Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

M eta fix-xhur li għaddew konna qed infasslu l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljen- za li fl-aħħar jiem ressaqna għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, l-ambjent kien fuq nett fil-lista tal-prijoritajiet tagħna. Dan m'għamilni- hx għaliex l-istess Kummissjoni għamlet il-kundizzjoni li 37% tan-nefqa li kull pajjiż irid jagħmel fuq dan il-pjan trid tmur ghal infieq konness mal-ambjent u t-tibdil fil-klima. Għamilnih għax tassew irridu li f 'pajjiżna rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex mhux biss intejbu l-ambjent li jgħixu fih il-familji Maltin u l-Għawdxin, imma għaliex pajjiżna wkoll, żgħir kemm hu żgħir, irid jikkontribwixxi huwa wkoll lejn l-isforz dinji biex jiġi kkontrollat it-tibdil fil-klima qabel ikun tard wisq. Kaġun ewlieni għat-tisħin tal-klima tad-dinja huma l-emmissjonijiet u l-Ewropa qed timmira li sas-sena 2050, l-emmissjonijiet tal-carbonju fl-arja mill-kontinent Ewropew ikunu spiċċaw. Għandna miri speċifiċi biex sas-sena 2030, dawn ikunu diġa tnaqqsu għal 55% u biex nilħqu din il-mira, irridu naħdmu qatigħ biex inbidlu dak kollu li hemm bżonn jinbidel. Huwa b'dan l-għan f 'moħħna li fil- Pjan tal-Irkupru u r-Reżiljenza se nkunu qed niddedikaw nefqa ta' €189 miljuni minn allokazzjoni ta' €345 għal proġetti u inizjattivi favur l-ambjent. Il-flus ħa jintefqu fi proġetti li ħa jkunu qed jindirizzaw l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ħidma favur ekonomija ċirkulari. Irridu nwettqu proġetti kbar biex jonqsu l-emmissjonijiet mill-akbar sors tat-tniġġiż li għandna fil-pajjiż, jiġifieri it-trasport. Ħabbarna fl-aħħar jiem kif se jsiru investimenti kbar fl-irrinovar tal-binjiet pubbliċi, fosthom sptarijiet u skejjel, u anke binjiet kummerċjali tal-privat bil-għan li dawn isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b'hekk jonqsu l-emmissjonijiet. Se tinbena skola ġdida li tkun kważi ħielsa għal kollox mill- emmissjonijiet u din isservi ta' mudell għal binjiet oħra tal-futur. Se jsiru investimenti fi spażji miuħa, toroq u passaġġi biex dawn ikunu mdawwla b'sistemi ta' enerġija rinovabbli u b'hekk inkomplu nnaqqsu l-użu tal-elettriku. Imbagħad għandna l-qasam tat- trasport fejn hawnhekk irridu nwettqu riformi u investimenti kbar biex nilħqu l-miri tagħna. Irridu nwettqu politika li tippromwovi s-sostenibbiltà tas-settur tat-trasport billi nappoġġjaw inizjattivi favur trasport kollettiv u li l-poplu jidra juża mezzi differenti tat-trasport. Irridu naħdmu biex innaqqsu l-impatt tat- trasport fuq l-ambjent tal-inħawi urbani tal-pajjiż tagħna. Bħala investimenti immirati lejn din id-direzzjoni qed inħabbru fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza li ser nibnu faċilità ġdida għall-irmiġġ fl-inħawi ta' Buġibba jew San Pawl il-Baħar biex aktar nies jitħajjru jużaw mezzi alternattivi tat- trasport. Se jsiru bosta skemi ta' għotjiet lil individwi u negozji biex jikber l-użu tal-vetturi elettriċi, inklużi l-muturi u r-roti. Is-Servizz Pubbliku wkoll se jagħti sehmu billi jibda bil-mod ibiddel il-flott ta' karozzi kollha tiegħu għal waħda li taħdem bl-elettriku. Ser nagħtu wkoll għajnuna biex tibda tinbidel il-flotta tal-karozzi tat- trasport pubbliku ħalli dawn ukoll jkunu jaħdmu bl-elettriku. Bħala parti mill-istess pjan biex jonqsu l-emmissjonijiet mit- trasport, se ssir promozzjoni għal aktar xogħol mid-dar fis-servizz pubbliku u propju fl-aħħar jiem tħabbret politika ġdida dwar dan il-qasam. Is-Saħħa u l-Edukazzjoni jibqgħu prijoritajiet ukoll Ma' setax jonqos li f 'dan il-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza ma nagħtux l-importanza li jixirqilhom l-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni. Għall-qasam tas-saħħa se nkunu qed niddedikaw nefqa ta' €50 miljun biex insaħħu r-reżiljenza tal-qasam tas-saħħa tagħna fosthom billi nkomplu bir-riformi f 'dan il-qasam. Irridu s-sistema tas-saħħa tkun aktar sostenibbli u reżiljenti b'mira ewlenija tkun il-prevenzjoni tal-mard u li nsaħħu l-forza tax-xogħol li taħdem f 'dan il-qasam. B'dawn il-flus ivvutati se nwaqqfu ċentru tad-demm ġdid li jkun magħruf bħala "Blood, Tissue and Cell Centre" li mhux biss ikun jissodisfa l-ħtiġijiet kollha tad- demm għall-gżejjer Maltin imma jkun jipprovdi wkoll faċilitajiet avvanzati f 'dak li għandu x'jaqsam ma' "bone and stem cells". Se nkomplu wkoll bid-diġitalizazzjoni u introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda fiċ-ċentru l-ġdid tal-outpatients u fid- dipartiment tal-patoloġija. Irridu insaħħu l-kwalità fl-edukazzjoni u nkomplu bl-isforzi biex inqas żgħażagħ jitilqu kmieni mis-sistema edukattiva. Irridu lil dawn iż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fl-opportunitajiet ta' xogħol li qed toffrilhom id-dinja tal-lum. Ser nagħmlu investiment massiċċ ta' €41 miljun fil-bini ta' kampus ġdid għall-ITS b'sostenn qawwi lill-industrija turistika ta' pajjiżna. F'dan il-kampus, mijiet ta' żgħażagħ se jkunu jistgħu jirċievu taħriġ u tagħlim ta' l-ogħla kwalità f 'dak li se jkun meqjus bħala ċentru vokazzjonali ta' eċċellenza. L-oqsma l-oħra li nkludejna fil-Pjan tagħna huma dawk tal-ħidma lejn ekonomija diġitali, intelliġenti u reżiljenti u lejn it-tkomplija tat-tisħiħ fil-governanza tal-pajjiż. Ser nonfqu €55 f 'riformi u investimenti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza, is-sigurta u l-effiċjenza fis-sistema tal-informatika tal-Gvern. Se ssir id- diġitilizazzjoni tar-Reġistru Merkantili ta' Malta u aktar diġitilizzazzjoni tas-servizzi offruti mis-settur pubbliku. Fil-qasam tal-ġustizzja ser nonfqu €10 miljun biex naraw li ssir is-servizzi tal- qrati tagħna jkunu kompletament diġitali. Kien tassew ta' sodisfazzjoni kbir għalija li wara xhur sħaħ ta' ħidma u anke negozjati intensivi mal-Kummissjoni Ewropea, wasalna biex ippreżentajna pjan b'saħħtu, pjan ambizzjuż li issa jinsab għall-iskritunju tal-istess Kummissjoni. Inħares 'il quddiem għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex minnufih nibdew inwettqu dawn ir-riformi u proġetti li tassew nemmnu fihom għaliex huma kollha ta' fejda għall-familji Maltin u Għawdxin. 22 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum L-Ambjent - priorità ewlenija għalina Edward Scicluna Konrad Mizzi Stefan Zrinzo Azzopardi Stefan Zrinzo Azzopardi huwa Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ser nagħmlu investiment massiċċ ta' €41 miljun fil-bini ta' kampus ġdid għall-ITS b'sostenn qawwi lill-industrija turistika ta' pajjiżna. F'dan il- kampus, mijiet ta' żgħażagħ se jkunu jistgħu jirċievu taħriġ u tagħlim ta' l-ogħla kwalità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021