Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 tostor storja qalb id-daqqiet tal- pinzell li jsawruha. Miżmum f 'idejn Ġesù tarbija nsibu gardell ċkejken, li bil-kulur ħamrani tipiku fuq wiċċu jagħti tifsira aktar profonda. Il-leġġenda tgħid li waqt li Ġesù kien imsallab, gardell tar fuqu u, imdejjaq mit- tbatija li ra, ipprova jgħinu billi qala' xewka mill-kuruna ta' fuq rasu. Meta għamel hekk, wiċċu ttebba' bid-demm ta' Ġesù u baqa' juri dan il-lewn saż-żminijiet tal- lum, biex b'hekk f 'din it-tpinġija qed jagħti ħjiel tas-sagrifiċċju li kien se jagħmel Ġesù aktar 'il quddiem f 'ħajtu. Fl-arti Ewropea, xbihat reliġjużi ilhom suġġetti popolari għal sekli sħaħ. Dawn kienu jservu biex jgħallmu lil dawk li ma kinux jafu jaqraw u kienu wkoll mezz qawwi kif iqanqlu emozzjonijiet profondi fil-fidili. L-arti reliġjuża terġa' tkun il- protagonista fis-sezzjoni li jmiss, 'Passjoni u Devozzjoni', li tiffoka fuq it-temi tal-Passjoni ta' Kristu u d-devozzjoni lejn il-qaddisin, partikolarment lejn San Ġwann il-Battista. Waħda mill-pitturi ewlenin f 'din is-sezzjoni, li ġġib proprju isem dan il-qaddis, hija ffirmata u datata 'G. Baglione AD 1600' lejn in-nofs fin-naħa t'isfel. Giovanni Baglione kien pittur importanti f 'Ruma fis-seklu 17 li ġie influwenzat mill-Caravaggisti. Fil-fatt, din il-pittura hija ispirata mir-rappreżentazzjonijiet ta' rġiel żgħażagħ bħala mudelli li kien ipitter Caravaggio. Fir-Rinaxximent, il-mitoloġija Griega saret tema oħra ċentrali għall-artisti u wasslet għat-twelid mill-ġdid tal-istil klassiku Grieg. Iżda għalkemm il-prattika Rinaxximentali nstiltet minn ġenerazzjonijiet ta' miti Griegi, fiha nibtu kunċetti ġodda, bħal pitturi fuq il-ħitan jew fuq uċuħ kbar imdawrin bi gwarniċ, u ġiet imsaħħa aktar il-forma fiżika tal-figuri u l-qawwa li kienet tirrappreżenta. 'Leda u ċ-Ċinju u 't-Tempesta' 'Leda u ċ-Ċinju' hija eżempju ċar ta' dan. F'din il-pittura partikolari li ssebbaħ is-sezzjoni 'Il-Mitoloġija Griega fl-Arti', bil- 'figura serpentinata' tagħha u l-proporzjonijiet esaġerati, kważi maskili, ta' ġisimha, Leda tixhed tendenzi Manjeristi jew tar- Rinaxximent Tardiv. Din il-pittura tas-seklu 16, impinġija wara Michelangelo Buonarroti – skultur, perit, pittur u artist ġenjali tar-Rinaxximent Tardiv minn Firenze – tirrakkonta l-istorja popolari tal-laqgħa tar- Reġina Leda ma' Zeus, l-alla Olimpiku tas-sema u tar-ragħad, li hu mistoħbi bħala ċinju. Fl-aħħar sezzjoni, il-mewġa tinqaleb għal suġġett u stil differenti, bil-lenti taqa' fuq l-elementi distruttivi tan-natura. Il-pittura 'It-Tempesta' ta' Claude- Joseph Vernet - pittur Franċiż ewlieni tal-pajsaġġi tas-seklu 18, impinġija biż-żejt fuq it-tila, tieħu l-viżitatur fil-qalba ta' sfrakass sħiħ ma' xatt sfortunat. F'din il-pittura, iffirmata u datata 1751, Vernet jirnexxilu jagħmilna parti minn dan l-ispettaklu sublimi, filwaqt li jfakkarna fil- qawwa u l-forza tan-natura meta mqabbla mal-umanità. Id-dħul għal din il-wirja huwa b'xejn għall-membri ta' Heritage Malta. Tfal u anzjani li għandhom il-passaport ta' Heritage Malta ukoll jidħlu b'xejn, u ż-żewġ persuni li jakkumpanjawhom iħallsu €3 kull wieħed. Il-viżitaturi l-oħrajn kollha jħallsu €10, li jkopri kemm il-wirja kif ukoll żjara fil-MUŻA. MUŻA jiaħ kuljum ħlief nhar ta' Tlieta, mill-10:00am sal- 4:30pm. Din il-wirja qed tittella' bl- għajnuna ta' Visit Malta, il- Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, il- Ministeru għall-Finanzi, u d-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta' Malta. MUŻA huwa proġett parzjalment iffinanzjat mill- Unjoni Ewropea bħala parti mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020. Edward Attard Il-pittura 'It- Tempesta' ta' Claude-Joseph Vernet - pittur Franċiż ewlieni tal-pajsaġġi tas-seklu 18, impinġija biż- żejt fuq it-tila, tieħu l-viżitatur fil-qalba ta' sfrakass sħiħ ma' xatt sfortunat żewġ pitturi mis-sezzjoni 'Omm u tarbija' 'It-Tempesta' ta' Claude-Joseph Vernet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021