Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL- AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) KONSULTAZZJONI GĦALL-FINIJIET TAL- KONVENZJONI DWAR IL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI F'KUNTEST TRANSKONFINALI (IL-KONVENZJONI ESPOO) TAL-KUMMISSJONI EKONOMIKA GĦALL-EWROPA TAN-NAZZJONIJIET UNITI, U L-EWWEL U T-TIENI EMENDI TAGĦHA AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI FUQ IL-PROPOSTA TA' PIPELINE TAL-GAS BEJN L-ITALJA-MALTA. B'dan qed jiġi avżat li l-Ministeru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika – Direttorat għall-Valutazzjoni Ambjentali u Awtorizzazzjonijiet ta' l-Italja, issottometta Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali ( VIA) lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, b'rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Ir-Rapport Taljan dwar il-VIA u s-sommarju mhux tekniku jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal- ERA: https://era.org.mt/era-project/pa08757-17/ Id-dokumentazzjoni sħiħa relatata mar-rapport Taljan tal-VIA jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-Ministeru Taljan għat-Transizzjonijiet Ekoloġiċi - Direttorat għall-Valutazzjoni Ambjentali u l-Awtorizzazzjonijiet: https://va.minambiente.it/it-IT/Oggetti/ Documentazione/7590/10991 Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur tal-Ambjent u r-Riżorsi, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org. mt, sa 17 ta' Awwissu 2021. Data: 18 ta' Lulju 2021. Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)–il siegħa ma tagħtix il-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f 'certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli. Il-Partit Nazzjonalista ma weġibx mistoqsija diretta ta' din il-gazzetta dwar il-ħlas li se jingħata lil Christian Peregin biex imexxi l-istrateġija tal- istess partit, biex - fi kliemu - jonqos id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Mistoqsi b'mod skjett jikkonfermax li Peregin ingħata kuntratt ta' madwar €65,000 fis-sena, kelliem tal-PN la kkonferma pero' lanqas ċaħad dan l-ammont. Qal biss iżda li l-paga ta' Peregin hija, "materja kunfidenzjali." Qal ukoll illi "l-valur ta' Chris Peregin biex inwettqu l-bidla huwa ħafna aktar mis-somma msemmija." Kienu sorsi fil-PN stess li indikaw il-paga li se jingħata Peregin, uffiċjal ġdid tal- Partit Nazzjonalista u eks Kap Eżekuttiv ta' Lovin Malta. L-istess sorsi indikaw li Peregin se jkun qed imexxi l-kampanja elettorali tal-PN, simili għal dak li kienet tagħmel Caroline Muscat, li wkoll kienet ġurnalista u li ntalbet tmexxi l-kampanja elettorali tal-PN mill-eks Kap Simon Busuttil. Din id-darba l-Kelliem tal-PN ikkonferma din l-informazzjoni, u qal li Peregin se jkollu rwol "determinanti" fil- kampanja elettorali. "Aktar milli rwolijiet definiti, jinteressana li niġbdu lejna talent, kreattività u enerġija biex naslu għand kulħadd. U hu propju għalhekk li għandna sistema ta' tmexxija parteċipattiva li tista' tilqa' fiha lil ħafna oħrajn li lesti jagħtu kontribut," qal il-kelliem. Finalment mistoqsi jekk Peregin hux se jkollu rwol aktar konsultattiv, milli rwol li fih hu jieħu d-deċiżjonijiet l-istess kelliem qal illi l-irwol ta' Peregin huwa "aktar milli konsultattiv." Intant is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-aħbar li Peregin dieħel fil-PN ġabet reazzjonijiet differenti fil- partit. Sors minnhom sostna li l-PN kien qed isir "medjokri" fil-mod kif jibgħat il-messaġġ u allura l-wasla ta' Peregin hija mossa li bosta qed jilqgħu b'ottimiżmu. Dawn qed jittamaw li dak li għamel Peregin fil-Lovin Malta, jagħmlu bid-dehra u l-istrateġija tal-PN. Fost dawk mhux daqstant entużjasti hemm dawk il- ħaddiema li jsemmu l-kawża kontra l-PN bħala sid ta' Net TV/ FM (u l-PL ta' One) liema kawża beda u mexxa 'l quddiem l-istess Peregin. Dan filwaqt li persuna mill-Grupp Parlamentari qalet lil din il-gazzetta li filwaqt li hi tilqa' l-aħbar, "illum ċempilli xi ħadd li qalli illi jekk Peregin se jieħu lill-PN f 'direzzjoni lejn xi forma ta' aċċettazzjoni tal-abort hu jqatta' t-tessera." Peregin dejjem esprima ruħu favur kwistjonijiet bħal- legalizzazzjoni tal-abort, drittijiet ta' persuni LGBTIQ kif ukoll fuq kwistjonijiet bħal- legalizzazzjoni tal-kannabis - ilkoll kwistjonijiet li dwarhom fil-PN hemm jew oppożizzjoni assoluta jew inkella elementi ta' skumdità. 'Il-paga ta' Peregin hija ta' natura kunfidenzjali'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021