghur, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. It-tieni l-iktar li qraw jiġu mill-Punent ta' Malta, li jinkorpora fih l-Imdina, ir-Rabat u l-Imtarfa, fost l-oħrajn b'35.2%. Min-naħa l-oħra, postijiet bħal Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk li jinsabu fix-Xlokk ta' Malta kienu l-inqas li qraw b'73.3% iwieġbu li matul ix-xahar ta' Ġunju ma qrawx filwaqt li 5.1% biss wieġbu li qraw iktar minn żewġ kotba. Ir-reġjuni l-oħra raw persentaġġ simili, b'67.2% tal- Għawdxin jwieġbu li ma qrawx kotba fix-xahar ta' Ġunju, 73% fit- Tramuntana tal-Port u 71% fin- Nofsinhar tal-Port. 55.5% li gradwaw minn livell terzjarju fost dawk li qraw l-aktar Il-livell edukattiv l-iktar li kellu diskrepanza fil-persentaġġ b'dawk fil-livell terzjarju wieġbu li jaqraw l-iktar. B'kollox 55.5% ta' nies li lestew l-edukazzjoni terzjarja wieġbu li qraw minn tal-inqas ktieb wieħed filwaqt li 16.1% wieġbu li qraw iktar minn żewġ kotba f 'xahar. B'differenza kbira, warajhom jiġu dawk il-parteċipanti li lestew edukazzjoni sekondarja fejn 25% jgħidu li qraw minn tal-inqas ktieb wieħed. Dan huwa tnaqqis ta' 25% meta mqabbel ma dawk b'livell edukattiv terzjarju. Imbagħad naraw dawk ta' livell sekondarju, fejn 19.3% qalu li qraw għalinqas ktieb wieħed. Fl-aħħar insibu lil dawk ta' livell primarju fejn kienu biss 12.9% li qraw minn tal-inqas ktieb wieħed matul Ġunju. Il-maġġoranza tan-nies li vvutaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali ma qrawx kotba matul Ġunju Jekk inħarsu lejn is-sondaġġ f 'termini politiċi, il-maġġoranza tan-nies li vvutaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali wieġbu li ma jaqrawx. 77.3% tal-votanti Nazzjonalisti, mhux b'ħafna iktar mill-Partit Laburista, wieġbu li ma qrawx kotba f 'Ġunju, filwaqt li 12.5% wieġbu li qraw ktieb wieħed biss. Kuntrarjament 35.5% tal- votanti tal-Partit Laburista wieġbu li qraw mill-inqas ktieb wieħed matul ix-xahar ta' Ġunju, b'7.1% wieġbu li qraw aktar minn tnejn. 64.5% tal-parteċipanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl- aħħar elezzjoni ma qrawx kotba matul ix-xahar ta' Ġunju. Id-differenza tidher l-aktar bejn is-sessi fejn 75.2% tal-irġiel wieġbu li ma qraw assolutament xejn matul ix-xahar ta' Ġunju. B'aktar minn 10% differenza, 62.2% tan-nisa qalu li ma qrawx. Min-naħa l-oħra 38.6% tal- parteċipanti nisa qraw imqar ktieb wieħed matul Ġunju. Persentaġġ li jinżel għal 24.8% fost l-irġiel. Sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM magħmul minn Polar juri illi l-maġġoranza tal-poplu Malti ma jaqrax. Imma ż-żgħażagħ u dawk b'edukazzjoni terzjarja l-iktar li jaqraw...